Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Għawdex 15 abitata bħall-gżejjer Maltin l-oħra, minħabba li fil-parti l-kbira ta' din il-gżira hemm ħafna ħamrija fertili. Illum kulħadd jaf li Kemmuna għandha popolazzjoni żgħira ħafna ta' erba' persuni. Iżda kull fejn jgħixu numru ta' nies, irrelevanti jekk hux bl-eluf jew inqas minn mija, dawn ifittxu li jgħixu bħala komunità. Hekk ġara f 'Kemmuna, għaliex il-ftit nies li kienu jghixu f 'din il-gżira xorta bnew kappella li tmur lura sew fiż-żmien fl-1618, meta nbena t-torri. Iktar tard, fis- sena 1667 tkabbret u reġgħet ġiet irranġata fis-sena 1716. Din il-kappella hija ddedikata lir-ritorn tas-Sagra Familja mill-Eġittu u kienu saħansitra jagħmlu l-festa tal-Qalb ta' Ġesù, fejn anke kienet issir purċissjoni mill-kappella tul it-triq ta' quddiemha u terġa' lura fost id-daqq tal-qniepen. Aktar riċenti kienu daħħlu l-banda, l-armar u l-murtali. Saħansitra, sfortunatament, f 'sena minnhom kien korra u miet raġel bil-ħruq tan-nar. Din l-istorja nebbħet lis-sindku ta' Għajnsielem, Franco Ciangura li jerġa' jqajjem din il-festa wara nuqqas ta' 40 sena. "Kien ilu jbehren f 'moħħi li nerġgħu nqajmu l-festa ta' Kemmuna. Kont qrajt fuqha u anke l-mibki Dun Karm Cassar u nies oħra rrakkontawli li kienet issir festa sabiħa. Niftakar sew meta aktar minn sena ilu, wara li jien ilħaqt sindku, kien avviċinani l-ħabib tiegħi Silvio Buttigieg li għandu l-familjari jgħixu f 'Kemmuna u qalli li kemm hu u kemm ir-residenti jixtiequ jerġgħu jippruvaw jagħmlu festa kif kienet issir qabel. Ngħid il-verità, jien u sħabi l-kunsilliera aċċettajna u offrejna l-koperazzjoni tagħna biex nippruvaw nerġgħu nqajmu din il-festa wara nuqqas ta' 40 sena li kienet ilha ma ssir." Saru diversi laqgħat flimkien mar-residenti, il-Kunsill u l-Ministeru għal Għawdex u bdew bil-preparamenti. U saret l-ewwel festa f 'Kemmuna li rnexxiet bil-kbir. Il-programm kien sempliċi. Saret quddiesa konċelebrata mill-Isqof ta' Għawdex, Mons. Mario Grech u ħadet sehem il-banda ta' Għajnsielem. Saret ukoll ikla tradizzjonali kif kien issir fil-passat, fost id-daqq ta' mużika folkloristika, ikel u xorb. L-organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa fetħet it-Torri ta' Santa Marija għall-pubbliku u organizzaw ukoll attivitajiet għal kulħadd matul il-ġurnata. "Però l-aktar li nixtieq hu li nieħdu ħsieb aktar din il- gżira u mhux nużawha biss għal skopijiet kummerċjali. Aħna bħala Kunsill nixtiequ li għalkemm din il-gżira tagħmel parti mit-territorju tagħna, inkunu aktar involuti biex inħarsu dan il-ġojjell ta' kulħadd" temm is-sindku ta' Għajnsielem. Il-Programm: Trasport lejn u minn Kemmuna Il-Ġimgħa 19 ta' Awwissu 11:00 – 21:00 Santa Marija Tower day Activities 19:00 Il-Ftuħ tal-Festa 20:00 Ikla tradizzjonali Maltija – Fenek u Majjal 21:00 Kunċert Live mill-grupp Cash & Band Is-Sibt 20 ta' Awwissu 10:30 – 18:00 Santa Marija Tower day Activities 18:00 Pellegrinaġġ bil-Madonna mill-Port tal-Imġarr sal-bajja ta' Santa Marija Kemmuna 18:00 Marċ mill-banda t'Għajnsielem fit-toroq ta' Kemmuna 19:00 Quddiesa quddiem il-Knisja 20:30 Bidu tas-serata u festa esterna bl-ikel, xorb u mużika 21:00 Kunċert minn D Capitals b'kantanti stabbiliti Trasport lejn Kemmuna mill-Imġarr (faċċata tat-terminal), mill-Bajja ta' Ħondoq ir- Rummien fil-Qala, mill-Marfa Malta (fejn il-moll il-qadim). Miċ-Ċirkewwa Malta (wara l-gabbana). Ħinijiet kull nofs siegħa mid-9 ta' filgħodu 'l quddiem. Ritorn għall-istess postijiet se jkun provdut fi tmiem l-attività. L-istatwa tal-qalb ta' Marija ġiet restawrata mill-artist żagħżugħ Għawdxi Manwel Farrugia iwasslu l-prodott Għawdxi f 'Tolfa ta' festa li saret bejn is-6 u 8 t'Awwissu ħadu sehem madwar 150 artist tat-triq ta' kull tip, min jilgħab bin-nar, min idoqq, maġija, kantanti u gruppi tal-mużika, pitturi u artiġġjanat. Fost dawn kien hemm il-prodotti Maltin biex iduqhom min irid: ġbejniet, ħobż biż-żejt, gallett, biskuttini tar-raħal, qagħaq tal-għasel, qubbajt, tin taċ-ċappa, bonkunċini, ġulepp tal-ħarrub, xorb alokoħoliku magħmul mill-bajtar tax-xewk u rummien. Kienu l-eluf li tħajru jduqu dawn il-prodotti Għawdxin u t-togħma ntlaqgħet b'mod tajjeb immens. Franco Ciangura għall- ewwel darba tela' bħala sindku u ppreżenta l-bandiera ta' Għajnsielem lis-sindku ta' Tolfa, Luigi Landi. Interessanti wkoll il-fatt li barra l-eluf ta' Taljani li żaru din il- festa kien hemm ukoll delegazzjonijiet mill- Kroazja, in-Norveġja u l-Kosovo. Il-grupp Għajnselmiż imdawwar mas-sindku