Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Għawdex 14 Il-Labour għadu jiddomina minn John Busuttil WARA snin twal, l-Għawdxin dawru l-pinnur tagħhom lejn il- Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni u jidher li din ix-xejra għadha b'saħħitha f 'Għawdex, anke jekk forsi l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jagħti stampa differenti. Il-fatt li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, igawdi fiduċja kbira, mhux biss mil-Laburisti iżda anke minn votanti tiegħu personali li jagħtuh il-vot u jkomplu fuq kandidati tal-PN, juri li l-avukat tal- fatti aktar mill-paroli, kien u għadu l-aktar personalità politika b'saħħitha f 'Għawdex. Refalo huwa popolari anke jekk il-kompetizzjoni fil-kamp Laburista hi mill- aktar qawwija. Fil-fatt, għandek 'heavyweights' bħal Justyne Caruana, Franco Mercieca, Joe Cordina u Clint Camilleri, minbarra li tħabbat il-bibien hemm ukoll l-avukat Josianne Cutajar, tfajla żagħżugħa ta' 26 sena min-Nadur, li hi ċ-chairperson tan-Nisa Laburisti f 'Għawdex u kunsilliera laburista fin- Nadur. Justyne Caruana anke jekk is-segretarjat tagħha hu f 'Malta, xorta tibqa' popolari f 'Għawdex anke jekk ftit tista' taqdi Għawdxin, tant li qed taħdem ħafna fejn jidħlu anzjani u persuni b'diżabbiltà f 'Għawdex. Mhux xi sigriet li Refalo ma tantx tinżillu għasel li Justyne tidħollu fl-għalqa u lanqas hu sigriet li bejn Justyne u Anton ma tantx hemm amor qed ifur. Franco jgawdi l-appoġġ tal- iswitchers...imma jżid voti? Franco Mercieca mhux mistenni li jżid voti minħabba l-fatt li hu kien reħa minn idu s-segretarjat parlamentari u b'hekk in-nies tiegħu ma tantx ġew moqdija. Iżda l-fatt li Mercieca hu wieħed mill- aqwa oftamolġisti f 'Malta u huma ħafna mijiet li jaqdi bil-professjoni tiegħu, għandu jgħinu li jżomm postu fil-Parlament. Dan minbarra li Franco Mercieca jgawdi l-fiduċja tal-iswitchers, minħabba li hu magħruf bħala persuna aktar politikament moħħha miftuħ u li jemmen fil- meritokrazija. Refalo, anke jekk għandu rispett miż-żewġ naħat, xorta jagħżel lin-nies tiegħu u lil dawk li jagħtuh is-sostenn, fejn jidħlu promozzjonijiet f 'Għawdex. Franco Mercieca qed jittama li jekk iżomm is-siġġu fl-elezzjoni li jmiss, jista' wkoll jirbaħ is-siġġu Ministerjali f 'Għawdex. Clint jista' ma joħroġx Clint Camilleri ma rebaħx siġġu fil-Parlament Ewropew bi żbrixx. Huwa wkoll ħabib kbir ta' Refalo, tant li ħafna jaħsbu li l-perit Camilleri jista' jagħżel li ma jikkontestax l-elezzjoni li jmiss biex ma jtellifx miċ-ċansijiet ta' Refalo, għalkemm jekk jaħdem id f 'id ma' Refalo, jista' jkun li jirbaħ siġġu mill-wirt tiegħu hekk kif jidher li l-Ministru mhux se jitlef wisq mill-kważi 5,000 vot li kien ġab fl-aħħar elezzjoni. Barra minn hekk, Clint Camilleri ma jistax jerġa' jħares lejn l-Unjoni Ewropea fl-elezzjoni li jmiss għax din id-darba m'hemmx l-element tal-kaċċa li tant rebbaħlu voti. Joe Cordina. Is-sorpriża Laburista? Joe Cordina, li fl-aħħar elezzjoni għażel li ma jikkontestax wara li l-PN ipprova jimplikah fil-famuż skandlu taż-żejt għadu ma ħabbarx b'mod uffiċjali, li se jikkontesta l-elezzjoni. Iżda sorsi qalu lill-ILLUM li dan se jikkontesta u "żgur li Cordina jista' jkun is- 'Rajt Għawdex jinbidel, nispera minn John Busuttil KTIBT għexieren ta' artikli dwar Għawdex, u ma nafx kemm iltqajt ma' personalitajiet Għawdxin li kollha nisġu fija l-istorja ta' Għawdex li jien qsamt magħkom. Laqqajtkom mal-ħsibijiet tal-politiċi Għawdxin u anke ta' dawk li joħolmu li xi darba jew oħra jmexxu l-politika Għawdxija. Ippruvajt inwassal ukoll permezz tal-pinna tiegħi, il-kultura Għawdxija li anke jekk Għawdex iperper l-istess bandiera u jaqa' taħt l-istess leġislazzjoni ta' Malta, xorta tibqa' gżira li għandha kultura unika b'poplu uniku li barra