Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016| illum Aħbarijiet 3 66% tal-qarrejja tal-Illum wara John Bundy ILQARREJJA tal-Illum. com.mt, fil-maġġoranza kbira tagħhom, huma sodisfatti illi Bundy kien maħtur Kap Eżekuttiv tal- PBS. Fil-fatt, minn dawk kollha li pparteċipaw fl-istħarriġ li baqa' għaddej sa din il-ġimgħa u li staqsa lill-qarrejja jekk jaqblux mal- ħatra ta' Bundy, 66% jħossu li l-ħatra kienet waħda meritata. L-aktar għażla popolari tal- qarrejja kienet li Bundy kien ħaqqu jibda jokkupa din il- kariga minħabba li għandu l-kwalitajiet neċessarji. Fil-fatt kienu b'kollox 847 qarrej tal-illum.com.mt, jew 48.5%, li jħossu illi l-għażla ta' Bundy kienet meritata. Min-naħa l-oħra 306 qarrej huma tal-fehma li bidla fit-tmexxija tal- PBS kienet ilha tinħass li hemm bżonnha. Dawk li ma qablux mal-ħatra ta' Bundy inqasmu, bil- maġġoranza tagħhom jew 333 qarrej iħossu li l-ħatra tiegħu kienet waħda purament politika. Dan anke jekk il-Ħadd li għadda din il-gazzetta ppublikat artiklu illi fih ikkwotat lil Bundy jgħid li kull min jgħid li kien imwiegħed xi pożizzjoni minn Muscat qabel l-aħħar elezzjoni ma kienx jaf x'inhu jgħid. Kienu biss 4.5% tal- qarrejja li ma qablux mal- ħatra ta' Bundy għax kellu jibqa' jżomm postu Anton Attard. B'kollox kienu 10% biss tal-qarrejja li qalu illi ma tantx jinteressahom mill-kwistjoni. Maġġoranza tal-qarrejja jgħidu li Bundy kien ħaqqu l-kariga li ngħata l-PBS Astrid tiltaqa' ma' Sandro.... U jiddiskutu l-possibilità ta' ftehim bejn l-FAA u l-MDA għal bilanċ -iżvilupp Minn Albert Gauci Cunningham LILLUM tinsab infurmata illi iktar kmieni din il- ġimgħa żewġ għaqdiet fuq in-naħat opposti tal- ispettru tas-soċjetà ċivili, iltaqgħu biex jiddiskutu l-kwistjoni tal-iżvilupp, bħalissa fuq fomm ħafna nies. Fil-fatt nhar il-Ġimgħa li għadda l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) preseduta minn Astrid Vella, iltaqgħet mal-Malta Developers Association (MDA) immexxija minn Sandro Chetcuti. Din il-gazzetta hija infurmata li għal din il- laqgħa, li għaliha l-midja ma kinitx mistiedna, ġew diskussi modi differenti ta' kif iż-żewġ għaqdiet jistgħu jaħdmu flimkien bil-possibilità li jintlaħaq ftehim dwar il-bilanċ fuq aspetti ta' proġetti relatati mal-kostruzzjoni. Il-laqgħa trattat diskussjoni dwar politiki u kwistjonijiet li qed jikkonċernaw lil bosta residenti bħalissa u l-bżonn li jintlaħaq bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Intant l-ILLUM hija infurmata wkoll li fil-futur qrib se jsiru aktar laqgħat bejn iż-żewġ għaqdiet biex jipprovaw isibu bażi komuni għal qbil fuq diversi punti relatati mal-iżvilupp sostenibbli. Meta kkuntattjati minn din il-gazzetta kemm Chetcuti kif ukoll Vella, filwaqt li kkonfermaw li saret din il-laqgħa qalu li l-midja ma kinitx msejħa biex tirrportaha minħabba li din kienet biss l-ewwel minn sensiela ta' laqgħat oħrajn u minħabba li fiha kien biss diskuss kif se tiġi mfassla t-triq 'il quddiem bejn iż- żewġ għaqdiet. 'Jekk nibqgħu sejrin hekk diżastru se tiġi Kemmuna' 'Fejn hu l-masterplan?' ...tistaqsi Marlene L-ILLUM għadha qed tistenna tweġiba dwar il-permessi fuq Kemmuna Minn Albert Gauci Cunningham HEKK jesprimi l-biża' tiegħu għall-futur Salvu, resident ta' Kemmuna mal- familja tiegħu għal snin sħaħ f 'filmat li sar minn V Sqaured Media u li ġie riprodott fuq is-sit tagħna illum.com.mt matul il-jum tal-bieraħ. Il-kummenti ta' Salvu jiġu hekk kif l-ilmenti u l-aħbarijiet dwar il-kaos f 'Kemmuna laħqu l-quċċata tagħhom matul din il-ġimgħa bis-sit tagħna jirrapporta kif apparti l-gabbani, issa saħansitra nfetaħ negozju tal-'lockers', biex minbarra li tħallas €20 għal deckchair u umbrella, jekk trid tħallas ukoll mal-€10 biex titfa' l-handbag fil-'locker'. Fil-filmat, Salvu ta' Kemmuna jesprimi l-biża' tiegħu illi l-gżira żgħira sar hemm wisq konċentrament qawwi ta' negozju u li jekk "nibqgħu sejrin hekk diżastru se tiġi Kemmuna. In-negozju jieħu ħsieb il-parti tiegħu u l-bqija xejn." Intant din il-gazzetta bagħtet mistoqsijiet lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u fihom talbet aktar informazzjoni dwar in-negozji fuq il-gżira. L-ILLUM staqsiet kemm-il gabbana għandha permess biex topera fuq Kemmuna u staqsiet ukoll jekk hemmx numru stabbilit, skont il-liġi, ta' kemm jistgħu jitpoġġew umbrelel u 'deckchairs' tul il-bajja ċkejkna bir- ramel fil-Blue Lagoon u l-madwar. L-ILLUM staqsiet ukoll jekk il-persuni li qed joperaw negozju ta' 'lockers' għandhomx permess illi jagħmlu dan. Sakemm morna għall- publikazzjoni konna għadna bla risposta. Salvu ta' Kemmuna jgħid tiegħu dwar il-futur tal-gżira ILPARTIT Demokratiku li tmexxi Marlene Farrugia fi stqarrija maħruġa lbieraħ ħeġġeġ lill-Awtorità tal- Ambjent (ERA) biex tappella d-deċiżjonijiet riċenti li ttieħdu favur bini ta' torrijiet. Il-PD fakkret illi fl-aħħar Kumitat tal-Kamra fil- Parlament il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis "f ' isem il- Gvern, wiegħed li kellu jsir 'masterplan' li tiġi diskussa bil- konsultazzjoni meħtieġa qabel ma jitla' bini ta' din ix-xorta" Fl-istqarrija l-PD staqsa kif "ġaladarba ma jeżistix masterplan ħolistiku nazzjonali, kif tista' l-ERA sserraħ moħħ il-poplu Malti, li jqisha t-tarka f ' dan il-qasam, illi l-ambjent u s-sostenibilità tiegħu hija salvagwardjata? Għaliex il-korrispondenza tal- Profs Victor Axiaq li fuq bażi individwali għandna fiduċja fih, ma ġietx ippubblikata kollha?" Il-PD itemm jgħid li l-poplu jixraqlu li "l-fatti jiġu ċċarati minnufih u li l-ERA taqdi r-rwol li nħolqot għalih." Marlene Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016