Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum biżżejjed... ħaddem lill-barranin f 'dan is-settur, liema domanda mhux qed tintlaħaq jew minħabba nuqqas ta' nies jew minħabba nuqqas ta' kwalifiċi. Settur ieħor li fih hemm nuqqas ta' ħaddiema u għalhekk bżonn imminenti ta' aktar ħaddiema huwa fis-settur tas-servizzi u l-bejgħ. Hawnhekk għandek 15.3% tal-impjiegi kollha f 'pajjiżna li mhux qed jimtlew malajr. Imma għalfejn mhux qed jimtlew dawn il-postijiet? X'jaħsbu dawk li qed iħaddmu? Nuqqas ta' ħiliet... attitudni ħażina Ċifri fl-istess riċerka juru li ħafna, kważi 60% minn dawk li jħaddmu, iħossu li hemm ftit wisq minn dawk li japplikaw li jkollhom il-ħiliet meħtieġa. Madwar 45% iħossu li hemm ukoll problema ta' attitudni u personalità. Dwar din tal-aħħar, ir- rapport ma jispeċifikax eżatt x'inhi l-'problema', għalkemm din tista' tinkludi nuqqas ta' flessibilità u/ jew problemi motivazzjonali. Apparti minn dan, il-kumpaniji li ħadu sehem f 'din ir-riċerka jsemmu punti oħrajn dwar għalfejn qed isibuha difiċli li jimlew bosta postijiet tax- xogħol, fosthom nuqqas ta' interess fl-impjieg (madwar 37%) u nuqqas ta' nies li japplikaw għax-xogħol (madwar 38%). Ma tafx tuża l-kompjuter? Insa! Naturalment, hemm bosta fatturi li jagħmluha dejjem aktar diffiċli li persuna ssib ix-xogħol. Fil-fatt, apparti l-possibbiltà ta' nuqqas ta' Maltin għax-xogħol, jew inkella nuqqas ta' interess f 'dak it-tip ta' xogħol, hemm fattur ieħor kruċjali li jiddetermina min isib impjieg jew le. L-aktar raġuni li għaliha persuna ma ssibx impjieg hija minħabba nuqqas ta' ħiliet fil-kitba, segwita minn nuqqas ta' ħiliet fl- użu tat-teknoloġija. Jiġifieri llum il-ġurnata, jekk ma tafx tagħmel użu bażiku minn programmi tal-kompjuter, il-probabbiltà hija li ma ssibx impjieg. Hemm fatturi oħrajn li bosta qed ifittxu qabel jimpjegawk, fosthom il-ħila li tkun parti u taħdem ma' tim ta' nies, l-abbiltà li titkellem bl- Ingliż, li kapaċi tikkomunika tajjeb, li kapaċi tagħmel iktar minn ħaġa waħda fl-istess ħin (multi-tasking) u li tkun tkun kapaċi taqdi klijenti. Naturalment dan kollu, ikompli juri r-rapport, qed jitfa' piż akbar fuq dawk in-nies li diġà jaħdmu fuq il-post tax-xogħol u li qed ikollhom jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' ħaddiema. Biex issib impjieg, l-aktar tliet fatturi importanti li ħafna minn dawk il- kumpaniji li jħaddmu f 'pajjiżna jħarsu lejhom, huma l-għarfien tal-lingwa Ingliża, li kapaċi taħdem f 'tim u l-komunikazzjoni. Smajt? Dak qed idaħħal in- nies.... Aspett ieħor tar-rapport huwa dak fejn dawk li pparteċipaw kienu mistoqsijin kif kienu qed jirreklamaw l-impjiegi li kellhom bżonn. Jidher li l-aktar forma ta' riklamar popolari huwa dak li jiġi mingħajr ebda forma ta' spiża: il- kelma. 21% ta' dawk li pparteċipaw qalu li huma jimlew il-postijiet tax-xogħol billi jxerrdu l-kelma. Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) tibqa' wkoll fost il-favoriti ma' 20% ta' dawk li pparteċipaw, kif jibqgħu popolari s-siti soċjali bħal Facebook, Twitter u Linkedin. Il-gazzetti u mezzi aktar konvenzjonali jibqgħu popolari għalkemm inqas minn dawk imsemmijin diġà. B'kollox, kienu 15% li għamlu użu minn dan il-mezz biex jimlew il-postijiet tax-xogħol, filwaqt li 14.3% jagħmlu sejħa interna u 8.6% jużaw aġenziji tar-reklutaġġ. (Ara wkoll xi jgħid il- President tal-MHRA dwar ħaddiema barranin fis-settur tal-lukandi, fl-intervista fuq paġni 12 u 13) Il-komunikazzjoni u l-attitudni importanti għal min iħaddem Pensjonant ordnat iħallas €4,000 f 'danni għal frodi PENSJONANT mir-Rabat, Għawdex ġie kkundannat jagħmel mitt siegħa xogħol fil-komunità u jħallas kważi €4,000 f 'danni lil koppja Għawdxija, wara li nstab ħati li kien daħħal f 'butu, flus li kienu ġew fdati lilu bit-tir li jinvestihom. Victor Camilleri, li għandu 62 sena, instab ħati ta' frodi, miżappropriazzjoni, kif ukoll li għamel dikjarazzjoni mhix veritiera lill-awtoritajiet pubbliċi u li ffalsifika diversi dokumenti bejn l-2001 u l-2003. Hu kien ġie mixli wara li l-pulizija investigaw rapport fuq Camilleri li sar mill- koppja Vella. Dawn kienu nkarigaw lil Camilleri sabiex jittrasferixxi £7,400 (€8,825.90) li kienu ġew fdati lilu minn bank għall-ieħor ġewwa r-Renju Unit. Mill- investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li minflok ma ġew investiti kif suppost, dawn l-eluf kienu spiċċaw iħaxxnu l-but ta' Camilleri, wara li ħoloq diversi dokumenti u firem foloz. Quddiem il-Qorti tal- Maġistrati f 'Għawdex, l-akkużat kien għażel li ma jwieġeb għall-ebda mistoqsija li saritlu fir-rigward ta' x'kien sar mil-flus. Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li l-akkużat kien daħak bil- koppja Vella permezz ta' ittra falza u li l-flus kien użahom għal skop differenti minn dak li kien ġie mitlub. Filwaqt li f 'seduta li saret f 'Ġunju li għadda, is-Sinjura Vella stqarret li l-akkużat baqa' jrodd lura dak dovut lilhom, iżda ma kinitx taf kemm l-imputat ħallas jew baqagħlu jħallas. Il-Qorti ġibdet l-attenzjoni tal-prosekuzzjoni, il-parte civile u difiża li mhux sewwa li kawżi jibqgħu mdendlin kif ġara f 'dan il-każ biex isir il-ħlas dovut. "Bir- rispett kollu lejn kulħadd, il-Qorti għandha minnufih tgħaddi għas-sentenza meta jingħalqu l-provi u jsiru s-sottomissjonijiet finali u mhux tispiċċa ostaġġ bejn il-partijiet li jużaw lill-Qorti għall-iskopijiet ta' moħħhom jew biex ikunu esegwiti deċiżjonijiet tal-Qrati Ċivili." Fis-sentenza tiegħu, il- Maġistrat Joe Mifsud sostna li l-Qorti qalet li fiċ-ċirkostanzi tal-każ ikun aħjar, kemm għas-soċjetà u kemm għall- koppja Vella li l-imputat għandu jpatti tal-għemil tiegħu billi jkompli jħallas il- bilanċ kollu tal-flus meħuda b'qerq lill-vittmi minflok jingħata sentenza effettiva ta' ħabs. Mill-banda l-oħra, kien jeħtieġ li l-ħati jifhem il-ħazin li kien għamel u li għalih issa jrid jagħmel tajjeb lis-socjetà billi jirrendi ruħu socjalment utli. Fid-dawl ta' dan, il-Qorti qiegħdet lil Camilleri taħt ordni ta' servizz fil-komunità bil-kundizzjoni li jagħmel xogħol bla ħlas għal 100 siegħa. Il-Maġistrat ordna wkoll lill-ħati biex iħallas lill-koppja Vella kumpens ta' €4,094.15 fi żmien 18-il xahar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016