Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum Sports 29 X'qed jinħema fix-xena tal-futbol internazzjonali... AXEL WITSEL - Inter tefgħu ħarsithom fuq il-plejer ta' Zenit St Petersburg Axel Witsel, li jinsab fil-mira ewlenija ta' Everton u Leicester City fl-Ingilterra. Skont it-tabloid influwenti Ingliż 'The Sun', in-Neroazzurri se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jakkwistawh, għalkemm Everton jinsabu fi stadju avvanzat rigward taħdidiet ma' dan il-plejer internazzjonali Belġjan. JUAN MATA - Il-futur ta' Juan Mata ma' Manchester United huwa wieħed inċert fejn huwa qed jiġbed l-interess min-numru ta' klabbs Spanjoli f'La Liga. Dan speċjalment minħabba l-kuntatti li għandu ma' Spanja l-kowċ il-ġdid tar-Red Devils, Jose Mourinho, bl-iktar klabb favorit li jakkwista lil dan il-plejer għall-istaġun li ġej ikun dak ta' Espanyol. SHKODRAN MUSTAFI - Chelsea tefgħu ħarsithom fuq il-plejer ta' Valencia fi Spanja, Shkodran Mustafi. Dan il-plejer internazzjonali Ġermaniż sar mira ewlenija għal dan il-klabb minn Londra, wara li kollox qed jindika li d-difensur ta' Juventus, Leonardo Bonucci se jkun qed jibqa' f'Turin għall-istaġun li ġej. JEREMY MATHIEU - Liverpool jinsabu ferm interessati li jakkwistaw lid-difensur ċentrali ta' Barcelona, Jeremy Mathieu. Bħalissa, Liverpool qed jagħmlu minn kollox biex isaħħu d-difiża tagħhom speċjalment minħabba l-fatt li Mamadou Sakho u Joe Gomez qed isofru minn injury, waqt li l-plejer Slovakk Martin Skrtel se jħalli lir- Reds biex jingħaqad ma' Fenerbahce fit-Turkija. DIEGO COSTA - PSG jinsabu ferm interessati li jakkwistaw lil Diego Costa mingħand Chelsea għall-istaġun li ġej. Iżda jinsabu wkoll interessati f'dan il-plejer, il-klabb Spanjol ta' Atlético Madrid, fejn l-istess attakkant Spanjol kien ħalla propju lilhom biex jingħaqad mal-klabb minn Londra lura fis-sajf tal-2014. Madankollu, il-kowċ ġdid ta' Chelsea Antonio Conte, saħaq li mhux se jkun qed iħalli lil dan il-plejer jitlaq minn ma' Chelsea, hekk kif sostna li bħala wieħed mill-aqwa plejers tad-dinja fil-preżent, huwa tabilħaqq jixraqlu jilgħab ma' daqstant ieħor wieħed mill-aqwa timijiet tad-dinja fil-preżent, jiġifieri Chelsea. ROMELU LUKAKU - L-attakkant Belġjan ta' Everton Romelu Lukaku, qed ikun it-tragward ta' bosta timijiet li huma interessati li jakkwistawh. B'hekk, it-Toffees għollew il-prezz tagħhom minn £65 miljun għal £75 miljun, fit-tentattiv li huma jżommu lil dan il-plejer ikompli jilgħab bil-flokk ta' Everton għall-istaġun li ġej. L-aktar tim li jinsab interessat fis-servizzi ta' Romelu Lukaku huma Chelsea, fejn tajjeb wieħed jiftakar li fil-passat riċenti, dan il-plejer kien diġà jilgħab ma' dan it-tim. Juventus iħallsu l-klawsola ta' €94 miljun u jakkwistaw lil Gonzalo Higuaín minn Cristian Antony Muscat u Gianluca Lia JUVENTUS ħallsu l-klawsola ta' xejn inqas minn €94 miljun lil Napoli u b'hekk akkwistaw lill- fenomenu Arġentin Gonzalo Higuaín, fost il-ferħ tal-miljuni ta' partitarji ta' Juventus imexerrdin madwar id-dinja kollha, biex b'hekk issa se jkun qed isieħeb lill-kompatrijott Arġentin Paulo Dybala, fl- attakk ta' Juventus li għandu jirriżulta bħala wieħed ferm miċidjali u fost l-aqwa fl- Ewropa fil-preżent. Tajjeb wieħed jiftakar li Higuaín temm il- Kampjonat tas-Serie A tal-istaġun li għadda b'total ta' 36 gowl minn 38 partita. Impressjonanti tismagħha, imma impressjonanti iżjed meta tiskopri li permezz ta' din l-istatistika mostruża, Higuaín kiteb storja importanti fis-Serie A, hekk kif huwa sar l-iżjed plejer li qatt skorja gowls fi staġun wieħed tas-Serie A u kiser ir-rekord tal-attakkant Żvediż li kien jilgħab ma' AC Milan, Gunnar Nordahl, li kien ilu eżistenti għal 66 sena u li deher impossibbli li xi ħadd jiksru, speċjalment fil-futbol modern. L-Iżvediż, kien skorja 35 gowl mar-Rossoneri fl- istaġun 1949/50 u fl-istaġun sussegwenti. L-ebda plejer ma kien irnexxielu jikser dan ir-rekord minkejja li kien hemm min kien wasal viċin. Fost dawn inisbu lil Antonio Valentin Angelillo ta' Inter u Luca Toni meta kien ma' Fiorentina, bit-tnejn li huma jiskurjaw 30 gowl. Barra minn hekk, Carlos Tevez u Mauro Icardi wkoll kienu potenzjalment fit-triq it-tajba iżda rnexxielhom jaslu sa 22 gowl. L-eks attakkant ta' Real Madrid irnexxielu jikteb din il-paġna minkejja li tilef tliet partiti minħabba sospensjoni, wara t-tkeċċija diretta fit- telfa ta' 3-1 kontra Udinese. Ir-rata ta' gowls tiegħu hija pjuttost waħda impensabbli, hekk kif skorja gowl kull 82.3 minuta li dam fil-grawnd. Ta' min isemmi wkoll, li prattikament Higuaín skorja bi kwalunkwe parti tal-ġisem, kemm gowls meqjusin normali kif ukoll gowls spettakolari, bħal dak li ssiġġilla dan ir-rekord bih fil- konfront kontra Frosinone. Żgur mhux forsi li dik is-sospensjoni tellfitu milli jirbaħ iż-żarbun tad-deheb bħala l-aqwa skorer fl- Ewropa, hekk kif kellu jbaxxi rasu għal attakkant ieħor li kellu staġun impekkabli - Luis Suarez ta' Barcelona. Gonzalo Higuaín fil-mira li jkompli jixpruna lil Juventus għas-suċċess fl-Italja u fl-Ewropa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016