Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
M arlene Magro, il-mara ta' Joe Magro, talbet lill-Parlament biex jilqgħu t-talba ta' żewġha favur il- legalizazzjoni tal-ewtanasja ħalli jtemm it-tbatija li għaddej minnha. Nixtieq ngħidilha li hemm triq aħjar mill-Ewtanasja u mis-Suwiċidju. Għandha rabta mal-proposta li ħareġ biha L-Arċisqof tagħna bl- idea ta' Dar il-Ħniena. It-tagħlim morali tal-Knisja dwar l-ewtanasja huwa magħruf. Kif tgħid dwar l-abort, il-Knisja tgħallem li ħadd ma jista' jieħu pass li direttament itemm ħajtu jew il-ħajja ta' ħaddieħor. Tgħid ukoll li wieħed mhux obbligat jieħu passi straordinarji biex jissokta ħajtu artifiċjalment, pereżempju bil-magni. Ħadd ma għandu l-jedd iċaħħad pazjent mill-mezzi ordinarji li bihom tissokta l-ħajja, pereżempju bix-xorb u l-ikel, kif diġà qiegħed isir f 'xi sptarijiet Ingliżi. Hu magħruf ukoll kemm qiegħed isir minn kollox biex dak li jkun jisfa' ħieles mill-uġigħ li jifni l-bniedem. Biżżejjed li wieħed jiftakar fil-120 residenza Hospice li hemm fl-Ingilterra, li huma parti mis-servizz nazzjonali tas-saħħa. F'kull wieħed minn dawn il- Hospices jinħoloq ambjent fejn kull min għandu xi marda terminali; li twassal għall-mewt, jiġi magħmul f 'ambjent ta' kura nieqsa mill-uġigħ u mdawwar il- ħin kollu minn infermiera u qraba li jistgħu jgħixu miegħu 24 siegħa kuljum. Diane u Anna Imma jien ma rridx nibqa' fuq it-teorija. Irrid inġib quddiem il-qarrejja x-xhieda ta' nies li għaddew mill- esperjenza ta' mard terminali jew kienu qrib tagħhom u baqgħu jgħożżu l-ħajja sal- aħħar. Xi snin ilu fl-istampa internazzjonali qam il-każ ta' Diane Pretty, mara Ingliża li kienet tbati mill-marda Motor Neurone, l-istess marda li kellu raġel Malti li mar itemm ħajtu ġo klinika ta' suwiċidju assistit f 'pajjiż barrani. Diane riedet li żewġha jkollu l-jedd legali li jgħinha tagħmel suwiċidju. Hi żiedet tgħid li l-kwalità ta' ħajjitha tant tgħarrqet li trid li jkollha l-libertà tneħħi ħajjitha. Bil-każ ta' Diane semgħet in-newroloġista, Ann Coxon u din, bl-esperjenza kollha tal-professjoni tagħha weġbitha fil-gazzetta The Sunday Times –"Bħala newrologista midħla ta' żewġ każijiet bħal tagħha, naħseb li Diane Pretty għandha żball". Ġabet diversi raġunijiet għaliex qaltilha hekk: 1. Jista' jkun hemm dijanjosi żbaljata: meta l-ħajja tkun tidher li waslet fit-tarf, mhux dejjem ikun tabilħaqq skont ma jidher. It-tobba u dawk li jkunu magħhom jistgħu jagħmlu dijanjosi żbaljata. 2. Diane Pretty mhix qrib il-mewt; hi tinsab fl- ewwel perjodu ta' diżabilità profonda. Li tneħħi l-ħajja ta' min mhux qrib il-mewt hi ħaġa serja ħafna, li tmur lil hinn mill-ewtanasja. Hi toħloq klima fejn tibda ssir pressjoni fuq dawk li jixtiequ jissoktaw il-ħajja imma bi spiża kbira qegħdin jokkupaw sodda fi sptar. 3. M'għandniex il-jedd: L-esperjenza wrietni li aħna m'għandniex il-jedd nippretendu ċerta kwalità ta' ħajja u lanqas ma għandna l-jedd li jekk is-sitwazzjoni ma tkunx kif irriduha aħna, ikollna l-libertà nitolbu titqiba li ġġib il-mewt. Niftakar raġel li, waqt li kien fl-istess kundizzjoni ta' Ms Pretty, tħabat fuq li tħabat biex iħalluh jissokta jgħix. Għadd ta' newroloġisti ma ridux jagħtuna trakeostomija għax il-kwalità ta' ħajtu kienet tgħarrqet wisq imma hu insista: "Hekk irrid. Dik ħajti u nippretendi l-jedd li ngħix avolja ma nistax niċċaqlaq. Jien ngħix f 'moħħi, fejn tinsab il-kwalità ta' ħajti." Għex sentejn oħra bit- trakeostomija- żmien li martu qalet li kien għażiż ħafna għalihom u għall- familja." 