Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Solidarjetà... J għidu li l-politika hija ċirku vizzjuż u li eventwalment, kull partit li jkun fil- Gvern jew fil-poter isir eżatt bħal dak ta' qablu fl-atteġjament. Kull politiku jew partit li jkun ilu fil-poter, għax ikun induna li bil-mod il-mod qed jitilfu wara li jkun ilu jmaxtar fih, jaqbdu dillirju u sens qawwi ta' paranojja. Jibda juża l-midja tiegħu biex jikkalunja, jigdeb, iħammeġ jew iwaqqa' għaż-żuett lil dak li fih jara theddida u lil dak li jista' jwaqqgħu mill- pedestall. Rajnieha tiġri bl-aktar mod grottesk lil dittaturi f 'pajjiżi oħrajn u rajnieha tiġri, permezz ta' attakki insensati fuq individwi, lokalment ukoll. Għalhekk din il-gazzetta ssibha inkwetanti u sorprendenti ħafna li l-gazzetta l-aktar li tappoġġja lill-Partit Laburista f 'Malta bħalissa, minflok tuża l-editorjali tagħha biex tagħti vuċi lill-ħaddiem u lil min huwa batut, qed titħalla f 'idejn nies li jogħxew jattakkaw dak kollu li mhux aħmar daqs tadama. Għidnieha f 'editorjal ftit ġimgħat ilu u nerġgħu ngħiduha llum. L-attakki bejn il-ġurnalisti, ma jbaxxix biss lill-ġurnalist li jattakka, imma jbaxxi wkoll lill-ġurnaliżmu. Hija ħasra li din il-ġimgħa assistejna għal attakk ieħor tal-editur tal-orizzont, jew aħjar min qed jikteb l-editorjali mingħajr ma juri ismu, fuq James Debono, ġurnalist tal- kamra tal-aħbarijiet tagħna l-Mediatoday. Ħasra, għax intużat l-aktar vuċi awtorevoli ta' gazzetta li għandha storja kbira biex jiġi attakkat xi ħadd bħal Debono li huwa ħati biss li kien qed jagħmel xogħlu b'imparzjalità u konsistenza. Ħasra, għax min qed jikteb dawn l-editorjali vixxerali mhux qed jinduna li l-ħsara li qed issir fuq il-ġurnaliżmu tista' tkun kbira. Ħasra li editorjal ta' ċertu toqol jintuża biex permezz tiegħu jkun attakkat il-messaġġier, minflok il- messaġġ. Min-naħa tagħna, minflok ninfexxu nattakkaw u ngħajru lill-kollegi tagħna tal-Union Print, nixtiequ noffrulhom l-id tas- solidarjetà għax nafu li dak li kien miktub fl-attakk li sar fuq James Debono ma jirrapreżentax dak li jaħsbu u jħossu l-maġġoranza kbira tagħhom. Fil-fatt, nafu li l-maġġoranza tal-ħaddiema, speċjalment ġurnalisti li jaħdmu mal- Orizzont/Torċa, huma nies li bħal James Debono jieħdu xogħolhom bis-serjetà u huma nies li kapaċi jaħsbu, jixtarru, jikkritikaw u jevalwaw dak li qed iseħħ f 'pajjiżna. Ħasra li t-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom qed jiġu miżrappreżentati mill-paranojja ta' min qed juża gazzetta bi storja ta' aktar minn 50 sena biex jagħmel dak li kienu jagħmlu n-Nazzjonalisti meta kienu waslu fl-aħħar u kienu jafu li t-tmiem ta' Gvern Nazzjonalista kien ċert. X'diżrispett lejn il-karriera ġurnalistika in ġenerali u x'diżrispett lejn dawk il- ħaddiema li jgħixu u jgħajxu lill-familji tagħhom mill- istamperija tal-Marsa. Min se jiddeċiedi l-proporzjon? Din il-gazzetta diġà ħarġet, f 'żewġ editorjali, favur il-privatizazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru, dejjem jekk din tiftaħ u tkabbar il-possibilitajiet u l-għażliet għall-konsumatur u dejjem jekk l-Airmalta tibqa' ttir bħala linja nazzjonali. Nafu li l-Gvern qed jaqbad kwistjoni taħraq ħafna, li hija riżultat ta' governanza bażwija taħt gvernijiet preċedenti. Nafu wkoll u nifhmu li l-linja nazzjonali qiegħda f 'mument delikat ħafna li jista' jiddetermina jekk issalvax jew tgħeriqx. Imma l-mandat li ressaq il-Gvern permezz tal-Airmalta fil- Qorti kontra l-union tal-piloti (ALPA) jista' joħloq preċedent ikrah. Huwa ta' xejn li l-Prim Ministru jgħid li ma jridx ineħħi dritt ta' strajk u fl-istess ħin jgħid li jrid jneħħi biss id- dritt ta' strajk "sproporzjonat." U min se jideċiedi x'inhu sproporzjonat? Għax dak li hu sproporzjonat għal min iħaddem, f 'dan il- każ il-Gvern, jista' jkun proporzjonat għall-ħaddiem u min jirrapreżentah. F'dan il-każ, jista' jkun li verament hemm il-periklu, għax il- mument mhux opportun, imma dan l-argument smajnieh ħafna drabi qabel. Meta tax-xarabanks strajkjaw, Gvern Nazzjonalista kien qalilna li 'għarukaża għax se jbati l-passiġġier', meta strajkjaw it-tobba/infermiera kienu qalulna 'x'għarukaża għax se jbatu l-pazjenti', meta kienu jinżlu jipprotestaw fit- toroq il-unions, speċjalment il-GWU, gvern tal-PN kien jitkaża għax konna se nwerwru lit-turisti. Bħal dak li qallu, strajk isir meta ma jinħass minn ħadd u meta differenza ma jagħmel xejn. L-għodda tal-istrajk huwa dritt demokratiku tal- ħaddiem li għandu dejjem jintuża bħala l-aħħar għodda u f 'każ li kull ħaġa oħra tfalli. Imma huwa dritt li ma jistax jitneħħa u lanqas jitbagħbas taħt l-iskuża tal- proporzjonalità. Il-proporzjon huwa suġġettiv u jekk se nħallu dritt għas-suġġettività, mela allura dak ma jibqa' dritt xejn. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016