Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Sfida kontra l-mewġ… għall-kilba tal-adrenalina minn Ruben Anthony Xuereb FI żmien erbat ijiem, b'bejn ħamsa u sitt sigħat qdif kuljum, grupp ta' qaddiefa Maltin qadfu bil- kajaks tagħhom fuq tlett ixmajjar differenti filwaqt li qasmu sitt fruntieri internazzjonali. F'Lulju li għadda, filwaqt li dinja kollha, inkluż Malta kienet qiegħda ssegwi l-attentat ta' kolp ta' stat fit-Turkija, tmint irġiel Maltin, b'nuqqas ta' mezzi ta' komunikazzjoni, televiżjoni jew internet ma kinux jafu x'qed jiġri fil-bqija tad-dinja hekk kif kienu qegħdin jisfidaw il-mewġ ta' adrenalina f 'ġisimhom waqt li marru jisfidaw mewġ reali fi xmajjar fil-Kroazja. Dawn it-tmien irġiel kienu l-ewwel grupp ta' Maltin li marru spedizzjoni organizzata ta' erbat ijiem bil-kajaks qalb mewġ imqalleb u kaskati għoljin. L-ILLUM tkellmet ma' Stephen Rizzo u Christian Mangion, tnejn minn dawn it-tmien qaddiefa li taw lil din il-gazzetta r-raġunijiet li wassluhom biex jisfidaw il-qilla tal-mewġ fl-ixmajjar, sabiex jaqtgħu l-għatx għall- adrenalina li jagħtihom l-isport tal-kajak. Rizzo, li jippratika diversi dixxiplini relatati ma l-isport tal-kajak saħaq li huwa beda jaqdef bil-kajak f 'Malta madwar 40 sena ilu u mill-ewwel irrealizza li aktar ma tibda ssir tajjeb f 'dan l-isport, aktar tikber il-kilba ta' sfida ikbar, aktar diffiċli li tagħti mewġa ta' adrenalina iktar qawwija. Rizzo qal kif wara żmien ta' qdif fil-baħar, fejn wieħed jikseb kundifenza u ħiliet tajbin fil-bilanċ waqt il-qdif, kif ukoll l-abilità li tiddritta lura bil-kajak f 'każ li tinqaleb. "Il-pass loġiku segwenti", spjega Rizzo, "kien meta bdejna nipprattikaw il-'wave ski' bil-kajaks, fil- bajjiet t'Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna waqt ġranet bil-mewġ waqt li r-riħ ikun ta' forza 5 jew aktar." Il-'wave ski', li huwa litteralment, surfing bil-kajaks joffri sfidi maġġuri għall-qaddiefa, bl-ikbar diffikultà tkun ovvjamnet il-kapacità li tagħmel manuvra magħrufa bħala 'eskimo roll' li tfisser li l-qaddief ikun kapaċi jdur lura f 'postu u fil-wiċċ meta jinqaleb bil-kajak b'kollox. Sfida oħra bil-kajak li ssir Malta, spjegawlna ż-żewġ qaddiefa, hija 'rock hopping', li ssir f 'baħar inqas qawwi mill-'wave ski', iżda bil- periklu miżjud li timmanuvra l-kajak qalb il-blat. Rizzo jispjega li bejn ż-żewg dixxiplini, Malta ma toffrix il-possibiltà ta' livelli aktar varji u diffiċli ta' sfida fl-isports tal-kajak. "L-użu tal-kajak fil-baħar huwa sabiħ u eċitanti," spjega Rizzo, "iżda ma joffrix dik il-mewġa ta' adrenalina mixtieqa biex tħossok li qed tagħeml progress f 'dan l-isport." "L-aħjar qaddief huwa dak li jieħu gost bil-kajak… u tieħu l-aktar gost meta tkun tajjeb f 'dak li tagħmel." Minħabba din il-kilba għal sfida iktar diffiċli, sena ilu, ittieħdet id-deċiżjoni li jmorru l-Kroazja, li minn riċerki li għamel Rizzo, irriżulta li hemm l-aħjar faċilitajiet biex isir dan. Mill-membri tal-klabb intgħażlu t-tmienja li wrew l-aktar interess u l-inqas biża' li jiffaċċjaw il-mewġ ta' xmara. Il-grupp ta' Maltin, għażlu kumpanija tal-kajak fix- xmajjar li offritilhom l-aħjar pakkett ta' attivitajiet li kienu sfidi ġodda għalihom. Wara li fl-ewwel ġurnata, il-gwida evalwa