li jgemgem bħal ħutu l-Maltin, kapaċi jieħu r-riedni ta' ħajtu f 'idejh u jiġġieled favur il-pożittività lejn il-gżira Għawdxija. F'dawn il-ħames snin li għext jew kif inħobb ngħid kemm ilhom li adottawni, rajt bidla kbira. Rajt Għawdex jinbidel, minn poplu jgemgem bħall-Maltin kollha, għal poplu aktar komdu bis-sitwazzjoni Għawdxija. Minn poplu li kien qed jidra japprofitta ruħu mit-turist Malti bis- sogru li jitilfu, għal wieħed li jfissed lit-turist Malti. Fejn irnexxielu minn sena għall- oħra jressqu lejn il-gżira tiegħu u begħdu milli jagħżel Sqallija minn Għawdex u n-numri qegħdin dejjem ikomplu jikbru u jikbru. Hu żgur li l-akbar mertu hi l-akkoljenza bi tbissima tal- karattru Għawdxi u anke tal- kultura li tgħammar fil-qalb tal-Għawdxi u li kien kapaċi jaqsamha mal-Malti. Fejn qabel l-Għawdxi kien qed jesaġera fil-prezzijiet tal- ikel u xorb bil-Malti jagħżel ġita fi Sqallija li kienet tiġih irħas minn waħda lejn Għawdex, bidel l-attitudni tiegħu, bir-ristoranti Għawdxin bdew iżommu prezzijiet inqas, b'aktar ikel abbundanti u ġenwin. Ħasra biss li bħalma qed jiġri Malta, il-wejters huma kważi kollha barranin u dan inaqqas ħafna minn dak il-karattru ħelu tal-wejters Għawdxin li hu uniku, speċjalment meta joħorġulhom xi erba' kelmiet bid-djalett Għawdxi. Djalett li jaffaxxinani iżda jċaħħduh wisq lit-turist Malti għax mal-Maltin jitkellmu biss bil-Malti. L-Għawdxi llum tgħallem jaqsam il-gżira tiegħu mal- eluf ta' Maltin li mhux biss jitilgħu hemm għal ġurnata, jew tmiem il-ġimgħa iżda li anke xtraw proprjetà hemmhekk u qed jitnissġu sew mal-kultura Għawdxija. Għax il-Malti hu mixtieq wisq mill-ħajja trankwilla u sempliċi tal-Għawdxi u għalhekk il-Malti, f 'Għawdex u fl-Għawdxin isib dak li m'għandux f 'Malta. Barra minn hekk, huma l-mijiet ta' Ingliżi, Ġermaniżi, Olandiżi, Serbi, Rumeni, Russi, Taljani u oħrajn li ddeċidew li jgħixu l-ħajja Għawdxija billi jew irtiraw f 'Għawdex inkella għażlu li jaħdmu u jgħixu Għawdex. Dan il-fatt, għolla sew il- prezz tal-proprjetà, offra ħafna xogħol lill-ħaddiema u kuntratturi tal-kostruzzjoni li f 'Għawdex mhumiex ftit, u allura l-ħajja għall-Għawdxi tjiebet b'kull mod. Anke l-prodott agrikolu Għawdxi hu mfittex sew mit- turisti u mill-Maltin li jaraw li l-prodott agrikolu u anke dak li jiġi prodott minnu, bħall-għasel, żejt eċċ hu speċjali. Dan ukoll qed jgħin lill-familji li jgħixu mill- biedja biex ikollhom ħajja aktar komda. Dan kollu hu 'ripple effect' tan-numru kbir ta' viżitaturi li qed jitilgħu Għawdex mhux biss fi tmiem il- ġimgħa, iżda anke matul il-ġimgħa. Dan qed ikabbar l-ekonomija Għawdxija mertu għall-Għawdxi li dejjem qed jinbidel u jiftaħ idejh biex jilqa' fi ħdanu din il-bidla kbira. Għalkemm s'issa kien kapaċi jibqa' jżomm il-karattru uniku tiegħu ħaj. Għax Għawdex jagħmlu speċjali l-Għawdxi. Iżda dan ma jfissirx li m'għadekx tisma l-istess kantaliena ta' dawn l-aħħar 50 sena jew aktar fejn in-negozjanti, l-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin dejjem jilmentaw dwar l-aċċessibbiltà, pont jew mina, fast ferry, ajruplan jew vapur. Għandhom raġun biex ibigħu, iżda jridu jifhmu wkoll li l-insularità doppja u li tkun gżira ċkejkna ġġib magħha żvantaġġi imma kif ktibt aktar qabel, ħafna vantaġġi wkoll. Ma tistax kif jgħid l-Ingliż 'you have the cake and eat it too'. L-Għawdxi irid jifhem ukoll li l-Malti jogħġbu Għawdex u jippreferi Għawdex għax hemm l-element tal- avventura, tal-vapur, tal-qsim tal-fliegu. Il-vaganza għall- Malti u anke l-barrani tibda miċ-Ċirkewwa li hi ferm differenti kif jara l-qasma tal- fliegu l-Għawdxi. Il-familji u anke l-politiċi jilmentaw dejjem dwar il- 'brain drain' jiġifieri l-imħuħ Anton Refalo jiddomina sew ix- xenarju politiku f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016