Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

ambaxxati fil-Filippini, Dominic qal li wara li kienet ħarġet l-istorja tiegħu fl-aħbarijiet Filippini, il-Konslu għal Malta kien qallu li ma setax jgħinu għaliex 'kellu każ kbir ħafna.' Xhur wara, meta beda s-smigħ fil-Qorti, Dominic jirrakonta kif kien hemm nies li ttellgħu bħala xhieda, li minn isimhom kien jafhom, iżda l-isem ma kienx jaqbel mal-persuna li kien hemm quddiem il-Qorti. Għalhekk, kienu ntalbu juru l-xi dokument ta' identifikazzjoni, u hemmhekk inqabdu li dawn il-persuni ma kinux dawk in- nies li kienu qed jgħidu li huma, u din, spjega Chircop kienet xi ħaġa favurih li setgħet tgħinu. 'Ġejt arrestat mingħajr 'warrant'' Viżibbilment emozzjonat, Domninic jitkellem dwar il-mument meta snin wara li ġie arrestat, ingħata ċ-ċans li jitkellem fil-Qorti. Hemm qal li l-każ tiegħu huwa ineżistenti għaliex hu ġie arrestat mingħajr warrant. Għal dan il-kliem, Dominic jispjega li l-imħallef kien baqa' skantat, u staqsieh jekk kienx ċert minn dan. "Jien għidtilhom biex jekk iridu jġibu lil dawk il-pulizija li kienu arrestawni u jġibu l-karti li kellhom, biex juru kif dak li qed ngħid kien vera." Fil-fatt hekk kienu għamlu, u l-Qorti sejħet għal dawn l-arresting officers sabiex jagħtu x-xhieda tagħhom iżda dawn baqgħu ma tfaċċawx, bl-avukat li ġie provdut bih Chircop jgħidlu li jekk dawn jibqgħu ma jitfaċċawx fil-Qorti fis-seduti li ġejjin, il-każ tiegħu se jkun qed jaqa'. "Jien kont staqsejtu, jiġifieri l-każ jaqa' hekk, u nkun għamilt erba' snin hawnhekk għalxejn?" kompla jgħid emozzjonat Dominic. Wara ħafna iktar seduti, Dominic spjega li kien hemm bosta drabi fejn quddiem il-Qorti ġew preżentati dokumenti u karti uffiċjali ffirmati, daqslikieku minnu, li iżda hu qatt ma kien iffirma, u hemm sfida lill-Qorti biex iġġib l-oriġinali ta' dawn id- dokumenti għaliex hu kien jaf li hu qatt ma ffirma tali karti, li jgħidu i hu kien ħati. "Kont għidtilhom li jekk jippreżentaw il-karti oriġinali fil-Qorti, jien kont lest li mmur għal għomri l-ħabs, imma dawn il-karti qatt ma ġabuhom." Dominic irrakonta wkoll kif il-prosekutur baqa' jisforza l-każ biex hu u l-pulizija ma kinux jidhru li għamlu xi ħaġa ħażina, u għalhekk, Dominic ġie trasferit għal ħabs ieħor, minn Manila. Hawnhekk, meta deher quddiem il-Qorti qalilhom li l-każ tiegħu kien seħħ f 'Manila u mhux f 'dak il-post, "għax dawk jafu li se nirbaħ il-każ u se neħdilhom il-kumpens, u biex ma jħallsunix il-kumpens, riedu joqtluni." U minn hemm, reġa' ntbgħat Manila fejn għadda iktar żmien. 'Jobżqulek fl-ikel u jekk tkellimhom, joqtluk' Dominic jitkellem dwar dak li ra u għadda minnu tul it-tliet snin u disa' xhur li qatta' fil-ħabsijiet fil-Filippini. "Fil-ħabs rajt minn kollox. Rajt qtil quddiemi, rajt vjolenza, jobsqulek ġo l-ikel...ma tistax tkellimhom għax joqtluk hemm ġew. Darba kien daħal wieħed filgħaxija b'martell f 'idu u ħasadni. Għamilli sinjal biex noqgħod kwiet u mar bil- martell maġenb priġunier ieħor u faqgħalu rasu bil-martell. L-għada filgħodu ġew il-pulizija, gerrbuh f 'liżar abjar u telqu bih. La investigaw, xejn." Wara li għadda iktar żmien u kien għadu ma sema' xejn mill-Qorti, iddeċieda li jċempel biex jara fiex kien wasal il-każ tiegħu. Minn fuq it-telefon, wara li tahom id-dettalji tal-każ qalulu li l-każ tiegħu kien ilu xhur li ġie deċiż favurih, waqt li hu kien baqa' l-ħabs. Irriżulta li l-prosekutur kien baqa' jirrifjuta li jiffirma l-karti tar-rilaxx tiegħu. Meħlus mill-ħabs mingħajr qatt instab ħati Dominic Chircop ġie meħlus mill-ħabs fil-Filippini, u rnexxielu jsib xi għajnuna minn soru li kellhom kunvent f 'Batangas li kienu jgħinu lil persuni bla saqaf, u anke minn diversi persuni f 'ambaxxati u konsolati. Finalment, wara dawk is-snin u x-xhur kollha ta' qtigħ ta' qalb, fit-3 ta' Ottubru tal-2015 fejn għamel xi jiem jorqod fl-ajruport ta' Malta. Minn hemmhekk, avviċinatu ħaddiema tal-fondazzjoni tas-servizzi tal-ħarsien soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali li qaltlu li kienet sabitlu akkomodazzjoni f 'Dar Leopoldo. "Meta qaltli li sabitli post f 'residenza fil-Gżira, għamilt madwar ħmistax qabel mort fid-dar, u dejjem kienu jċempluli biex jaraw xi jkun sar minni. Kont għamilt xi ġranet ma' ħabib tiegħi naħdem ta' parker biex ikolli xi ħaġa tal-flus biex anke nkun nista' nixtri xi ħwejjeġ, għaliex ma ridx niġi fid-dar, kif kont." 