Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum Louis Grech fit-tmun tal-aġenda kontra l-faqar minn Albert Gauci Cunningham "QABEL kienu jiġu għandna bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, illum qed jiġu għandna bil-kont tal-kera," hekk sostnew membri tal- Caritas mal-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt laqgħa li kellhom f 'Kastilja dwar ir-rapport li ppubblikaw ftit tal-ġimgħat ilu. Dan żvelah Muscat stess fl- ewwel kummenti tiegħu fuq il-programm 'Għandi xi Ngħid' fuq Radju Malta dwar il-kwistjoni tal-kirjiet, minn mindu din intefgħet taħt il-lenti wara li proposta ta' Yana Mintoff Bland għal kontrolli fuq kemm kirjiet kummerċjali jistgħu jogħlew kienet żvelata fuq il-gazzetta ILLUM. Muscat ħabbar li bħalissa l-Gvern qiegħed imexxi grupp ta' kordinament immexxi minn Louis Grech u li għandu jmur quddiem il-Kabinett b'numru ta' proposti li jikkumbattu l-faqar filwaqt li joffru xi forma ta' solliev fid- dawl ta' kirjiet kummerċjali li fl-aħħar snin splodew 'il fuq. Kienet il-gazzetta ILLUM li fil-ħarġa ta' nhar il- Ħadd 26 ta' Ġunju li għadda żvelat kif fil-ġimgħat li ġejjin, il-Ministru tal- Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia se jkun qed iressaq proposti dwar il-kirjiet, fosthom waħda li se tiffoka fuq is-sussidju ta' €83 fix-xahar li jagħti l-Gvern lil min qed jikri mill-privat u għandu dħul baxx. Il- Ministeru qiegħed attivament jikkunsidra wkoll proposta biex għall-ewwel darba ikun inċentivat sid biex idaħħal bħala inkwilini, individwi u familji bi dħul baxx wara arranġament mal-Awtorità tad-Djar dwar il-prezz tal- kirja privata. Mal-preżentatur Andrew Azzopardi, il-Prim Ministru Muscat ammetta li l-kirjiet privati fil-fatt huma problema u saħaq li filwaqt li parti mir- raġuni huwa l-abbuż, parti oħra huwa frott id-domanda qawwija li hawn għall-kirjiet privati f 'pajjiżna bħalissa, speċjalment minn eluf ta' barranin li qed isibu impjieg f 'Malta. Huwa fatt magħruf li fost l-inqas kera fix-xahar illum, wieħed isib prezz ta' madwar €450, bil-kirjiet jaqbżu s-€750-€800 f 'żoni bħal San Ġiljan, Tas-Sliema, San Ġwann u l-inħawi. Billi nżidu l-paga minima ma nsolvu xejn Waqt il- programm, il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa' sostna li ż-żieda fil-paga minima mhix soluzzjoni. Filwaqt li sostna li jiddispjaċih li d-diskussjoni dwar il-paga minima ma' komplietx għaddejja, wera sodisfazzjon li r-rapport tal-Caritas juri li aktar nies li jaħdmu matul dawn it-tliet snin, ħarġu mill- faqar. Min-naħa l-oħra iżda Muscat sostna wkoll li jekk il-Gvern iżid il-paga minima, "ikollok effett pożittiv għall-ewwel, imma mbagħad tibda tiżdied il-pressjoni biex jiżdiedu wkoll il- pagi l-oħrajn, li jfisser li fl-aħħar tal-ġurnata, wara li jiżdiedu l-pagi ta' kulħadd, min kien isfel, xorta isfel baqa'." Muscat sostna li jekk il- Gvern sempliċiment jgħolli l-paga minima, ma jkunx qed jindirizza l-inkwiet espress fir-rapport tal-Caritas. Mhux se nkun ostaġġ tal- ħin fuq l-Airmalta Intant waqt il-programm, Muscat irrikonoxxa l-preokupazzjonijiet li jista' jkun hemm dwar il-linja nazzjonali tal-ajru Airmalta, speċjalment tal-unions, għalkemm fakkar li din il-preokupazzjoni kienet dejjem hemm anke fi privatizazzjonijiet oħrajn. Muscat ċaħad bil-qawwa kollha li l-Gvern b'xi mod qiegħed jipprova jwaqqaf id-dritt li xi ħadd jagħmel strajk, b'referenza għall- mandat ta' inibizzjoni fil-konfront tal-ALPA u għamilha ċara li dak li ried il-Gvern huwa li kull azzjoni ma tkunx sproporzjonata. "Għamel protesta dwar żieda fil-paga mela, imma mhux strajk li jaf iġib kumpanija għarkopptejha," sostna Muscat. B'ton pjuttost affermattiv Muscat għamilha ċara li hu mhux se jmur jittallab lill- Alitalia biex jixtru l-ishma tal-Airmalta. "Se nqabblu fejn jaqblilna u jekk ma jkunx jaqblilna, immorru nfittxu sieħeb ieħor. Mhux se nkun ostaġġ tal-arloġġ u tal- ħin," sostna Muscat. Il-Prim Minstru indika li d-diskussjonijiet mal- Alitalia, bħalissa huma "b'saħħithom" u indika li d-deċiżjonijiet "se jittieħdu fil-futur qrib." Intant Muscat tkellem ukoll dwar is-suċċessi ekonomiċi li qed tikseb Malta bħalissa, il-qagħda finanzjarja aħjar u l-proġetti tat-toroq li beda l-Gvern, fosthom il-proġett tal-Kappara. Huwa tkellem ukoll dwar l-aċċidenti tat-traffiku li seħħew dan l-aħħar. • Il-PM Muscat jirrikonoxxi li l-kirjiet privati saru problema għal ħafna familji • 'Mhux se nkun ostaġġ tal-ħin' jgħid il-PM dwar il- kwistjoni Airmalta Għall-Gvern, l-azzjoni tal-ALPA hija sproporzjonata (fir- ritratt: Dominic Azzopardi, president tal-ALPA) Il-PM jgħid li żieda fil-paga minima mhux se ssolvi l-problemi li ħarġu mir- rapport tal-Caritas (fir-ritratt: Leonid Mckay, direttur tal- Caritas) Muscat jammetti li l-kirjiet privati qed ikunu ta' piż kbir fuq il-familji bħalissa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016