Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

L -avventura Iżlandiza fil-UEFA Euro 2016 kienet meqjusa bħala miraklu sportiv mid- dilettanti kollha tal- futbol. Iżda, fil-ftit kliem li ħa tkunu qegħdin taqraw, ħa taraw kif fil- verità, l-apparenza ta' din il-gżira f 'tournament daqshekk prestiġjuż, ma kinitx kumbinazzjoni, iżda frott ta' ħafna proġetti effiċjenti li wasslu sabiex l-Iżlanda tpoġġi saqajha fuq wieħed mill-akbar pjattaformi importanti fl-isfera tal-futbol internazzjonali. Erba' snin ilu kienu kklassifikati fil-133 post fil-klassifika uffiċjali tal-FIFA, iżda taħt it-tmexxija tal- kowċ, Lars Lagerback, irnexxielhom jitilgħu xejn inqas minn 100 post 'il fuq sabiex qabel il-UEFA Euro 2016, kienu jinsabu fit-33 pożizzjoni. Iżda t-telgħa tagħhom, ma waqfitx hemm, għaliex wara l-manifestazzjoni, issa jinsabu fil-11-il post! Progress eċċellenti grazzi għall-investiment kbir li sar mill-qiegħ nett u anke fil-kowċing, li eventwalment wittew it-triq għall-bażi soda fil-kamp tal-futbol Iżlandiż. Wieħed mis-sigrieti tal-Iżlanda huwa l-investiment fil-faċilitajiet sportivi. Minħabba l-fatt li ġewwa l-Iżlanda, it-temperaturi huma pjuttost l-oppost ta' dak li nsibu f 'Malta, inbnew ħafna kumplessi sabiex isiru sessjonijiet ta' taħriġ ġewwa, fejn barra minn hekk, iż- żgħażagħ u anke t-tfal jitħarrġu f 'ambjent iżjed magħluq, familjari u faċli li tikkomunika fih. Biex nagħtu perspettiva, wieħed minn dawn il-kumplessi ġie użat sabiex jospita kunċert tal-kantant ferm popolari Kanadiż, Justin Bieber, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq spazji ferm imdaqqsa u adekwati sabiex jintlagħab futbol propja, 11 kontra 11. Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd ġewwa l-Iżlanda iżda hija, kemm se jdum dan kollu? Dan l-hekk imsejjaħ miraklu sportiv huwa fatt li ġara b'kumbinazzjoni jew verament proġett intelliġenti? Fattur li diġà semmejna huwa l-investiment fil-kowċing. Plejers ta' etajiet minuri, ta' ħames u sitt snin diġà qegħdin jiġu kkowċjati minn kowċis li għandhom ċerti kwalifiċi u dan huwa kollu bżonjuż, għaliex iż-żgħar jiġu mrawma b'ċertu dixxiplina, anke dik edukattiva, li prattikament tħaffef il-proċess tal- qabża minn tifel għal żagħżugħ, u minn żagħżugħ għal adult. Biex nagħtu eżempju, sabiex kowċ jikkowċja timijiet ta' taħt it-tmien snin, għandu bżonn nofs il-Liċenzja UEFA B, mentri biex jikkowċja timijiet ta' taħt l-għaxar snin jew iżjed, għandu bżonn il-Liċenzja B. Eventwalment, dan kollu nżiduh mal-livell tal-plejers li dejjem jogħla u li ta' etajiet żgħar, bejn is-16 u 18- il sena dejjem qegħdin jiġu mħeġġa jmorru għal provi barra minn pajjiżhom ma' timijiet ta' stoffa fl-aqwa Kampjonati Ewropej, bħal kif għamlu Gylfi Sigurdsson ma' Reading u Kolbeinn Sigthorrsson ma' Arsenal u Real Madrid - żewġ plejers, li kienu fl-iskwadra tat- 23 fl-ispedizzjoni ġewwa Franza. Ħafna mill-plejers tal-Iżlanda, huma diġà stabbiliti madwar l-Ewropa u għalhekk, l-avventura tagħhom ġewwa Franza, ma tantx kienet sorpriża, għaliex wara ċertu żmien tilgħab ġewwa l-Ingilterra, l-Italja jew Franza, żgur li ħa tkun kapaċi tirfina l-logħba tiegħek, treġġi l-pass ma' timijiet u plejers avversarji u eventwalment il-livell tal-futbol jogħla awtomatikament grazzi għal dawk il-fatturi. Sabiex nieħdu spunt mill-partiti tagħhom, l-iżjed waħda li għamlet ħoss kienet ir-rebħa ta' 2-1 fuq l-Ingilterra. Għal kulħadd kienet sorpriża, iżda meta tanalizza sewwa l-partita, tista' tara kemm it-tim li lagħab l-isbaħ futbol kien propju dak tal-Iżlanda. Tattikament kien duttilu, kellu l-paċenzja jistenna, kien kapaċi jimponi l-logħba tiegħu meta kien neċessarju u kien anke kuraġġuż li joħroġ għajn m' għajn ma' tim iżjed kwotat. Fl-aħħar mill- aħħar, din serviet bħala lezzjoni ta' futbol għall-Ingilterra. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol u kif kompliet tevolvi matul iż-żmien? Minn meta kont żgħir, kont bdejt nilgħab il-futbol, fejn anke lgħabt ma' diversi klabbs iżda eventwalment ma tantx domt nilgħab. Wara li rrapreżentajt lit-tim Iżlandiż ta' KR Reykajvik fil-livelli kollha tal-youths, f 'żgħożiti kont bdejt nirrefja l-futbol, fejn irreffjajt fil-livelli għoljin tal- futbol fl-Iżlanda. Fl-istess ħin, kont nikkowċja lill-plejers żgħar illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Cristian Antony Muscat Geir þorsteinsson - President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Iżlandiża, meqjus bħala l-moħħ ewlieni wara l-miraklu sportiv tat-tim nazzjoanli tal-Iżlanda matul l-aħħar snin, speċjalment waqt il-Euro 2016 bejn Ġunju u Lulju li għadda, fejn fost oħrajn għeleb lill-Ingilterra. Il-moħħ wara l-miraklu sportiv Sports 34 "Aħna ppreparajna b'mod normali għall- Euro 2016 u morna hemmhekk mingħajr ħafna daqq ta' trombi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016