Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 33 Organizzat b'suċċess Seminar għall-Uċjali kollha s-settur tar-refereeing TOTAL ta' 150 uffiċjali involuti fis-settur tar- refereeing – referis u assistenti referis minn kull kategorija, osservaturi tar- referees, amministraturi u tekniċi – fi tmiem il- ġimgħa l-oħra ġew imlaqqa' f 'lukanda prominenti f 'San Ġiljan għas-seminar ta' qabel l-istaġun 2016/2017 organizzat mis-Settur tar- Refereeing tal-Malta FA. Fl-introduzzjoni tiegħu, id- Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi li għadu kemm ġie appuntat, qal li din hi era ġdida għad-Dipartiment tar-Refereeing: struttura ġdida ġiet stabbilita li tinvolvi lil kulħadd – inklużi dawk li rritornaw fil-komunità tar-refereeing wara xi żmien assenti – li jixtiequ jagħtu l-kontribut validu tagħhom fil-futur immedjat u aktar 'l quddiem. Għamel referenza għall-awditjar mill-UEFA klassifikat 95% 'tajjeb ħafna', u l-isfidi li għandna quddiemna (inklużi l-online portal introdott m'ilux, il-kit ġdid tar-referees għat-tliet snin li ġejjin, il-possibiltà li uffiċjali fl-ogħla kategorija jkunu fuq skema semiprofessjonali) li għandhom jimmotivawna lkoll nimxu 'l quddiem mat- tema magħżula għas-seminar din is-sena: 'Flimkien aktar b'Saħħitna'. Is-seminar infetaħ uffiċjalment mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli Chris Agius, li qal iħossu onorat, ta' privileġġ u ta' pjaċir għalih jindirizza referees attwali u dawk li hu jiftakar meta kien jilgħab snin ilu. Kien u għadu jammira u japprezza l-awtorità tagħhom fid- deċiżjonijiet li jieħdu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Qal li flimkien, l-uffiċjali jkunu b'saħħithom aktar biex jegħlbu l-impenji tagħhom lokali u internazzjonali. L-Onor. David Agius, il-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Isport, kien preżenti wkoll. Il-mistiedna prinċipali għal dan l-avveniment annwali kienu: il-membru tal-UEFA Referees Committee David R. Elleray responsabbli għar- refereeing lokali, u l-UEFA Referee Observer Frank De Bleeckere. Il-lectures ta' David Elleray kienu ffukati fuq l-emendi ġodda tar-regolamenti tal-logħba, partikolarment dawk konnessi ma' 'Denying an Obvious Goal Scoring Opportunity', u struzzjonijiet mogħtija mill-UEFA Referees' Committee lit-timijiet parteċipanti fil-Finali ta' EURO 2016. Huwa spjega l-ħsieb wara l-95 bidla u struzzjoni magħmula mill-International Football Association Board (IFAB) fis- 17-il Regola li hemm - mhux biss tekniċi iżda wkoll ta' struttura u lingwaġġ - bl-iskop li jkun hemm distinzjoni aktar sensibbli bejn kastig lill- individwu u lit-tim, skont kif jitlob l-ispirtu sportiv. Fl-aħħar indirizz tiegħu, is- Sur Elleray tkellem ukoll dwar ir-rwol tal-osservaturi tar- referees u fakkar lir-referees li meta dawn jiġbdulhom l-attenzjoni għal xi nuqqas jew żball, għandhom jieħdu l-okkażżjoni bħala opportunità biex ikunu onesti magħhom infushom u janalizzaw-jirriflettu- jirranġaw għal titjib; appella lir-referees biex ikunu magħquda flimkien kemm waqt il-logħba kif ukoll f 'okkażżjonijiet oħra; il-konflitti jsolvuhom internament; u jaħdmu iebes biex jibqgħu jitgħallmu ħalli jkunu jistgħu jgħaddu messaġġ pożittiv dwar ir-referees Maltin f 'kull livell. Awgura kull suċċess għall-istaġun li ġej taħt l-Amministrazzjoni ġdida tar- Refereeing. Frank De Bleeckere mexxa sessjoni bis-suġġett Careless, Reckless and Stopping Promising Attacks permezz ta' wiri ta' sitwazzjonijiet meħuda mill-First League tal- Belġju, bi preżentazzjoni dwar l-importanza tal-pożizzjonijiet u angoli meħuda mir-referees meta jsegwu l-azzjoni, teamwork, jibqgħu ffokati u konċentrati. De Bleeckere mexxa wkoll sessjoni prattika għall-Elite Group fil-Luxol Stadium biex jispjega l-użu tal-vanishing spray li ser jiġi introdott fil-Premier League fl-istaġun