Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum Sports 31 'Żgur li sena ilu ma kontx noħlom li stajt nirbaħ dan kollu' - Charlton Debono FOST l-aktar atleti lokali li impressjonaw waqt l-aħħar staġun tal-atletika 2015-2016, m'hemmx dubju, li dan ma kien ħadd ħlief l-atleta Għawdxi, Charlton Debono. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal-istess atleta fejn tana d-dettalji kollha rigward x'kien jinvolvi dan l-istaġun għalih. Huwa afferma li: "Dan l-istagun tal-ġiri 2015-2016, kien wieħed sodisfaċenti ħafna għalija. Irnexxieli nirbaħ ir-Road Running League, diversi tiġrijiet tat-triq bħal Attard 10km, Savio 10km u diversi oħrajn, irbaħt il-Vodafone Malta Half Marathon, ipparteċipajt fil-World Half Marathon Championships u issa anke sirt National Champion 2016 fil- kategoriji tal-5,000m u l-10,000m. Żgur li sena ilu ma kontx noħlom li stajt nirbaħ dan kollu. Dan is-suċċess ma kienx faċli però, warajh kien hemm diversi sagrifiċċji u taħriġ, kif ukoll is-sapport kontinwu tal-familja, tat-tfajla tiegħi Joanna, sħabi membri tal-Klabb Gozo Athletix AC, il-kowċ Mario Bonello kif ukoll l-isponsors tiegħi li dejjem kienu hemm lesti biex jgħinuni. Sal-aħħar ta' Marzu kont qiegħed f 'forma tajba ħafna. Però, sfortunatament fil-bidu t'April kelli injury fil-groin, li minħabba fiha kelli nieqaf erba' ġimgħat. Imma ma domtx ma erġajt sibt il-forma li kelli qabel, u tellaqt fil-5,000m fit-trakka fejn irbaħt b'ħin tajjeb ta' 15.38 mins. Iżda l-isfortuna ma kinitx waqfet għax wara ftit ġranet erġajt weġġajt dahri u kelli nieqaf għal erba' ġimgħat oħra. Sadanittant kien qed joqrob iċ-Championship of the Small States of Europe (CSSE) li sar f ' Malta stess fil-11 ta' Ġunju. Jien kont ġejt magħżul mill-MAAA biex nirrapreżenta lil Malta fit-3,000m. Għalhekk, għamilt kulma stajt biex f 'inqas minn ġimagħtejn nipprova nipprepara lili nnifsi għal dik it-tiġrija. Mort għas-CSSE f 'forma mhux perfetta. Kont naf li kelli naffaċċja atleti ta' livell ħafna aħjar minn tiegħi u li jien ma kontx fl- aqwa forma possibbli. Però, ma qtajtx qalbi u rnexxieli nipprepara biżżejjed biex ġrejt dik it-tiġrija f 'ħin diċenti ta' 8.54 minuti. L-attenzjoni tiegħi malajr daret fuq il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika li kienu se jsiru fuq tliet ijiem. Wara diskussjonijiet mal-kowċ tiegħi Mario Bonello, iddeċidejna li l-aħjar kien li ntellaq fl- 10,000m u fil-5,000m. Kont naf li ma kinitx se tkun faċli għalija peress li kont għadni ġej minn xahrejn prattikament bla taħriġ. Ġimgħa wara s-'CSSE', fit- 18 ta' Ġunju, kien hemm it- tiġrija tal-10,000m. Kienet ġurnata b' temperatura u umdità għolja ħafna. Kelli taqtiegħa iebsa mal-atleta Andrew Grech, però fl-aħħar ħriġt rebbieħ jien. Il-Ħadd 26 ta' Ġunju imbagħad kien imiss it-tiġrija tal-5,000m fejn erġajt iltqajt mal-avversarju prinċipali tiegħi, Andrew Grech. F'din id-distanza, kont iktar kunfidenti u anke l-forma fiżika tiegħi kienet ġiet ħafna aħjar u erġajt ħriġt rebbieħ. Ninsab kuntent ħafna b'dawn ir-riżultati li ksibt fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika kif ukoll bir- riżultati kollha li ksibt matul dan l-istaġun. Issa wasal iż-żmien li nieħu ftit ġimgħat ta' mistrieħ, u mbagħad nerġa' nibda nipprepara għall-istaġun li jmiss. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għenuni u ssapportjawni f 'dan l-isport li tant inħobb nipprattika," temm jgħid Charlton Debono. L-atleta Għawdxi Charlton Debono, fl-azzjoni Keith Galea jibda d-difiża tat-titlu bi prestazzjoni tajba Keith Galea, iċ-champion ta' Malta tat-triathlon, beda d-difiża tat-titlu tal-Birkirkara St Joseph 5km Running Series bi prestazzjoni tajba ħafna. Dan is-serje huwa kompost minn tlett itlielaq li se jsiru kollha fuq il-korsa tal-bypass tal-Imtarfa. Dan is-serje ġibed ħafna atleti fejn intlaħaq rekord ta' 150 parteċipant għall-ewwel tellieqa. Galea mar mill-ewwel fuq quddiem. Huwa ġie segwit minn atleta Ġermaniż, Yannik Rinne. Kien ċar mill- bidu nett li t-tellieqa kienet ħa tkun ġlieda bejniethom għax ħadd ma rnexxielu jżomm il-pass tagħhom. Fl-aħħar 2km Rinne żied il-pass tiegħu drastikament. Galea għamel minn kollox biex jibqa' miegħu imma Rinne kellu pass ieħor biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 16.09. Galea baqa' jistinka biex ikabbar il-vantaġġ fuq ta' warajh minħabba l-klassifika tas-serje. Huwa spiċċa t-tieni f 'ħin ta' 16.38 b' Matthew Cutajar jispiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 16.47. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, Keith Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bil- prestazzjoni tiegħu. Huwa ma stenniex li kien ħa jirnexxielu jagħmel din it tip ta' prestazzjoni, hekk kif din it- tellieqa kienet parti mit-taħriġ tiegħu. Huwa qal li Rinne kien l-iktar b'saħħtu u kien ħaqqu jirbaħ it-tellieqa. Meta ra li ma setax iżomm miegħu huwa ġġestixxa l-energiji tiegħu biex iżid il-vantaġġ fuq il-Maltin ta' warajh minħabba l-klassifika ġenerali Keith Galea xtaq jirringrazzja lill-kowċis tiegħu, Dermot Galea, Stan Catalin u Ivan Rozhnov, lill- familja tiegħu, lill-isponsors Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Mochika Outdoor Life, Lucida Laundry u Starbene 24/7, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-mara tiegħu, Elizabeth, tas-sapport kbir li hija ttih. Keith Galea fuq il-podju fit-tieni post fil-Birkirkara St Joseph 5km Running Series

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016