Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 6 Aċċessibbli jew le? L-ilmenti u l-azzjoni Ilmenti mressqa għand il-KNPD dwar l-aċċessibbiltà, qed jingħataw l-attenzjoni minn Veronica Lynn Mizzi RAPPORT annwali maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabbiltà juri kif bejn l-2014 u l-2015, il- Kummissjoni ħadmet fuq total ta' 327 ilment, li 203 minnhom kienu ilhom pendenti mis-snin ta' qabel, b'uħud imorru lura snin. Meta persuna b'diżabbiltà jkollha lment kontra xi entità, il-Kummissjoni tħeġġeġ li l-persuni jkunu attivi u jressqu l-ilment tagħhom huma stess, direttament lill-kumpanija jew entità li jħossu li għandha tagħmel xi ħaġa sabiex jitjieb is-servizz jew l-infrastruttura preżenti, u minn hemm, jekk ma tkunx instabet soluzzjoni, tintervjeni t-'Taqsima Att Dwar Opportunitajiet Indaqs' fi ħdan il- KNPD sabiex jibdew id- diskussjonijiet u tkun tista' tinstab soluzzjoni. Dan ir-rapport juri l-ħidma li twettqet u l-ilmenti li ġew indirizzati bejn Ottubru tal- 2014 u Settembru tal-2015. Minkejja l-ħidma li saret, jiġifieri l-konklużjoni ta' 37% tal-ilmenti jew 120 ilment matul dan il-perjodu, għad fadal 202 ilment li għadhom mhux magħluqin, iżda bdew jiġu diskussi. L-ilmenti jvarjaw minn kwistjonijiet relatati mal-edukazzjoni, djar u l-għoti ta' oġġetti u servizzi. L-akbar numru ta' lmenti magħluqin kienu fil-konfront tal-Gvern, waqt li saru lmenti wkoll kontra entitajiet privati, il-Kunsilli Lokali u l-Knisja. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM iddeċidiet li ssegwi wħud mill-ilmenti li tressqu għand il-KNPD u li għadhom ma ġewx konklużi sabiex tara jekk kienx hemm xi żviluppi minn mindu nfetħu u jekk hux qed tittieħed azzjoni biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni. Il-gazzetta tkellmet ma' żewġ kunsilli lokali u erba' kumpaniji li kellhom ilmenti miftuħa fil-konfront tagħhom rigward l-aċċessibbiltà fil- post li fih joperaw jew li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom. L-ebda entità ma kienet taf bir-rapport F'diversi okkażjonijiet, meta ġew ikkuntattjati għal reazzjoni dwar l-ilmenti miftuħa fil-konfront tagħhom, l-entitajiet konċernati ma kinux ċerti kif se jwieġbu, minħabba li f 'xi każi, sostnew li lanqas biss kienu jafu bl-ilment. Mit- tweġibiet mogħtija, deher biċ- ċar li kważi l-ebda entità ma kienet taf bir-rapport annwali tal-Kummissjoni, li jkollha elenkata lista tat-tali lmenti. F'kummenti ma' din il- gazzetta, iċ-Chairperson tal-KNPD, Oliver Scicluna sostna li dawn l-ilmenti jittieħdu b'serjetà kbira mill- istess Kummissjoni, u kull tip ta' korrispondenza dwar tali lmenti tibqa' tinżamm għar- referenza sakemm jingħalaq. Kunsill Lokali Gżira Kunsill Lokali Ħal Qormi FILLOKALITÀ tal- Gżira, kien hemm ukoll żewġ ilmenti li jirrigwardaw l-aċċessibbiltà, waħda partikolarment fi Triq Turu Rizzo u ilment ieħor rigward bankina quddiem dar tal-anzjani, biż-żewġ ilmenti jinfetħu matul l-2013, f 'Jannar u April rispettivament. Meta mistoqsi minn din il-gazzetta rigward dawn l-ilmenti, il-kelliem għall- Kunsill Lokali mill-ewwel irrimarka l-problemi partikolari u speċifiċi li għandha Triq Turu Rizzo għaliex hija sitwazzjoni li l-Kunsill ilu jaf biha għal snin, iżda fil-preżent ma jistax isolviha. Il-kelliem jgħid kif minħabba li l-bini residenzjali li jinsab fit-triq huwa antik, fiż- żmien saru xi xogħlijiet strutturali li wasslu biex il-bankina sservi ta' pedament għad-djar, u għaldaqstant mhux faċli li jsiru x-xogħlijiet fuq it-tali bankina, anke minħabba li tinvolvi xogħlijiet fuq djar privati, minn fondi pubbliċi tal-Kunsill. L-ilment l-ieħor fil- konfront tal-Kunsill, ikompli jsostni l-kelliem, kien wieħed temporanju minħabba li kien hemm xi xogħlijiet għaddejjin f 'dik it-triq, li iżda ssolvew fi żmien qasir. Oliver Scicluna jgħid li l-KNPD tieħu l-ilmenti b'serjetà kbira FIRRAPPORT annwali tal-KNPD, jissemmew diversi lmenti fil-konfront ta' Kunsilli Lokali minħabba li taħt ir-responsabbiltà tagħhom, taqa' l-parti l-kbira tal-infrastruttura fit-toroq, bħal bankini, arbli u ġonna fost l-oħrajn. Fil-fatt, il- Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi kellu żewġ ilmenti li t-tnejn li huma nfetħu f 'Mejju tal- 2013. L-ilmenti kienu jgħidu li kien hemm nuqqas ta' aċċessibbiltà fil-bankini tal- lokalità, waqt li l-ieħor kien jgħid li kien hemm nuqqas ta' aċċessibbiltà fi Triq San Franġisku, fl-istess lokalità. Meta kkuntattjat, l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali kkonferma li kien irċieva l-ilment dwar Triq San Franġisku, iżda sostna li l-ilment l-ieħor qatt ma wasal għand il-Kunsill. Fil-fatt, kelliem għall-Kunsill Lokali Ħal Qormi qal li l-problemi li kien hemm fl- imsemmija triq, ġew solvuti ftit tal-ġimgħat ilu. L-istess kelliem saħaq ukoll li l-kunsill huwa konxju li minkejja dan, xorta waħda hemm numru ta' bankini li għadhom mhumiex aċċessibbli, waqt li tkellem dwar pjan li qed jaħdmu fuqu biex jiġu indirizzati dawn il- problemi, bin-nefqa għal dan tkun ta' €75,000 bejn l-2015 u l-2016. Dan jiġi wara stħarriġ li sar sabiex tiġi determinata l-aċċessibbiltà fil-lokalità u jkunu jistgħu jingħataw prijorità, dawk il-każi li jkunu iktar urġenti. L-istess kelliem fakkar li bħala Kunsill Lokali, Ħal Qormi rnexxielu jirbaħ il-premju tal-aktar Kunsill li ħadem favur l-aċċessibbiltà, partikolarment bil-bini tal- ewwel bandli armat b'logħob kompletament aċċessibbli (kif jidher fl-istampa). Minkejja dan, saħaq il- Kunsill, hemm numru ta' toroq, partikolarment fil-qalba tal-lokal li ma jsegwux il-linji gwida al-KNPD u jistgħux isegwuhom minħabba li t-toroq huma antiki u dojoq ma tistax tinstab soluzzjoni realistika biex dawn ikunu aċċessibbli minħabba li jgħaddi t-traffiku minnhom.