Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

ILKAMRA tal-Kummerċ Għawdxija għamlet lista twila ta' dak li tixtieq li tara għall-baġit li jmiss. Din il-lista tinkludi proposta biex kull min ikun impjegat f 'Għawdex iħallas biss nofs it-taxxa li jħallsu l-ħaddiema impjegati f 'Malta għal ħames snin sħaħ. Ir-raġuni għal din il-proposta, skont id- dokument ippublikat din il-ġimgħa stess, hija li jkun inutli li Għawdex tattira l-kumpanija jekk imbagħad ma tattirax biżżejjed nies li jistgħu jkunu impjegati fl- istess kumpaniji. Din hija biss waħda mid- diversi proposti tal-istess organizzazzjoni li qed titlob ukoll illi kull intrapriża li timpjega 25 persuna jew aktar f 'Għawdex, f 'niċeċ pjuttost ġodda bħas-servizzi finanzjarji, żvilupp ta' software u turiżmu mediku, jingħataw l-benefiċċju li jħallsu nofs it-taxxa għal 10 snin sħaħ. Dawn mhumiex l-uniċi benefiċċji ta' ħlas inqas f 'taxxa, fil-fatt l-istess Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed tipproponi wkoll li kull lukandier Għawdxi li jiddeċiedi li jiftaħ lukanda, ta' 4 stilel jew ktar u b'100 kamra jew aktar, fil-ħames snin li ġejjin ma jħallsux taxxa lanqas. Dan apparti li l-kamra qed tagħmel proposta biex ma titħallasx taxxa jew bolla fuq l-art jew il-proprjetà fejn jinbnew dawn il-lukandi u li l-Gvern jagħti self b'interess baxx. Fil-qasam tal-proprjetà l-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi li titneħħa t-taxxa tal-boll fuq xiri ta' proprjetà kwalunkwe, "li għalkemm tista' taffetwa d-dħul tal- Gvern għall-ewwel, id-dħul li jonqos tagħmel tajjeb għalih it-taxxa mill-proprjetà". L-istess Kamra tagħmel enfasi fuq il-bżonn li jkunu allokati l-flus li hemm bżonn biex jibdew l-istudji dwar mina bejn Malta u Għawdex u tikkritika l-inazzjoni dwar il-fast ferry bejn il-gżejjer. Tipprponi wkoll sistema fejn turisti li jkunu se jqattgħu sebat iljieli jew iktar f 'Għawdex jingħataw minimu ta' tliet vjaġġi, kull persuna, b'xejn bil-Gozo Channel, minn u lejn Malta. "Jista' jkun li qed jaħsbuna li qed ingergru" jgħidu tal- kamra tal-Kummerċ, "imma aħna għandna viżjoni li xi darba Malta u Għawdex, bid- differenzi ta' bejniethom, it- tnejn jeċċellaw. "Għażiż Prim Ministru, l-attenzjoni diretta tiegħek biss fl-implimentar tas-soluzzjonijiet jista' jagħtina l-kuraġġ biex niġġieldu għada." illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 10 minn Albert Gauci Cunningham LALLEANZA Kontra l-Faqar qed tipproponi li parti mill-flus li deħlin mill-Iskema tal-Bejgħ tal-Passaporti (IIP) morru għat-twaqqif u l-operat ta' bank soċjali li joffri self ta' flus b'interessi baxxi għal dawk in-nies u familji li huwa diffiċli ferm li qatt jikkwalifikaw għal xi tip ta' self li jkun jista' jagħmlilhom sidien ta' djarhom. Mal-ILLUM il-kelliem ewlieni tal-Alleanza Charles Miceli spjega kif din il-proposta, li tressqet għall-kunsideraazjoni tal- Gvern aktar kmieni din il-ġimgħa, qed issir biex toħroġ lil dawk li qed ibatu minħabba l-ispiża tal-kirja privata li f 'dawn l-aħħar sentejn żdiedet b'mod drammatiku. Mistoqsi minn din il-gazzetta kif qed jara li bank simili jista' jopera Miceli spjega kif dan il-bank jew ma jżomm l-ebda interessi jew inkella interessi baxxi ħafna ta' madwar 1%, bil-perjodu li fih jeħtieġ isir il-pagament ikun itwal minn dak li joffri bank kummerċjali. "Irridu nagħmlu lil dawk li bħalissa huma maqbudin f 'morsa għax ma jifilħux iħallsu kera u ma jistgħux jingħataw self minħabba dħul baxx sidien ta' djarhom, b'hekk biss inkunu qed nassiguraw li dawn jibdew jintrefgħu mill-faqar." Miceli qal li f 'din il- kategorija hemm bosta nies, mhux biss dawk bi dħul baxx imma wkoll dawk li jkollhom kondotta mhux nadifa. "Sfortunatament, hemm min jispiċċa fil-ħama u minflok isib l-għajnuna, isib min jitfgħu aktar fil- ħama." L-idea ta' bank soċjali taf l-għeruq tagħha fil- Bangladesh fejn il-Professur Mohammed Yunus kien waqqaf il-Grameen Bank, li llum għandu 8,500 fergħa f '85,000 villaġġ. Sas-sena 2005 l-bank kien sellef aktar minn $4.7 biljun u sas-sena 2008 kien sellef $7.6 biljun, b'98% tas-self jitħalles lura. L-ewwel persuna li pubblikament tkellmet dwar il-bżonn ta' bank soċjali kienet l-Avukata Anna Mallia f 'artiklu li kitbet nhar l-Erbgħa 20 ta' Lulju fil-gazzetta l-Orizzont. Tiżdied il-faxxa ta' nies li ma jħallsux taxxa tad-dħul Intant l-Alleanza Kontra l-Faqar ressqet numru ta' proposti oħrajn quddiem il-Gvern, bil-ħsieb li dawn jkunu adottati bħala miżuri baġitarji. Fost dawn l-Alleanza qed tipproponi li l-faxxa ta' dawk li ma jħallsux taxxa tad-dħul tiżdied. Mal- ILLUM Miceli jgħid illi qed jipproponu li s-ceiling ta' €9,100 għal persuna li tgħix waħedha u €12,700 għal koppja miżżewġa jiżdied b'mod li jirrifletti aktar r-realtajiet tal-lum. Minkejja li ma xtaqx jagħti figura preċiża Miceli jgħid illi skont r-rapport tal- Caritas persuna waħedha teħtieġ €11,000 fis-sena biex tal-anqas tgħix ħajja diċenti u jkollha l-bżonnijiet bażiċi. L-Alleanza Kontra l-Faqar qed tipproponi wkoll li tiżdied il-paga minima, li jkun hemm xi forma ta' kontroll ta' kemm tista' togħla kera kif proponiet Yana Mintoff u kif jiġri fi bliet bħal Berlin, li tkun iċċarata d-definizzjoni ta' x'inhu prekarjat u li min jikser il-liġi jkun penalizzat u li ssir reviżjoni ta' kif jinħadmu l-indiċi tal- prezzijiet biex l-inflazzjoni tirrifletti aħjar il-bżonnijiet tal- individwi u familji fil-faqar. 'Aqbad €50 miljun mill-bejgħ tal- passaporti u investi f 'bank soċjali' L-Alleanza Kontra l-Faqar tipproponi twaqqif ta' bank b'interessi baxxi għal min ma jista' qatt jikkwalika għal self Mohammed Yunus, il-fundatur tal-Grameen Bank Għażiż Prim Ministru mhux qed ingergu... imma naqqsilna t-taxxi Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tressaq il-proposti tagħha għall-baġit...titlob ħafna 'taxholidays' Għażiż Prim Ministru...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016