Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum Intervista 13 opra b'ħafna atti...tal-piloti l-aħħar att' ħafna t-total ta' żewġ miljun turist matul l-2016. Imma dan it-tkabbir kemm huwa sostenibbli? Kemm nistgħu nibqgħu nikbru? Kemm tiflaħ l-infrastruttura ta' pajjiżna? Zahra jgħid li fl-opinjoni tiegħu, iħoss li fil-fatt iż-żewġ miljuni huwa l-quċċata li jista' jilħaq pajjiżna. "Għad fadlilna ftit fix- xitwa x'nimlew, imma jien nħoss li l-massimu li jista' jiflaħ pajjiżna huwa żewġ miljun turist, li jfisser 20 miljun lejl. Niżbgħu fuq is-sadid Il-ġimgħa l-oħra, is-sit illum. com.mt irraporta ċifri li kienu ħarġu fil-Parlament li kienu juru kif San Pawl il-Baħar tibqa' l-akbar ċentru turistiku fil-pajjiż. Żġur u mhux forsi, u minkejja kull skuża li tista' tinġieb, l-investiment li sar fl-infrastruttura pubblika f 'din il-lokalità żgur li ma jirriflettix l-importanza ta' Buġibba/Qawra/ San Pawl il-Baħar bħala ċentru turistiku. Ma jdejqux lil Zahra, l-fatt li l-aħħar injezzjoni kbira ta' investiment li sar f 'din il-lokalità kien 20 sena ilu? "Din hija ħażina," jibda jirrispondi Tony Zahra, "għalhekk aħna bħala MHRA qbilna fuq it-taxxa ta' 50ċ kull lejl għal kull turist u proponejna li l-flus imorru għal sħubija bejn il-Gvern u l-privat, biex bil-flus miġburin minn din it-taxxa, jsiru proġetti simili u biż- żmien kull lokalità tara proġetti ta' tisbieħ, bħal ma kien sar fl-1997 f 'Buġibba u anke f 'Birżebbuġa." Huwa għamilha ċara li l-organizazzjoni li se tkun qed tara kif se jintefqu dawn il-flus mhux se tkun waħda b'ħafna spejjeż, iżda waħda li sempliċiment tara li l-kuntratti jingħataw u x-xogħol fiż-żoni turistiċi jsir. Naturalment, il-bżonn ta' proġetti infrastrutturali mhix l-unika kwistjoni li titratta l-prodott turistiku. Hemm ukoll il-pjaga tat-telqa u nuqqas ta' irfinar fid- dehra, li b'mod ġenerali għadha qed tiproġetta stampa negattiva ta' pajjiżna. Stampa ta' pajjiż sabiħ b'mentalità ta' 'ejja ħa mmorru'. Kemm se ndumu ngħidu l-istess ħaġa? Kemm se ndumu ngergru u jibqa' jsir ftit li xejn? "Din il-ġimgħa, fil-fatt, kellna każ ta' turist Ġermaniż, li kien inaddaf fejn imur jgħum u li serva ta' eżempju għal ħafna f 'pajjiżna li m'għandhom l-ebda sens ċiviku. Tara roundabouts sbieħ, imbagħad madwarhom mimli fliexken u imbarazz li jitwaddbu mill-karozzi. Għalfejn dan? Anke sempliċiment trakk tat-trab, tarah għaddej mingħajr il-materjal użat biex jgħatti u jimla kull m'hemm. Dan sew allura? M'iniex konvint li qed nippjanaw biżżejjed għall-bini għoli Induru fuq il-kwistjoni tal-bini għoli u l-impatt viżwali li se jkollu fuq pajjiżna, jiifieri kif dan l-impatt viżwali se jaffetwa l-prodott Malti. Zahra jibda mill-ewwel billi jgħid li hemm bżonn ta' viżjoni, "mhux pjanar li jsir mil-lum għall-għada, jew skont il-ġurnata, imma pjani ċari u inflessibbli ta' fejn nistgħu nibnu bini għoli u fejn le. Għax