Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 għall-Kunsill tal-Unjoni Presidenza Maltija Ewropea 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI SERVIZZI AWDJO-VIŻIVI U INTERPRETAZZJONI SIMULTANJA PRESIDENZA MALTIJA GĦALL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA 2017 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 ħdan il-Ministeru għall-Aarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javża li ħarġet sejħa għall-oerti għall-provvista u tħaddim ta' apparat awdjo-viżiv u interpretazzjoni simultanja waqt konferenzi li se jittellgħu matul il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017 Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt Ċentru ta' kultura u kumplessi ta' tagħlim minn Ruben Anthony Xuereb FISSNIN li ġejjin, il- Marsa tista' tinbidel f 'ċentru kulturali u edukattiv, magħqud b'nisġa ta' passaġġi u pontijiet li bihom jingħata aċċess għal żoni li qabel ma kinux aċċessibbli għall- pubbliku. Din hija parti mill-viżjoni kollettiva ta' grupp ta' studenti tal-arkitettura li ingħaqdu fi proġett viżjonarju biex sal-2050, il- Marsa tista' tinbidel f 'ċentru ta' kultura, edukazzjoni u rikreazzjoni. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Matthew Muscat, wieħed minn dawn l-istudenti tal-arkitettura, li ta aktar dettalji dwar il-viżjoni u pjan ħolistiku għall-futur tal-Marsa. Bħalissa l-Marsa, hija assoċjata ma' industrija, tniġġiż tal-arja, u problemi soċjo-ekonomiċi, u huwa fil-fatt għalhekk li l-proġett għandu viżjoni għall-2050. 35 sena ta' pjanar strateġiku u ħolistiku biex din il- lokalità tkun tista' tinbidel minn dik li hi fil-preżent, għall-viżjoni ta' dawn l-istudenti. Matthew saħaq li "pjan fit- tul huwa importanti ħafna biex matul il-medda tas- snin isir pjanar aħjar u aktar bil-għaqal." Fil-bidu tal-eżerċizzju, ġiet analizzata l-Marsa kollha u l-lokalitajiet tal-viċin, bħal Raħal Ġdid u anke l-Belt Valletta, li għalihom il-Marsa tinsab f 'punt strateġiku bejniethom u minn fejn jgħaddi kull tip ta' servizz. L-istudenti, maqsumin fi gruppi ta' ħamsa, evalwaw żoni differenti fid-dettal, ta' kif inhi l-Marsa llum, bi strateġiji ta' fejn għandu jsir intervent. Wara li ġew identifikati żoni differenti, kull grupp għażel settur u tema biex jagħmel pjan għaliha. Matthew, ħa ħsieb jiddisinja viżjoni għall- għolja tal-Ġizwiti, li tinkorpora s-sit tal power station l-antika, filwaqt li żewġ kollegi fil-grupp tiegħu ħadmu fuq il-mini u sit tad-dwana l-antika. Ovvjament kellhom jaħdmu id f 'id għax it-tliet setturi huma konnessi flimkien. Fl-evalwazzjoni li għamel Matthew, ħareġ li l-għolja tal-Ġiżwiti mhix magħquda mal-bqija tal-Marsa u kienet minn dejjem maqtuha għaliha bħala żona industrijali. Il-kunċett tal-viżjoni ta' Matthew huwa li din iż-żona tingħaqad mal-bqija tar- raħal permess ta' pontijiet u passaġġi pedonali. Matthew ddeskriva dan bħala 'Green spines', skeletru ta' passaġġi u pontijiet pedonali, imsebbħin b'siġar u veġetazzjoni, li jagħqdu l-Marsa kollha b'mod sigur għan nies biex jimxu minn żona għall-oħra. L-idea hija li b'dawn il-proġetti differenti isir tisbieħ ta' żoni li bħalissa huma magħluqin għall- pubbliku, bħalma huwa s-sit tal-power station l-antika, li fil-proġett ta' Matthew, jista' jinbidel f 'ċentru kulturali u kumplessi ta' tagħlim; dan kollhu magħqud maż-żoni l-oħra tal-Marsa permess tal-passaġġi pedonali ddiżinjati minn Matthew. Fil-proġetti tal-istudenti kollha, il-karatteristiċi tal-Marsa, bħall-forma tal-baċir, il-krejnijiet u ċ-ċmieni se jinżammu u jiġu inkorporati fil-proġetti ta' tisbieħ biex jibqgħu jfakkru fil-karattru u l-istorja tal- Marsa. L-Għolja tal-Ġiżwiti fil-Marsa skont l-istudent tal-Arkitettura Mathhew Muscat Tkompli minn paġna 1 MINKEJJA li l-ewwel rapporti, speċjalment hekk din dan l-attakk ġie ftit biss wara l-attakki f 'Nizza, kienu bdew jindikaw li dan seta' kien attakk terroristiku aktar kemm beda jgħaddi ħin, aktar beda jirriżulta li fil-fatt dan kien attakk ta' persuna li huwa meqjus bħala 'dipressat' u waħdu. Jidher li Sonboly, fil-fatt, kellu kamra tas-sodda mimlija b'kotba dwar attakki li fihom inqatlu ammont ta' nies f 'daqqa. Sonboly ħadem l-attakk billi uża profil falz fuq Facebook bl- isem ta' tfajla u permezz tiegħu beda jistieden lill-vittmi tiegħu biex imorru jieklu fir-ristorant imsemmi bi prezz inqas. B'hekk Sonboly kien qed idaħħal lill-vittmi tiegħu fin-nassa tal- mewt. Il-mottiv ta' dan l-attakk s'issa ma jirriżultax li huwa wieħed reliġjuż, fil-fatt is-sit Telegraph. co.uk tkellem ma' diversi nies li kienu jafu lill-agressur ta' 18-il sena u li qal li Sonboly kien ġej minn familja Musulmana Shia. "Ma jistax ikun li dan kien attakk mill-Istat Iżlamiku, għax Sonboly kien Shia u l-IS jobgħoduhom ħafna lill- Musulmani Shia għax huma estremisti Sunni." "Il-qattiel ta' Munich aġixxa waħdu u l-pulizija meta marret id-dar tal-ġenituri tiegħu ma sabet xejn li qatt kellu x'jaqsam jew kienu jinteressawh l-ISIS, iżda kellu diversi dokumenti ta' straġi oħra fil-passat." Dan qalu l-kap tal-pulizija ta' Munich, fejn qal li "m'hemm l-ebda rabta bejn l-istraġi tal-lum mal-każ ta' immigranti." Tnejn mill-vittmi maqtula fi Xejn ma jindika li l-attakk kien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016