4. Kemm kapaċi jiżviluppaw moħħhom avolja l-mixi jispiċċa f 'paraliżi, in-nifs u l-ħila li tibla' jonqsu, imma tibqa' l-kapaċità li tikkomunika permezz ta' magna li tingħafas bil-muskoli. Hawnhekk Ms Coxon issemmi każ famuż tax- xjenzat Stephen Hawking li jinsab fl-istess ilma ta' Ms Pretty. Miżżewweġ u għandu t-tfal u għadu jikteb b'rata enormi fuq ħwejjeġ profondi. Il-fatt li ma jistax jiċċaqlaq għenu biex jiżviluppa moħħu b'tali mod li jisboq dak li jobsru ħafna nies. Hu jwaħħal dan fil-fatt li m'għandux bżonn jagħmel għemejjel monotoni bħall- mixi u minflok qed jagħti kontribut xjentifiku validu immens. Nies bħal Hawking issibhom jgħidulek: "Kuraġġ, ħares lejn in-naħa sabiħa. Baqa' ammont sostanzjali ta' ħajja xi ġġarrab, taqtax qalbek, din hi xi ħaġa li trid tissielet għaliha" 5. Każ simili ta' Diane: għandi pazjenta b'tip ta' diżabbilità tixbah ħafna lil dik ta' Diane. Meta ddiskutejna s-sitwazzjoni fil-bidu qalet: "Dan ifisser li jien se nkun nixbah balena fuq ix-xatt?" U jien weġibtha: "Iva iżda wara li ġismek jissokta jiddgħajjef, moħħok jikber b'tali mod li tkun tista' tikkomunika dan lil uliedek b'mod li jiswa ta' don kbir għalihom." Nieħu gost ngħid li hekk bdiet taħsibha. Christopher Reeve Fil-Punent allaħares ma tkunx żagħżugħ/a, sabiħ/a, kollok suċċessi u b'saħħtek għax iwarrbuk! Is-soċjetà tal-Punent imissha ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' Diane Pretty, mhux tgħinha tagħmel suwiċidju. Diane għad għandha moħħ li bih jista' jkollha ħafna esperjenzi interessanti. Għadha tista' tattendi l-kunċerti u tisma' l-mużika. "Kemm nammira lil Christopher Reeve, li jagħti xhieda ta' kuraġġ kbir fid- diżabbilità gravi tiegħu." Marie de Hennezel Fil-ktieb tagħha "Il-Mewt Ħabiba", Marie de Hennesel ġabret l-esperjenzi tagħha miż-żmien li qattgħet taħdem fi sptar tal-kura paljattiva ġo Pariġi, mal- pazjenti bl-AIDS. Dan l-isptar speċjalizzat għandu tobba u infermiera magħrufin għall-ġenerożità tagħhom. Ħafna mill- morda jidħlu ddisprati imma jsiru nies ġodda għax ikunu mdawrin minn kura u mħabba li jibdlulhom il- mod kif iħarsu lejn il-mewt. Meta titkellem dwar l-ewtanasja, Marie de Hennezel tistqarr li minn ċertu żmien 'l hawn ħafna pazjenti jidħlu f 'dan l-isptar jitolbu l-ewtanasja. L-istaff kien jiltaqa' flimkien u jirrifletti fuq din it-talba għall-ewtanasja. Kollha qablu li dan kien tentattiv min-naħa tal-pazjenti biex jikkomunikaw. U l-istaff, flok jaqta' x-xewqa tagħhom, kien jagħmel ħiltu biex jidħol f 'komunikazzjoni magħhom u jiskopri x'hemm fl-istorja ta' ħajjithom li qiegħda tkiddhom. Hekk jgħinuhom biex, flok imutu fin-niket u d-dwejjaq, imutu mdawrin mill-affezzjoni ta' nieshom u ħbiebhom. Tirrakkonta, fost l-oħrajn, il-każ ta' wieħed li talab l-ewtanasja. Kif l-istaff daħal f 'komunikazzjoni miegħu, sab li minn meta kien issepara minn ma' martu qatt iżjed ma ra lil uliedu. L-istaff intebaħ li dan mhux injezzjoni ried imma li jara lil uliedu qabel ma jmut. Ħadu passi biex din ix-xewqa sseħħ u meta ġew jarawh uliedu kollha u kienu madwaru meta waslet l-aħħar siegħa tiegħu kienu mumenti tassew emozzjonanti. U hekk miet fil-paċi. Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Opinjoni 19 Aħjar mill-ewtanasja u s-suwiċidju DUN ANG SEYCHELL "Ħadd ma għandu l-jedd iċaħħad pazjent mill-mezzi ordinarji li bihom tissokta l-ħajja, pereżempju bix- xorb u l-ikel, kif diġà qiegħed isir f 'xi sptarijiet Ingliżi" Joe Magro