Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 24 Kummerċjali FANTA jniedu flixkun spirali ġdid b'dehra differenti Il-FANTA kompliet iżżid fuq l-element ta' gost assoċjat magħha bit-tnedija ta' flixkun ġdid f 'forma ta' spirali li huwa ispirat mit- togħma tajba tal-larinġ tal-FANTA. Il-flixkun, li għandu disinn ġdid, issa huwa disponibbli f 'Malta permezz ta' GSD Marketing Ltd, id-distributuri tad-ditti tal-Coca-Cola Company, li huma importati prodotti f 'Malta mill-General Soft Drinks Co. Ltd. It-tnedija tal-flixkun spirali ġdid u l-identità viżwali ġdida li tmur miegħu qed jiġu appoġġjati minn sensiela ta' inizjattivi li qed jistiednu liż-żgħażagħ biex jieħdu gost flimkien u jaqsmu dawn il-mumenti ma' xulxin. Il-forma unika ġdida tal-Fanta tikser ir-regoli konvenzjonali tal-inġinerija tal-PET. Huwa verament id-disinn radikali tal-flixkun li jgħaqqad flimkien inġinerija intelliġenti u disinn kreattiv biex iwassal dehra li tiġbed l-għajn fuq l-ixkafef permezz ta' struttura fiżika unika. Fil-fatt, il-forma l-ġdida tirrappreżenta t-togħma ta' frott tal-FANTA u fuqha jidhru wkoll il-logo u l-iskema ta' kuluri ġodda tal-FANTA li ġew magħmulin bl-idejn. Dawn jiġbdu l-attenzjoni u jagħtu idea ta' gost: traduzzjoni ġenwina tad-dinja perfettament imperfetta t'hemm barra. Il-Kap Maniġerjali tal-GSD Marketing Ltd Brian Galea qal: "Il-FANTA minn dejjem kellha rwol ċentrali fil-kategorija tax-xarbiet bil-gass hawn Malta, u huwa importanti għalina li dejjem inkunu kapaċi nġeddu r-rabta bejn id-ditta u l-udjenza tagħha permezz ta' innovazzjonijiet kuraġġużi. Bil-flixkun spirali l-ġdid, aħna qed induru fuq nies dinamiċi li jħobbu jesperimentaw u jieħdu gost, billi noffru xarba tajba u rinfreskanti". Il-flixkun u l-identità viżwali mġedda huma maħsubin biex iżidu l-interess ta' żgħażagħ li huma ħerqana li jesploraw, attirati mill-ispontanjetà u l-imħabba li jaqsmu l-iskoperti tagħhom mal-ħbieb. Il-forma asimetrika mistennija tispikka fuq l-ixkafef tal-ħwienet biex tattira liż-żgħażagħ u l-ġenituri tagħhom biex jieħdu gost u jesploraw ix-xarba vibranti b'kontenut ta' meraq tal-frott. Martin Agius, il-Maniġer tas-Sales u l-Marketing ta' GSD Marketing Ltd qal: "Iż- żgħażagħ il-ħin kollu jfittxu l-innovazzjoni. The Coca- Cola Company, li tipproduċi l-Fanta, qatt ma tieqaf tipprovdi lill-konsumaturi tagħha b'inizjattivi li jgħaqqdu flimkien l-elementi ta' sorpriża u gost. Id-dehra ġdida tal- Fanta għandha l-għan li tikseb eżattament dan." "Love Your Day" minn Cappy Juice Bħala parti mill-inizjattivi tagħha biex tħeġġeġ stil ta' ħajja bilanċjat, il-GSD Marketing Ltd, id-distributuri tal-juices tal-frott, nectars u juice drinks tal-Cappy, organizzat il-kampanja 'Love Your Day' biex tippromovi l-valur tal-kolazzjon, speċjalment fil-bidu ta' ġurnata xogħol mimlija. L-inizjattivi tqassmu fuq għadd ta' postijiet differenti li filgħodijiet jaraw konċentrazzjoni kbira ta' nies fi triqthom lejn ix-xogħol, fosthom il-venda tal-karozzi tal-linji tal-Belt, il-Park & Ride tal-Marsa u ċ-Ċirkewwa, minn fejn jitlaq il-vapur ta' Għawdex. Persuni lebsin t-shirts b''Love Your Day' tal-Cappy stampati fuqhom, qassmu pakketti tal- kolazzjon li kienu jikkonsistu fi croissant flimkien ma' juice tal-larinġ tal-Cappy u fuljett ta' tagħrif dwar il-kolazzjoni tal-Cappy. "L-inizjattiva ntlaqgħet b'mod pożittiv ħafna minn eluf ta' nies, li kienu kuntenti li ġew imfakkra u mogħtija kolazzjon delizzjuż biex jibdew il-ġurnata tagħhom fuq nota tajba," qal il-Kap Maniġerjali tal-GSD Marketing Brian