bini, ladarba tkun bnejtu mhux se tneħħih f 'ġurnata jew sena." Din il-gazzetta tfakkru li argument ta' bosta huwa li ladarba f 'żoni bħal Paceville u San Ġiljan diġà hemm bini għoli jew meqjus għoli, allura proġetti simili m'għandhomx ikunu problema. It-tliet proġetti mill-privat proposti fiż-żona tal-Bajja ta' San Ġorġ u li t-tlieta li huma jinvolvu bini għoli, se jkunu qed ibiddlu wiċċ iż-żona. Lil Zahra dan idejqu? "Ara, hemm ħafna x'wieħed jista' jiddiskuti qabel ma nitkellmu dwar il-viżwal. Ejja nibdew bil- bajja ta' San Ġorġ. Din hija kbira daqs kemm hu kbir maktur, jiġifieri meta titkellem dwar bini għoli trid tikkunsidra wkoll x'effett influss akbar ta' nies jista' jkollu fuq żona." Zahra jgħid li jeħtieġ li jsiru studji ċari u pjanar serju, xi ħaġa li qaluha ma' din il-gazzetta l-ambjentalista Astrid Vella kif ukoll il-President tal-Iżviluppaturi Maltin Sandro Chetcuti. "Jien għad irid inkun konvint," kompla jgħid Zahra, "kif se jidħlu l-karozzi, kif se niffaċċjaw l-isfidi infrastrutturali, jekk il-bajja hemmx post biżejjed biex tiflaħ għal influss ikbar ta' nies, jekk is-sistema ta' drenaġġ hux se tkun qed tiflaħ u kemm hemm periklu li din ma tiflaħx u jisġiċċa kollox fil-baħar. Dawn irridu niddiskutu, qabel nitkellmu dwar l-impatt viżwali." X'jaħseb li jista' jiġri Zahra, jekk dan l-ippjanar ma jsirx? Huwa jgħid li probabbilment se tkun il-kwalità tat-turist li jiġi Malta li tbati. "U aħna turisti ta' valur ogħla rridu." Dwar dan il-punt, itemm jgħid li fil-passat saru żbalji, "issa importanti li mill-iżbalji, nitgħallmu biex ma nerġgħux nirrepetuhom. Noqogħdu attenti għax gżira waħda għandna." Imma sejrin tajjeb b'ċikka? Bħalissa ħafna mill-kompetituri tagħna qed jiffaċċjaw problemi kbar. It-Tuneżija għadha qed tbati minn attakki li saru fil-passat riċenti, l-Eġittu mhux wisq aħjar u fit- Turkija, is-sitwazzjoni hija fluwida ħafna. Apparti dan, kellna xitwa prattikament sajfija bix-xemx tul ħafna mis-sena s'issa u ekonomija Ewropea li qed tirpilja. Kemm hu ġustifikat min jgħid li ma tridx tkun xi għaref biex tmexxi t-turiżmu 'l quddiem bħalissa, anzi hija xi ħaġa kważi awtomatika li t-turiżmu jmur tajjeb? "Iva ġustifikata," jwieġeb Zahra. "Bħala MHRA, aħna l-ħin kollu nfakkru li l-agħar ħaġa hija l-kompjaċenza. Qegħdin f 'pożizzjoni eċċezzjonali bħalissa u rridu nużaw il-ħin li qegħdin fih biex min irid jiġi Malta, jiġi għax irid." Huwa jtemm jappella li "issa huwa ċ-ċans li ntejbu l-prodott tagħna, għax huwa bħalissa li hemm marġini biżżejjed biex isir investiment, kif fil- fatt qed isir mill-privat." Huwa jgħid li anke l-Gvern jeħtieġ li jagħmel il-parti tiegħu, kif jeħtieġ jagħmel il-parti tiegħu l-pubbliku billi jżomm l-indafa u jgħożż lil pajjiżu f 'kull sens. Ritratt: Raphael Farrugia Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) Tony Zahra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016