li wasal biex jibda. Suġġetti oħra ġew indirizzati min-national instructors: Charles Agius tkellem man-National Officials dwar "Adopting a Preventive Approach in Man- Management", u Gaetano De Gabriele dwar "The First Steps in Today's Modern Refereeing" mal-Grassroots Officials. Diskussjonijiet fi gruppi tmexxew mid- Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi (fuq Effective Teamwork), l-assistenti tiegħu Philip Agius (fuq l-Offside) u Andrè Arciola, u r-Refereeing Officers Adrian Azzopardi, Stephen Mallia u Alex Arena. Sessjoni dettaljata fuq Match Fixing ġiet ittrattata mill-Integrity Officer tal- MFA Franz Tabone; filwaqt li Player Talk u Coach Talk tmexxew mill-goalkeeper tat- tim nazzjonali Andrew Hogg u l-kowċ tat-tim nazzjonali U-21 Silvio Vella. Żewġ sessjonijiet ġew riservati għal diskussjonijiet mal-Media. L-ewwel waħda saret waqt konferenza stampa, fejn is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo qal li hu unur għal Malta li jkollna 17-il uffiċjal internazzjonali, b'ħidma kontinwa mill-2010 meta l-amministrazzjoni preżenti ħadet it-tmexxija; jidher li għandna bażi soda għal futur sabiħ (speċjalment bit-twaqqif tar-Referees' Academy) iżda jeħtieġ nibqgħu impenjati u ma nirrilassawx għax mhux faċli għal 150 uffiċjal li jridu jikkontrollaw 'il fuq minn 3,000 logħba; irringrazzja lil dawk kollha involuti fir- refereeing lokali, u lis-Sur Elleray li għoġbu jiġi jaqsam l-esperjenza vasta tiegħu magħna. Il-Viċi-President tal-MFA u Chairman tar- Referees' Committee Alex Manfrè kien preżenti wkoll. David Elleray qal li l-football għandu bżonn l-istess filosofija fir-raġunament tar- Regolamenti tal-Logħba, u ħa gost li kellu l-opportunità jindirizza l-klabbs jumejn qabel. Kevin Azzopardi qal li struttura ġdida ġiet introdotta bbażata fuq il-UEFA Referee Convention; 95% tal-UEFA Audit intlaħaq; għall-ewwel darba id-Disciplinary Unit hu indipendenti mir-Referees' Committee, Fitness Unit, Gozo Unit u Audit Unit għal materji interni ser ikunu joperaw b'effett immedjat; żewġ inizjattivi ġodda mill- istaġun li ġej (l-użu tal- vanishing spray u kits ġodda); online portal għall-uffiċjali u r-referee Observers; semma' wkoll numru ta' appointments internazzjonali għar-referees fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin; fl-aħħar nett irringrazzja lill-amministrazzjoni tal- MFA għall-appoġġ u l-fiduċja tagħhom fih. Intant, l-għada saret Diskussjoni mal-Media li matulha l-preżentatur tal-programm Kontrattakk fuq TVM Sandro Micallef, u l-opinjonista tal-programm Replay fuq Net TV Konrad Sultana, qasmu l-ideat tagħhom dwar ir-refereeing lokali mal-udjenza. Matul it-tlett ijiem tas- seminar, il-parteċipanti sarulhom testijiet fil-għarfien ġenerali, ir-regolamenti tal-logħba, u l-profiċjenza fil-lingwa Ingliża permezz ta' kwiżż. Ir-Referees Fitness Coach Ronald Zammit mexxa body composition tests għar-referees u l-assistenti u l-għada għamel analiżi tar-riżultati; għamel ukoll referenza għat-testijiet fiżiċi tal-FIFA li saru aktar kmieni fil-ġimgħa u ta pariri fejn meħtieġ. Hu mexxa wkoll sessjoni teoretika u prattika dwar prevenzjoni ta' ġrieħi. Fil-kummenti konklussivi tiegħu, id-direttur tar- refereeing Kevin Azzopardi spjega fid-dettall l-istruttura ġdida fis-settur tar-refereeing, l-iktar li ser tkun tinkludi 8 units tekniċi u 6 units sussidjarji (b'kollox jinvolvu 25 persuna), u li r-Referees Committee ser ikollu 12- il membru; semma' wkoll temi amministrattivi u finanzjarji. Irrimarka li jidher li t-tlett ijiem tas-seminar kienu esperjenza fejjieda li tawgura tajjeb għall-istaġun li ġej, speċjalment meta jkun hemm bżonn inqumu għall- okkażjoni. Ir-Referis kollha li attendew għal seminar mill-aqwa ta' tlett ijiem quddiem lukanda ewlenija f 'San Ġiljan Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016