Galea. Il-Maniġer tas-Sales u l-Marketing Martin Agius qal li l-attività ppjanata li jmiss hija li din l-istess idea tittieħed fl-uffiċċji biex "l-impjegati jingħataw doża ta' ferħ u tbissima biex jibdew il-ġurnata tagħhom". Il-Cappy huwa disponibbli bħala juices tal-larinġ u t-tuffieħ, u bħala xarbiet tal- frawli, tal-ħawħ u taħlita ta' frott. L-HSBC UK Contact Centre fis-Swatar jiċċelebra 10 snin ta' żvilupp personali Hekk kif l-HSBC UK Contact Centre Malta (HBEU), li bħalissa jimpjega iktar minn 450 persuna, qed jimmarka 10 snin ta' suċċess, iċ-Ċentru ta' Kuntatt qed jiċċelebra wkoll il-karrieri personali u l-istejjer ta' suċċess tal- impjegati kemm fiċ-Ċentru li jinsab f 'Malta, kif ukoll fin-network internazzjonali tal-HSBC UK Contact Centre. Eżempju ta' dawn is-suċċessi personali jinkludu lil Michael Goonetilleke, mis-Sri Lanka, li ngħaqad ma' HSBC fl-2005 u bħalissa jaħdem hawn Malta. "Għalkemm ingħaqadt ma' HBEU f 'Malta dan l-aħħar, ma nistax ma ninnutax li ilni assoċjat ma' HSBC daqskemm ilu miftuħ l-HBEU f 'Malta. Matul dan iż-żmien, rajt ħafna bidliet pożittivi u titjib fil-kumpanija. Kelli l-pjaċir li naħdem ma' ħafna persuni professjonali fin-network tal-HSBC u ngħin ħafna klijenti," qal Michael, li bħalissa qed jaħdem bħala Academy Coach ma' HBEU. L-HSBC UK Contact Centre, ibbażat fis-Swatar, jifforma parti min-netwerk ta' ċentri ta' kuntatt tar-Renju Unit li jappoġġjaw klijenti tal-HSBC li għandhom kontijiet fir-Renju Unit. Oriġinalment, f 'Malta, iċ-Ċentru ta' Kuntatt twaqqaf f 'Novembru 2006 bl-għan li jħaddem 250 impjegat full- time. Rob Durke, impjegat ieħor li ilu jaħdem ma' HBEU għal għadd ta' snin, jispjega li r-ritmu mgħaġġel u l-ambjent pożittiv li ċ-Ċentru jħaddan jippermetti lill-impjegati jikbru u jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Din hi karatteristika ewlenija tal-kultura tal- kumpanija. "Ingħaqadt ma' HSBC fl-1999 fis-Swansea bħala customer service associate u bħalissa naħdem bħala Department Manager responsabbli għal 100 impjegat. Uħud jistgħu jgħidu li taħdem 17-il sena mal-istess kumpannija kapaċi tkun monotona. Fil-verità, il-fatt li trid ta' spiss taħseb u tanalizza sitwazzjonijiet minn aspetti differenti u taħdem ma' numru ta' nies differenti jiżgura li qatt ma jkun hemm mument monotonu. Fil-fatt, nemmen li kull ġurnata ġġib magħha sfidi u opportunitajiet ġodda biex nitgħallem mingħand xi ħadd, jew ngħaddi l-esperjenza tiegħi li xi ħaddieħor," qal Durke. Din is-sistema ta' appoġġ u diversità hi propju dik li qed tmexxi u tixpruna t-tkabbir fl-HBEU, fejn jeżistu opportunitajiet interessanti biex wieħed isir parti mit-tim. Xhud ieħor ta' din is-sistema hu James Ryder, li ngħaqad ma' HSBC fl-2003 f 'Hemel Hempstead bħala customer service representative fuq skema ta' apprendistat u li llum jaħdem bħala Project Manager fil-Business Steering and Management (BSM). It-tim ta' James hu responsabbli għall- innovazzjoni u l-immaniġġjar tal-bidla fin- network ta' UKCC minn Malta. Dan jinkludi minn kampanji ta' mailing lill-klijenti sa tnedija ta' prodotti ġodda. "Nużaw taħlita ta' servizzi teknoloġiċi, bħal konferenzi bil-vidjow, BlackBerry® u laqgħat virtwali, biex inwasslu implimentazzjonijiet ta' bidla għall-istaff ta' HSBC UKCC madwar id-dinja. Hi tasssew esperjenza utli. Skoprejt il- passjoni tiegħi għal bidla dan l-aħħar u faċilment nara lilli nnifsi f 'din l-industrija għall- bqija tal-karriera tiegħi. F'liema rwol? Iż-żmien biss jista' jagħtina parir," qal James. Michael Goonetilleke Rob Durke James Ryder