Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Bdejt billi kont nilgħab futbol fit-triq mas-subien. Il-tfal tal-ġirien tista' tgħid li kienu kważi kollha subien u kont nispiċċa nilgħab il- futbol magħhom. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan- nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Vera li bejn tfajla u ġuvni hemm differenza fis-saħħa fiżika però nemmen ukoll li hawn tfajliet li kapaċi jilagħbu futbol iktar minn ċerti rġiel. Nemmen li l-futbol tan- nisa qed iqajjem interess fid-dinja kollha u iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar qed jogħla l-livell. Dawk il- persuni li għadhom jirraġunaw b'din il-mentalità ngħidilhom biss biex isibu ħin u josservaw ftit il-futbol tan-nisa u żgur ibiddlu fehemthom. Faċli tikkritika meta qatt ma tkun urejt interess fil-futbol tan-nisa. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-ekskowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan- nisa lokali, Pierre Brincat? Kif għidt int eżatt, Pierre Brincat huwa l-moħħ f 'dak kollu li ġara u qed jiġri fil-futbol tan-nisa ġewwa Malta. Irnexxielu jibni akkademja minn età ta' 10 snin sal-kbar, u nassigurak li ma kinitx faċli għalih. Kellu ħafna ntoppi però kien persuna li ra l-potenzjal li għandhom it-tfajliet, speċjalment id-dedikazzjoni li għandhom, u emmen li jista' jasal sa fejn wasalna llum. U żgur li wasalna fejn wasalna bis-saħħa tiegħu. Ippermettili nirrimarka x-xogħol ferm siewi li qed tagħmel f 'dan il-qasam, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, responsabbli mis- settur tal-Grassroots, Maria Mifsud. X'tikkummenta fuq din il-persuna li tant għandha għal qalbha l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna u mhux biss? Maria Mifsud hija persuna li qed taħdem ħafna fil-livell tal-grassroots u fortunatament għalina tagħti ħafna importanza lill-futbol tan- nisa. Hija persuna dedikata li lesta li tgħinna f 'kulma jkun hemm bżonn. Hi tkun dejjem preżenti fi kwalunkwe sitwazzjoni li jkollna u dejjem tipprova tagħti l-100% tagħha għal-akbar ġid tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna. Bħala tim nazzjonali tan-nisa, ħassejtu xi transizzjoni partikolari mis-sistemi ta' kowċing li kien jaddotta Pierre Brincat għal dawk ta' Mark Gatt? Mal-kowċ Mark Gatt qed nilagħbu iktar futbol offensiv u jiffoka iktar fuq il-fiżika. Ma kinitx daqshekk faċli biex naddataw għal din il-bidla għax forsi kellna mentalità daqsxejn difensiva però bil-mod il-mod, qed jirnexxielna naddattaw għaliha wkoll. Ma nistax ma nsemmix it- tournament ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tan-nisa, fejn għalkemm kellkom prestazzjonijiet mill-aqwa, fallejtu li tiksbu l-kwalifikazzjoni bi żbrixx. Dan meta kien jonqoskom biss punt biex jirnexxielkom tilħqu t-tragward li tant ħdimtu għalih. X'ħassejt wara dan id-diżappunt, li wasal meta kien hemm arja kbira ta' ottimiżmu, li tabilħaqq stajtu tilħqu dan it- tragward uniku? Kien wieħed mill-ikbar diżappunti li kelli s'issa fil-karriera tiegħi mat-tim nazzjonali. Kulma kien jonqosna kien punt biex nerġgħu nirrepetu dak li konna għamilna sentejn qabel, però l-logħba kontra l-Gżejjer Faroe ġiet ikkumplikata sa mill-bidu tagħha. Dan għaliex sofrejna żewġ gowls fl-ewwel kwarta u għalkemm irnexxielna nirkupraw dak l-iżvantaġġ kien sforz enormi fejn imbagħad daħlet l-għejja u sofrejna gowls fl-aħħar mumenti tal- partita. Kienet tassew ħasra li nqlajna hekk meta naħseb li konna l-aħjar tim nazzjonali fil-grupp però dak hu l-futbol. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Hemm ħafna mumenti sbieħ, fosthom meta rbaħt l-ewwel kampjonat ma' Hibernians, meta rbaħt l-uniku kampjonat mal-Mosta. Però, l-isbaħ mument kien meta rnexxielna nikkwalifikaw mat- tim nazzjonali. Ħadd ma kien qed jistenna li t-tim nazzjonali tan-nisa seta' jasal għal dak it-tragward. X'fisser għalik dan ir-rebħ ta' Kampjonat minn Hibernians? Kien iktar faċli minn oħrajn meta tikkunsidra li Birkirkara donnu battew ftit fir-rendiment għal staġuni preċedenti fejn jidher li qed jinħass sew in-nuqqas tal-plejer Rachel Cuschieri? Kull kampjonat li jintrebaħ huwa sabiħ. Meta mqabbel mal-aħħar żewġ kampjonati li aħna rbaħna naħseb li dan kien 'l-eħfef wieħed'. Ovvjament, Birkirkara, ma jistgħux ma jħossux plejer bħal Rachel Cuschieri li hija plejer tajba ħafna. Birkirkara dejjem kienu ta' sfida denja għalina u forsi bħalissa huma għaddejjin minn mument ta' transizzjoni. Nemmen li bil-plejers ta' esperjenza li għandhom bħalissa u bil-plejers żgħażagħ li għandhom telgħin, ninsab ċerta li ħa jerġgħu ikunu jistgħu jisfidaw għall- unuri. illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Cristian Antony Muscat Dorianne Theuma - waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f'pajjiżna f'kull żmien. Hija mutur f'nofs il-grawnd u l-captain tan-Nazzjonal tal- Futbol tan-Nisa. Mutur f 'nofs il-grawnd u captain Sports 34 "Nemmen li hawn tfajliet li kapaċi jilagħbu futbol iktar minn ċerti rġiel"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016