Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 29 Il-Familja Chouhal tkompli tagħmel isem għal Malta fl-atletika NHAR is-Sibt 30 ta' Lulju li għadda, il-familja Chouhal ħadet sehem fil-Baldwin Memorial Wrexham Games li saru f 'Wales. Kienet ġurnata ta' suċċess kbir għal din il- familija b'membri tagħha rebħu sitt midalji minn sebgħa avvenienti li ħadu sehem fihom. Nibdew minn Rachid Chouhal li ħa sehem fil-100m u hammer throw. Fil-100m wara li kellu bidu straordinarju, kellu jċedi fl-aħħar għat- tieni post fejn ġie megħlub minn atleta lokali. Huwa ħa sehem ukoll fil-hammer throw, fejn spiċċa fl-ewwel post b'tefgħa ta' 43.98m. Dan jista' jitqies bħala riżultat tajjeb ħafna, l-iktar meta wieħed iqis li Rachid huwa magħruf bħala sprinter u jumper u beda jitfa' biss biex jgħin lill- atleti tiegħu. Min-naħa tagħha, Antonella Chouhal, ħadet sehem fil-hammer throw u d-discus throw. Hija spiċċat fl-ewwel post f 'dawn iż-żewġ avvenimenti. Fil-hammer throw, kellha l-aħjar tefgħa li tefgħat barra minn xtutna. Fid- discus throw, għalkemm il- kundizzjonijiet tat-temp ma kinux favorevoli għal dan l-avveniment, speċjalment minħabba l-fatt li sar eżatt wara l-hammer throw, hija xorta waħda rnexxielha tispikka u tirbaħ l-ewwel post. Iż-żgħira tal-familja, Sarah Chouhal, xejn ma kienet inqas mill-ġenituri tagħha. Hija ħadet sehem fi tliet avvenimenti fil-kategorija tal-U15, għalkemm, għad għandha biss 13 -il sena, u għalhekk kellha kompetituri ikbar minnha. Għall-ewwel darba, hija tefgħat il-hammer ta' tliet kg minflok is-solitu ta' żewġ kilogrammi. Hija kellha tefgħa tajba ħafna ta' 34.03m u spiċċat fit-tieni post. Ta' min jgħid li din it- tefgħa kienet qrib ir-rekord nazzjonali tal-youths. Hi ħadet sehem ukoll fit- 800m, fejn wara tellieqa eċċezzjonali, hija spiċċat fir-raba' post, b'ħin rekord personali ta' 2.37.02 b'titjiib tal-ħin preċedenti tagħha bi kważi disa' sekondi. L-aħħar avveniment tal-ġurnata għal Sarah kienet il-long jump, fejn għalkemm kienet għajjiena wara 800 metru, hi rnexxielha taqbeż qabża 'personal best' ta' 4.59m u tiżgura t-tieni post fil- kategorija tal-U15. Il-familja Chouhal xtaqet tirringrazzja lill-MAAA, MOC, Sport Malta, YOC u l-Flexi Training Scheme, kif ukoll lill-isponsor ewlieni tagħhom Go & Fun, li jipprovdilhom supplimenti u xarbiet għal matul l-istaġun kollu. Il-Familja Chouhal f 'Wrexham, n-naħa ta' fuq ta' Wales Andrea Iannone jisraq il-pole tal- Awstrija mingħand Valentino Rossi ANDREA Iannone seraq il-pole position mingħand il-kompatrijott Taljan, Valetino Rossi, meta għaddieh biss b'0.147 sekondi, fl-aħħar lap ta' kwalifikazzjoni. Tajjeb ngħidu li din kienet biss it-tieni pole li dan is-sewwieq rebaħ matul il- karriera tiegħu bħala sewwieq tal-Moto GP. Huwa kien ilu juri li se jkun wieħed mill-favoriti ewlenin biex jirbaħ din il- pole position, hekk kif kien fost l-aqwa sewwieqa matul tmiem il-ġimgħa ta' provi fuq iċ-ċirkwit tal-Awstrija. Fit-tielet post, se jkun qed jibda sieħeb Andrea Iannone fuq Ducati, Andrea Dovizioso, waqt li fir-raba' post, se jkun qed jibda sieħeb Valentino Rossi fuq Yamaha, l-Ispanjol, Jorge Lorenzo. Marc Marques fuq Honda u Maverick Vinales fuq Suzuki se jkunu qed jibdew fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Dawn huma l-postijiet li fihom temmew ilbieraħ, flimkien mal-ħin li rnexxielhom jirreġistraw is-sewwieqa tal-Moto GP fil- pole position tal-Awstrija: Poż. Sewwieq Mutur Ħin 1 Andrea Iannone Ducati 1m23.142s 2 Valentino Rossi Yamaha 1m23.289s 3 Andrea Dovizioso Ducati 1m23.298s 4 Jorge Lorenzo Yamaha 1m23.361s 5 Marc Marquez Honda 1m23.475s 6 Maverick Vinales Suzuki 1m23.584s 7 Cal Crutchlow LCR Honda 1m23.597s 8 Scott Redding Pramac Ducati 1m23.777s 9 Aleix Espargaro Suzuki 1m23.813s 10 Hector Barbera Avintia Ducati 1m23.822s 11 Eugene Laverty Aspar Ducati 1m24.218s 12 Dani Pedrosa Honda 1m24.263s 13 Danilo Petrucci Pramac Ducati 1m24.123s 14 Bradley Smith Tech3 Yamaha 1m24.126s 15 Pol Espargaro Tech3 Yamaha 1m24.265s 16 Yonny Hernandez Aspar Ducati 1m24.472s 17 Michele Pirro Ducati 1m24.593s 18 Tito Rabat Marc VDS Honda 1m24.665s 19 Alvaro Bautista Aprilia 1m24.673s 20 Jack Miller Marc VDS Honda 1m24.852s 21 Stefan Bradl Aprilia 1m24.895s 22 Loris Baz Avintia Ducati 1m25.192s Andrea Iannone fuq mutur Ducati -azzjoni l-pole position tal-bieraħ -Awstrija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016