'Kemm ilni hawn, ħadt ir-ruħ' Emozzjonalment, Dominic jgħid li kemm ilu f 'Dar Leopoldu fi ħdan il-fondazzjoni Suret il-Bniedem, sab nies li lesti li jgħinuh. "Kemm ilni hawn, ħadt ir-ruħ," qal Dominic bid- dmugħ f 'għajnejh, "li kieku ma kinitx għal din id-dar ma nafx x'sar minni. Hawn sibt għajnuna minn kulħadd, u drajt ħafna." F'Dar Leopoldu, x-xogħlijiet tad-dar jinqasmu bejn ir- residenti u kulħadd ikollu sett ta' xogħlijiet li jrid jagħmel, u Dominic jgħid li permezz ta' dawn ix-xogħlijiet mad- dar li jagħmel, tgħallem ħafna. "Hawnhekk tiġi biex tesperjenza lilek innifsek. Kieku ma tgħallimtx nagħmel dawn l-affarijiet kont insibha bi kbira, issa li se mmur ngħix waħdi. Issa jiena persuna b'diżabbiltà imma kollox nagħmel waħdi," żied jgħid. Dominic jgħid li għalkemm jinsab grat ħafna li f 'qasir żmien se jkun qed jingħata akkomodazzjoni soċjali, li kien għalih, kien jibqa' fid-dar. "Jiena kieku lanqas nixtieq nitlaq minn hawn, tant kemm qed inħossni 'home', u qiegħed għal qalbi. Imma kif qaluli; hawnhekk huwa post ta' emerġenza għal min jinqabad bla saqaf fuq rasu u mhux għall-użu ta' kuljum." Dominic kompla jgħid li ġieli jirrabja ma' residenti oħra meta jara li ma jkunux qed jieħdu ħsieb id-dar u ma jħallux nadif warajhom, għaliex hu jħoss li issa, hu parti mid-dar. Meta mistoqsi dwar jekk iħossux lest li jmur jgħix waħdu b'mod indipendenti, issa li mistenni jingħata akkomodazzjoni soċjali, Dominic Chircop jisħaq li d-dar għenitu jitgħallem jagħmel dawk l-affarijiet li ma tantx kien jaf jagħmel, u l-unika problema li jsib, li issa mhux se jkun fid-dar mal-istaff u r-residenti l-oħra, iżda se jkun waħdu. Fil- fatt, Chircop diġà qed jippjana li fil-futur qrib, meta jkollu jitlaq minn din id-dar sabiex jgħix f 'daru, jerġa' jibda jmur fir-residenza, iżda din id-darba biex jgħin u jaħdem b'mod volontarju mar-residenti. Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum 2123 4710 www.mita.gov.mt cmd.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Supply, Delivery, Installation & Maintenance of a Photovoltaic (PV) System at MITA – T052/16 Data ta' ħruġ: 22 ta' Lulju 2016 / Data ta' għeluq: 31 ta' Awwissu 2016 Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU SEJĦIET GĦALL-OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, li se jiġi organizzat nhar it-Tlieta, 2 ta' Awwissu 2016 ġewwa l-MITA Data Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera -10.00 ta' logħdu. Din l-oert qed tigi kkunsidrata sabiex tiġi parzalment inanzjata mill-Unjoni Ewropea Programm Orattiv - Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 qtil quddiemi' Dominic Chircop Channel u l-Ministeru jaħdmu." Dwar dan il-każ, l-ILLUM għamlet kuntatt maċ-chairman tal-Gozo Channel, Joe Cordina u staqsiet kif u għaliex rekwiżiti għall-impjieġ ġew mibdula fi żmien tant qasir. Cordina qal li l-gazzetta għandha tagħmel dawn il-mistoqsijiet lill- Ministeru ta' Għawdex. Għalhekk l-ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill-Minsteru ta' Għawdex u staqsiet lill-Ministeru biex jispjega għalfejn l-istess applikazzjoni inbidlet tliet darbiet f 'temp ta' ħamest ijiem. Staqsiet ukoll lill-Ministru Anton Refalo kif iwieġeb għall-akkuża li qed issir minn bosta fi ħdan il-Gozo Channel li dawn it-tibdiliet saru biex jingħata vantaġġ xi ħadd partikolari. Fl-intervista ppubblikata fuq din il-gazzetta l-ġimgħa li għaddiet, iċ-chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina kien qal li l-ħaddiema qed jaħdmu daqshekk sigħat minħabba li ħafna ħaddiema ġemmgħu b'madwar 200 ġurnata 'leave' matul is-snin u flok il-kumpannija tellfitulhom, offritilhom li jeħduh b'detriment li hemm nuqqas ta' ħaddiema. Dan il-vojt, il- kumpanija mlietu billi qabbdet kuntrattur biex iħaddem nies li jirmunkaw il-vapur. Minkejja dan, qed jingħad li dawn il-ħaddiema li jaħdmu mal- kuntrattur qed jitħallsu ferm inqas mill-kollegi tagħhom li huma mpjegati direttament mal-Gozo Channel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016