l-kapaċitajiet tal-grupp fil-manuvri u t-tidwir, u ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-aktar rotta siewja biex il-qaddiefa Maltin jaqtgħu l-għatx għall-adrenalina tagħhom. Tul l-erbat ijiem tal- avventura fil-Kroazja, wieħed mill-qaddiefa qala' spalltu filwaqt li ieħor ġarrab ksur f 'idejh… iżda kollha marru lura d-dar kuntenti u kkargati bl-adrenalina u xewqa li jerġgħu jmorru spedizzjoni simili mill-aktar fis possibli. Stessu sodisfatt quddiem kaskata - Ryan Rizzo, Allen Mamo, Alan Borg, Chris Mangion, Anthony Galea, Vince Niesz, Steve Rizzo, Alex Rizzo, Valentino Markolini Tul ix-xmara l- qaddiefa kellhom numru ta' kaskati x'jaqbżu Ritratti: Chris Mangion Il-Gvern jelenka lista ta' benefiċċji li ħa u li Joanne tista' tgawdi minnhom L-Alleanza Kontra l-Faqar tiġbor erba' darbiet iktar milli talbet f 'għajnuna Tkompli minn paġna 1 LAWTORITÀ iżda ċaħdet illi l-mara u l-erba' wliedha kienu qed jgħixu taħt thedida u qalet illi fil-fatt meta kompliet l-investigazzjoni fil-15 ta' Lulju fil-proprjetà ma kien jidher li għadu joqgħod ħadd. "Il-proprjetà kienet vojta u ma kien hemm xejn u għalhekk deher bic-ċar li l-mara u wliedha ma kinux qed jgħixu fil-post perikoluz li qed jiġi allegat," sostniet l-awtorità. Intant l-ILLUM għamlet kuntatt mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali b'kelliema għall-istess Ministeru tikkonferma illi Joanne tirċievi €839.93 fix- xahar f 'benefiċċji, b'referenza għall-benefiċċju tar-relief. L-istess kelliema qalet ukoll illi "kieku Joanne kellha tikkunsidra li toħroġ taħdem tkun tista' tibbenefika minn inċentivi li qed joffri l-Gvern biex nies f 'diffikultajiet ikunu jistgħu jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Fost dawn il- benefiċċji," kompliet tgħid il-kelliema, "hemm it-tapering of benefits fejn jekk kemm il- darba persuna toħroġ taħdem hija tibqa' tirċievi il-benefiċċji soċjali għal tliet snin. Wara dawk it-tliet snin tkun intitolata għal-inwork benefit li jlaħħaq rata ta' €1,200 għal kull wild fis-sena, filwaqt li t-tfal li għandhom inqas minn tliet snin għandhom iċ-Childcare b'xejn." Intant matul din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM irċeviet numru kbir ta' messaġġi u talbiet ta' diversi nies li xtaqu illi b'xi mod jgħinu lil Joanne u lil uliedha, min b'mod finanzjarju, min permezz ta' oġġetti li xtaqu jirregalaw u min permezz ta' servizzi fid-dar li kienu lesti li joffru. Fil-fatt din il-gazzetta hija infurmata wkoll illi l-Alleanza Kontra l-Faqar, li organizzat ġabra għall-istess mara, f 'temp ta' ftit ġranet irnexxielha tiġbor iktar minn erba' darbiet dak li kienet qed titlob. Kien Charles Miceli, mill-istess Alleanza li ħa l-inizjattiva biex issir din il-ġabra biex b'hekk Joanne tkun tista' tal-inqas tkopri xi bżonnijiet u spejjeż bażiċi u imminenti. Il-flus kienu mgħoddijin lil dawk li qed jgħinu u jsegwu l-każ ta' Joanne u li ilhom jagħmlu dan għal dawn l-aħħar erba' snin. F'kuntatt li l-ILLUM reġgħet għamlet ma' Joanne, din esprimiet l-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li qed jgħinuha u li wrewha xi forma ta' kompassjoni. Ittamat li fil-futur, mhux imbiegħed tkun tista' tgħix mill-ġdid, b'dinjità b'saqaf diċenti fuq rasha u ras uliedha.