Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol internazzjonali... MARIO BALOTELLI - Għalkemm Mario Balotelli bħalissa jinsab fuq il-kotba ta' Liverpool, kollox qed jindika li huwa ma jinsabx l-pjanijiet tal-kowċ Ġermaniż, Jurgen Klopp, u għalhekk qed jissemma' li jista' jingħaqad ma' xi klabb ieħor. Madankollu, il-problema hija waħda - dik li jidher li ftit li xejn huma l-klabbs li huma interessati li jakkwistawh minħabba l-karattru diċli tiegħu. F'kummenti li għadda lill-media s-sigħat li għaddew, meta ġie mistoqsi jekk hux minnu li huwa jinsab interessat li jingħaqad ma' Chievo Verona, huma wieġeb li jkun kuntent jekk isieħeb lil dan it-team. Madankollu, jidher li Chievo Verona, mhumiex lesti li jħallsu s-salarju ta' €6 miljun s-sena biex dan it-trasferiment ikun jista' jiġi nalizzat. SHKODRAN MUSTAFI - Hekk kif Arsenal qed iħabbtu wiċċhom ma' diversi problemi d-diża, huma jinsabu pass 'il bogħod milli jirmaw lid-difensur ta' Valencia, Shkodran Musta. Madankollu, jidher li hemm nuqqas ta' ftehim rigward s-somma li se tkun qed oruta f'dan it-trasferiment, hekk kif il-Gunners qed joru s-somma ta' £20 miljun waqt li Valencia jridu £30 miljun. MARTIN ODEGAARD - Liverpool jinsabu lesti li jagħmlu oerta għall-midelder internazzjonali Norveġiż ta' Real Madrid, Martin Odegaard, hekk kif il-plejer innifsu sostna li jixtieq jingħaqad mar-Reds. Liverpool kienu kważi rmaw lil dan il-plejer ta' 17 -il sena, f'Jannar tas-sena li għaddiet, qabel ma ddeċieda li jissieħeb mal-Madrileni. Odegaard baqa' mpressjonat bil-faċilitajiet li jeżistu f'Aneld u għaldaqstant qed juri x-xewqa tiegħu li jmur jaħdem taħt it-tmexxija ta' Jurgen Klopp. Iżda minkejja li Odegaard irid jingħaqad ma' Liverpool b'self, Real Madrid iridu jibgħatuh il-Ġermanja fejn Bayer Leverkusen u Wolfsburg jinsabu nteressati. LEANDRO PAREDES - Leicester City orew is-somma ta' €22 miljun għall-midelder ta' Roma Leandro Paredes. Il-kowċ Claudio Ranieri jixtieq li l-plejer Arġentin ta' 22 sena jkun t-tim tiegħu. Paredes tela' mill-akkademja ta' Boca Juniors u -istaġun li għadda kien misluf lil Empoli. AC Milan, Manchester City u Liverpool ukoll urew interess f'dan il-plejer. CESC FABREGAS - Chelsea orew lil Cesc Fabregas lil Juventus wara li rriutaw l-oerta tal-Bianconeri għall-midelder internazzjonali Serb, Nemanja Matic. Il-klabb Taljan qed ittex li jakkwista żewġ midelders ta' kwalità biex isaħħaħ dan is-settur wara t-tluq ta' Paul Pogba ma' Manchester United. Minkejja li Matic kien l-mira ta' Juventus, il-kowċ Antonio Conte ma kienx favur li dan it-trasferimenti iseħħ u kkonvinċa lill-plejer biex jibqa' mal-Blues. Barra Juventus hemm interessati wkoll f'dan il-plejer, ir-rivali ta' Inter. PEDRO RODRIGUEZ - Pedro Rodriguez, ħabbar li jixtieq iħalli lil Chelsea biex jirritorna jilgħab f'pajjiżu, Spanja, sena biss wara li mar jilgħab Stamford Bridge. Wara bidu kemmxejn inkoraġġanti l-Premier Ingliż, fejn skorja u pprovda l-assists r-rebħa ta' 3-2 fuq West Bromwich Albion, l-istaġun għalih kien wieħed diżappuntanti meta skorja biss tmien goals f'40 partita. Hekk kif huwa qed juri x-xewqa li jingħaqad ma' Atletico Madrid jew Valencia, il-kowċ tal-Blues, Antonio Conte, jinsab lest li jħalli lil dan il-plejer ta' 27 sena jitlaq minn Stamford Bridge. JOAO MARIO - Nhar it-Tnejn li ġej, Inter mistennija jirmaw b'mod uċjali lill-plejer Portugiż li tant impressjona waqt Euro 2016, Joao Mario. Huma rnexxielhom jakkwistawh għas-somma ta' €45 miljun mingħand Sporting Lisbon. SIMONE ZAZA - L-attakkant ta' Juventus, Simone Zaza, jinsab l-Ġermanja fejn jinsab f'negozjati avvanzati ferm biex jingħaqad ma' Wolfsburg. Fis-sena u xahrejn li dan l-attakkant internazzjonali Taljan ilu jilgħab ma' Juventus, ftit li xejn ingħata ċans mill-coach Massimiliano Allegri, l-aktar minħabba l-fatt li l-attakk tal-Bianconeri huwa kompost minn plejers li jġibu l-isem ta' ħadd ħlief Paulo Dybala, Mario Mandzukic u riċentament Gonzalo Higuain.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016