Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
Tkompli minn paġna 1 APPARTI l-iskumdità ta' min ma jħobbx is-sajf jew il-gost mitluf ta' lbies tax-xitwa, jekk kollox imur skont it-tbassir ta' Galdies, ir-riperkussjonijiet fuq pajjiżna jistgħu jkunu ferm aktar gravi u inkwetanti. L-ILLUM staqsiet lil Galdies u lil Baldachino xi jkunu r-riperkussjonijiet fuq pajjiżna jekk ix- xitwa li jmiss terġa' tkun ġeneralment sħuna u niexfa bħal dik tal-2015/2016. L-ilma taħt il-mannara ta' thedida Waħda mill-akbar thedidiet, forsi mingħajr wisq sorpriżi, hija fuq l-ilma. Fil-fatt Galdies jispjega lil din il-gazzetta illi bidliet sinifikanti fil-klima lokali jistgħu jwasslu għal "deterjorament tal-ilma ħelu fuq l-art" kif ukoll taffetwa l-kwanti tal-ilma tal-pjan (groundwater). Huwa qal illi xitwa niexfa oħra twassal biex il-provvista ta' ilma f 'pajjiżna u l-infrastruttura relatata jiffaġġjaw sfidi akbar "filwaqt li jkompli jittella' ilma tal-pjan, mingħajr waqfien, speċjalment mis- settur agrikolu." Galdies iwissi illi repetizzjoni tal- kundizzjonijiet osservati x-xitwa li għaddiet "mingħajr ebda dubju ta' xejn jitfa' aktar pressjoni fuq is-settur vulnerabbli tal- agrikoltura. L-ilma tal-pjan ikompli jittella' mingħajr ma jkun hemm riforniment adekwat." Min-naħa tiegħu Baldacchino jgħid illi f 'Malta kulħadd għal għajnu mill-ilma, "nara bawżers kbar għaddejjin minn fejn noqgħod jien. Bawżers kbar daqs żewġ xarabanks, jippumpjaw l-ilma minn taħt l-art 24 siegħa kuljum. Ħadd ma jgħid xejn u kulħadd għal għajnu." Huwa jikkritika bil-qawwi lill-politiċi, lill-gvernijiet matul is-snin u anke lill- periti li bnew it-toroq, "aħna pajjiż li nħarsu biss lejn il-flus u l-kummerċ u lanqas qed nindumaw xi ħsara tremenda qed nagħmlu lil pajjiżna u l-wirt ekoloġiku tagħna. Sewwa," kompla jgħid Baldacchino, "infaqna €57 miljun biex għamilna mina, biex l-ilma tax-xita narmuh il-baħar u bnejna impjanti tat-tisfija tad- drenaġġ u l-ilma minflok nużawh għall-agrikoltura nerġgħu narmuh. Pjanar ta' xejn," sostna b'ċerta grinta Baldacchino. Diżastru fil-qasam tal-frott lokali u daqqa ta' ħarta lill- agrikoltura Il-prospetti ta' xitwa oħra xotta tista' twassal għal perjodi twal ta' nixfa li jwasslu għal diżastru fil-qasam tal-frott lokali, sostna Galdies mal-ILLUM. "Perjodu ta' nixfa jista' jwassal għal diżastru fil- produzzjoni tal-frott lokali bħal-larinġ, lumi, ħawħ u varjetajiet simili, jista' jkollna wkoll żieda fl-ammont ta' insetti u annimali li jeqirdu l-pjanti. Dan kollu jagħmel is-settur agrikolu iktar mhux sostenibbli milli diġà hu." Ma' dan jaqbel Baldacchino li jfakkar kif bħalissa qed iseħħ fenomenu ikrah ta' mewt ta' bosta siġar li ilhom jipproduċu u jgħixu f 'pajjiżna, fosthom dawk tal-lewż. Intant l-ILLUM tkellmet ukoll ma' bejjiegħ ta' prodotti Għawdxin. Dan informa lill-gazzetta li n-nuqqas ta' xita fix-xitwa li għaddiet wassal biex mhux qed jinbiegħ tin imqadded u lanqas għasel lokali. "U lanqas is-sena d-dieħla mhu se jkollna, qed ikolli nġib għasel ta' barra." illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 8 Bla ilma: Il-prodott Malti Siġar tal-lewż qed imutu u l-produzzjoni tal-għasel lokali naqset drastikament Resqin lejn deżert, lejn diżastru ekoloġiku kbir' Charles Galdies eks Kap tal-Uffiċċju Metereoloġiku u r-Rappreżentant Permanenti tal-Gvern Malti fl-Organizzazzjoni Dinjija tal- Metereoloġija MAjjaLaTA... poeżija w satira dwar Malta 'abbużata' minn Ruben Anthony Xuereb ILPROTESTA sa minn dejjem ħadet forom differenti, u sa minn żminijiet mgħoddija kienet il-vuċi kritika kontra xi forma ta' inġustizzja jew deċiżjoni kontroversjali li ħafna ma jaqblux magħha. Issa biex wieħed jipprotesta m'għandux bżonn ikun bħal Martin Luther King Jr u jagħti diskors memorabbli quddiem folol ta' nies li jibqa' jissemma' tul is-snin. Lanqas hemm bżonn tintrabat ma' xi bini jew twaqqaf karru armat fi triq prinċipali ta' pajjiż. Le, protesta, fis-sempliċità tagħha, hija l-espressjoni ta' opinjoni dwar suġġett li jkun qed jurta lil xi ħadd, maqsuma ma' numru ta' nies. L-użu ta' diski bħala forma ta' protesta sa minn dejjem kien mezz popolari biex jitwassal messaġġ ta' kritika. Minkejja li mhux nitkellmu dwar John Lennon jew Adriano Celentano, bid-diski ta' protesta ċelebri li kitbu tul is-snin, fiċ-ċokon tagħna, din il-ġimgħa nnutajna numru ta' poeżiji miktubin minn poeti Maltin li nqdew bir-rima Poeti Maltin inqdew bit-talent tagħhom biex iwasslu messaġġ satiriku bħala protesta kontra l-iżvilupp eċċessiv li qed isir bħalissa f 'Malta