Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum sportiv tat-tim nazzjonali tal-Iżlanda Sports 35 fl-età. Kont nikkombina dawn id- doveri tiegħi flimkien ma' diversi pożizzjonijiet li kont nokkupa fl- amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol fl-Iżlanda, inizjalment bħala Segretarju tal- klabbs Iżlandiżi, imbagħad membru f 'bord partikolari, viċi-president, segretarju ġenerali u eventwalment president tal-FA Iżlandiża, fejn fi Frar tal- 2015 ġejt ikkonfermat f 'din il-kariga għall-ħames terminu tiegħi. Kemm ilek tokkupa l-kariga prestiġjuża ta' President tal- Assoċjazzjoni tal-Futbol Iżlandiża? Ilni President disa' snin hekk kif ġejt elett f 'din il-kariga lura fl-2007, iżda qabel kont nokkupa l-kariga ta' segretarju ġenerali tal-istess assoċjazzjoni. Kif rajtu jevolvi l-futbol ġewwa l-Iżlanda matul il-medda tas-snin? Dejjem provajna ntejbuh matul is-snin u fejn l-ewwel bdejna bil- kampjonat domestiku, spiċċajna biex tejjibna wkoll il-livell tat-tim nazzjonali Iżlandiż, fejn għamilna passi ta' ġgant f 'dan l-aħħar diċenju. X'tikkummenta dwar il-pedament tal-organizzazzjoni f 'pajjiżek? Għandna sistema organizzata, b'kowċis tal-ogħla livell sabiex kemm jista' jkun l-edukazzjoni kalċistika tkun waħda ta' kwalità minn età żgħira, biex eventwalment ma jkunx hemm diskrepanza bejn futbol taż-żgħażagħ għall-futbol tal-adulti. Kif tiddeskrivi l-avventura inkredibbli tal-Iżlanda fil-Euro 2016 bejn Ġunju u Lulju li għadda? Aħna ppreparajna b'mod normali għall-Euro 2016 u morna hemmhekk mingħajr ħafna daqq ta' trombi. Ta' min isemmi, li anke t-tim nazzjonali femminili kkwalifika għal tournament maġġuri, jiġifieri l-frott jidher li qiegħed jiġi prodott kemm fis-settur tal-irġiel kif ukoll f 'dak tan-nisa. Bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Iżlandiża, kif qed tħares lejn il-futur tat-tim nazzjonali Iżlandiż u anki tal-futbol fl-Iżlanda b'mod ġenerali? Il-futur tat-tim nazzjonali Iżlandiż jidher wieħed sabiħ, iżda rridu nibqgħu saqajna mal-art u naħdmu pass pass. Vera li rbaħna lil timijiet tant stabbiliti fosthom l-Ingilterra, iżda baqgħalna x'naqdfu. Iżda ovvjament, jekk toħlom b'xi ħaġa, tajjeb li taħdem għaliha. Għamilna l-aħjar li stajna biex nibnu l-pedament għall-futur, kemm f 'termini ta' stadia kif ukoll f 'faċilitajiet ta' swali tal-isport fuq ġewwa, kif ukoll edukazzjoni mill- aqwa tal-kowċing, u dan kollu ħalla l-frott meħtieġ. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-futbol qed tiżdied kulma jmur iż-żmien, u qed naraw ħafna plejes żgħar ta' talent, kemm subien kif ukoll bniet, li qed jagħmlu l-qabża f 'dak li għandu x'jaqsam ma' teknika fil-futbol. X'inhi r-relazzjoni tiegħek ma' Norman Darmanin Demajo? Kif tiddeskrivih? Norman Darmanin Demajo huwa ħabib kbir tiegħi u ili nafu għal dawn l-aħħar snin. Huwa għamel u għadu qed jagħmel xogħol kbir għall-akbar ġid tal-futbol Malti u ninsab ċert li l-futbol Malti bbenefika bil-kbir bis-saħħa tiegħu. Persważ li għandu f 'moħħu iktar proġetti li fiċ-ċentru tagħhom hemm il-klabbs Maltin u l-futbol Malti. Taħseb li fiż-żmien li ġej Malta kapaċi tavvanza bħall-Iżlanda? Ovvjament li iva! Inħoss li f 'Malta hemm bżonn li jsir ħafna xogħol fil-livell taż-żgħażagħ sabiex ikun hemm bażi soda għall-futur. Il-messaġġ finali tiegħek liż- żgħażagħ Maltin speċjalment biex jagħżlu li jmorru jilagħbu barra mill-pajjiż. Li tmur tilgħab barra mill-pajjiż huwa importanti, għaliex titgħallem ħafna. Tiżviluppa ħafna karatteristiċi li probabilment lanqas tkun taf bihom, kemm bħala karattru kif ukoll fil-futbol. "Il-futur tat-tim nazzjonali Iżlandiż jidher wieħed sabiħ, iżda rridu nibqgħu saqajna mal-art u naħdmu pass pass" Twieled d-9 ta' Settembru tal-1964 f 'Reykjavik -Iżlanda. Huwa l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Iżlandiża fejn ilu jokkupa din il-kariga għal disa' snin, hekk kif ġie elett lura -2007. Qabel kien President tal-FA Iżlandiża, kien jokkupa l-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal- istess Assoċjazzjoni. Huwa meqjus bħala l-moħħ ewlieni wara l-miraklu sportiv tat-tim nazzjonali tal-Iżlanda matul l-aħħar snin, speċjalment waqt il-Euro 2016 bejn Ġunju u Lulju li għadda, fejn fost oħrajn għeleb lill-Ingilterra. Geir þorsteinsson