Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Imma mhux perikoluż qalulna... Minn John Busuttil RITRATT li deher fuq is- sit illum.com.mt ta' turisti jieklu jew jieħdu xi kafè taħt bini dilapidat fix- Xlendi wassal għal azzjoni mill-ewwel min-naħa tal- Pulizija u spezzjoni mill- Perit tal-Gvern. Fil-fatt, ftit ħin biss wara li s-sit tella' r-ritratt l-awtoritajiet tal-Pulizija t'Għawdex, immexxija mis- Supretendent Antonello Grech, ħadet azzjoni immedjata u kkuntattjaw lill-Perit tal-Gvern, Shawn Micallef. Lill-perit ħaduh magħhom jara l-bini li hemm mal-passaġġ tal-baħar fix-Xlendi, imma l-perit qal illi l-post ma joffri ebda forma ta' periklu. B'hekk il-Pulizija infurmaw lil din il-gazzetta illi ma kienu se jieħdu ebda forma ta' azzjoni u li kienu se jibqgħu fuq il- parir tal-perit. Ir-ritratt intbagħat lill- illum.com.mt minn xi ħadd li kien għaddej mill-post u li kien ikkoċernat mill-periklu li seta' kien qed joffri l-post. Dawk kollha li jaraw xi ħaġa li qed iddejjaqhom jew li qed tqanqlilhom tħassib jistgħu jieħdu ritratt tagħha u jibagħtuha fuq il-paġna ta' Facebook tal-Illum jew inkella jibagħtuh b'email fuq illum@mediatoday.com.mt. In-nudità twasslu biex jaqla' daqqa ta' ħarta Jilgħablu daqqa ta' ħarta għax kien qed jgħum bla ħwejjeġ RAĠEL li, mill-filmat li tella' u li dar ħafna fuq is-sit soċjali Facebook kien jidher xi ftit jew wisq fis-sakra, spiċċa qala' daqqa ta' ħarta f 'xena li la kienet ta' dinjità wisq għalih u lanqas għall-Pulizija li kienu qed jaqdi dmirhom. L-inċident seħħ fil-Bajja ta' San Ġorġ, li bħal daż-żmien tilqa' fiha numru knir ta' nies intossikati bl-alkoħol wara xi lejl Paceville. Jidher illi grupp ta' nies kienu qed jieħdu filmat hekk kif il-Pulizija ssejħu fuq l-istess bajja biex iwaqqfu ġuvni milli jibqa' jgħum mingħajr ħwejjeġ. Għalkemm għall-ewwel deher illi l-ġuvni ma kellu ebda intenzjoni li joħroġ mill-ilma, wara bosta sejħiet mill-Pulizija, u wara li ħwejġu spiċċaw fil-baħar, il-ġuvni tela' għarkopptejh fuq il-bajja. Malli tela' ntlaqa' b'daqqa ta' ħarta ħafifa mill-pulizija, li kienu qed jaqdu dmirhom fuq il-post. Il-filmat ġab bosta reazzjonijiet, b'ħafna jfakkru li l-għawm mingħajr ħwejjeġ huwa projbit u oħrajn jgħidu li l-Pulizija kien sempliċiment qed jaqdi dmiru. Kienu bosta oħrajn li qalu li kien qed isir għaġeb żejjed dwar il-filmat, għalkemm kien hemm bosta qarrejja oħrajn li kkundannaw l-azzjoni ta' dan il-membru tal-Pulizija. L-għawm mingħajr ħwejjeġ huwa illegali f 'pajjiżna u anke l-għawm mingħajr ħwejjeġ f 'bajjiet pubbliċi f 'bosta pajjiżi oħrajn. Talbiet biex isiru bajjiet speċifiċi għal min irid jgħum bla ħwejjeġ, dejjem intlaqgħu b'xettiċiżmu mill-Awtoritajiet Maltin jew inkella ġew injorati. Intant dan il-każ qiegħed jiġi investigat mit-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Korp tal-Pulizija. Lura fuq il-bajja wara li libes il-malja... u ftit qabel ma qala' daqqa ta' ħarta Bini nieżel u turisti taħtu... imma qalulna li mhux perikoluż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016