Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum l-azzjoni mir-rapport tal-KNPD Bank APS Europharma LILMENT fil-konfront tal-Bank APS kien infetaħ lura f 'Mejju tal-2013 u kien isostni li t-touch screens tal- magni tal-ATM li kellu l-bank, kellhom nuqqas ta' aċċessibbiltà biex jiġu użati. Meta din il-gazzetta tkellmet ma' rappreżentant tal-kumpanija, dan ċaħad li hemm xi tip ta' nuqqas ta' aċċessibbiltà fejn għandu x'jaqsam l-użu tal-magni tal-ATM. Fil-fatt sostna li kull magna tal-ATM hija mgħammra b'funzjonjiet t' assistenza bil-vuċi permezz ta' headphones, għall- klijenti tal-bank li huma neqsin mid-dawl. ILMENT li nfetaħ f 'Marzu tal-2009 kien fil-konfront tal-ħanut Europharma f 'Birkirkara, fejn l-ilment kien jgħid li kien hemm nuqqas ta' aċċessibbiltà fil-ħanut il- ġdid tal-kumpanija. F'kuntatt ma' din il- gazzetta, kelliem għall- kumpanija kkonferma li kien hemm kwistjoni pendenti fejn kellu x'jaqsam il-lift li jwassal għall-entratura tal-ħanut. Il-kelliem spjega kif il-lift għas-siġġu tar-roti ġie installat fil-post iktar minn ħames snin ilu wara konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-KNPD, iżda matul l-installazzjoni kien hemm problemma bit-twaħħil tal-poġġaman, fejn dan ġie mwaħħal man-naħa ta' ġewwa tal- platform, minflok ma' barra, bil-konsegwenza li l-ispazju għal siġġu tar-roti fuq il-lift ċkien b'madwar 10ċm. Dan wassal biex tipi ta' siġġu tar-roti li jkunu kbar ħafna fid- daqs, li l-kelliem sostna li mhumiex komuni, ma jkunux jistgħu jagħmlu użu minn tali lift. Madankollu, insista l-kelliem, xorta waħda, siġġu tar-roti b'dimensjonijiet normali, jidħol sew u jista' jagħmel użu mil-lift u l-faċilitajiet tal-ħanut, faċilment. Żied jgħid li fil-preżent, il-kumpanija għaddejja b'diskussjonijiet sabiex ikun jista' jsir it-tibdil meħtieġ ħalli l-lift ikun jista' jintuża fid- daqsijiet oriġinali li kienu intenzjonati. Il-kelliem temm jgħid li filwaqt li huwa importanti li jiġu solvuti kwistjonijiet ta' titjib fl-aċċessibbiltà bħal dawn, ikun iktar għaqli li kieku jkun hemm iktar ħidma u ffukar fuq postijiet li lanqas huma aċċessibbli xejn għal persuni b'diżabbiltà. Marks & Spencer Lukanda Riviera FOST l-ilmenti, kien hemm ukoll dawk fil- konfront ta' entitajiet privati jew kumpaniji, bħal ħwienet, li ħafna drabi jkunu joffru xi tip ta' servizz. L-ilment fil-konfront ta' Marks & Spencer, li nfetaħ f 'Marzu tal-2014 kien li l-'platform lift' li għandu l-istabbiliment huwa bil- ħsara. Fil-fatt, meta din il-gazzetta kkuntattjat lill-istabbiliment, dawn ikkonfermaw li minħabba diżlivell bejn il-bankina u l-ħanut fil-Belt Valletta, kien hemm bżonn ta' xi xorta ta' lift. Fil-fatt, il-kelliem għall-ħanut ikkonferma li f 'Novembru li għadda, il-kumpanija installat dan il-platform lift, wara li saru d-diskussjonijiet u l-awtorizazzjonijiet neċessarji mal-KNPD rigward id-dimensjonijiet u l-funzjonijiet li għandu jkollu tali lift. ILMENT partikolari li tressaq quddiem il-KNPD kien fil-konfront tal- lukanda Riviera. L-ilment, li nfetaħ lura f 'Marzu tal- 2009 kien ġeneriku wisq u ma jispeċifikax fejn kien hemm il-problema, billi jgħid li hemm 'nuqqas ta' aċċessibbiltà fil-lukanda'. F'kuntatt li għamlet din il-gazzetta, il-lukanda kkonfermat dan l-ilment u żiedet tgħid li ġie riżolt minn dakinhar sal- lum. Qalet ukoll li meta nfetħet il-lukanda, id- dimensjonijiet tal-kmamar kienu konformi mal-linji gwida, iżda meta dawn inbidlu, kienet diffiċli li jitkabbru l-kmamar. Minkejja dan, insistiet il-kelliema, il-bibien u l-aċċess lejn kull parti tal-lukanda kien tajjeb. Fil-fatt, semmiet ukoll kif il-lukanda hija waħda mill- ftit li għandha lift għal-pool sabiex anke din il-faċilità tal-lukanda tkun miftuħa għal kulħadd. Minbarra dan, l-istess kelliema xtaqet tirrimarka li f 'Novembru li ġej, il- lukanda se tkun qed tagħlaq temporanjament sabiex tagħmel xi xogħlijiet li għandhom iwasslu biex fost l-oħrajn, il-lukanda jkollha 16-il kamra, minn 350 li tkun immirata għall-aċċess ta' persuni b'diżabbiltà, b'approvazzjoni mill-istess KNPD.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016