Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum l-ewwel li qed jaqlagħha Baldacchino ikkonferma dan u qal illi bħalissa dawk li jrabbu n-naħal f 'Malta qed ikollhom jagħlfu lin-naħal biex ikunu jistgħu jżommu xehda ħajja u li tkompli tipproduċi. Iktar dipendenza fuq l-importazzjoni Huwa jitkellem ukoll dwar it-thedida li qed jiffaċċjaw is-siġar li jwaqqgħu l-weraq fil-ħarifa u jgħid illi minħabba nuqqas ta' staġjonalità; riżultat ta' temperaturi għoljin, tonqos il-produttività. Apparti dan, mal-ILLUM Galdies jgħid ukoll li xitwa sħuna oħra tagħti daqqa ta' ħarta lill-kultivazzjoni tal-għalf tal-annimali, li jkun ifisser li dawk il-Malti li jrabbu jsiru dejjem aktar dipendenti fuq l-importazzjoni ta' prodotti minn barra. Riskji akbar ta' mwiet minħabba sħana Mal-ILLUM Galdies ifakkar kif apparti t-thedida fuq l-ilma u l-agrikoltura, xitwa oħra xotta, bi sħana prattikament estiża għal ħafna mill-ħarifa, ir- rebbiegħa u anke f 'partijiet konsiderevoli tax-xitwa tista' twassal għal thedida fuq saħħet in-nies ukoll. Huwa fakkar kif l-impatti li jista' jkollha xitwa xotta, b'perjodi itwal ta' nixfa jistgħu jwasslu għal riskji akbar ta' mwiet u żieda fil-mard trażmess mill- ikel u l-ilma. It-tort huwa tal-politiċi Il-kritika ta' Baldacchino tiħrax u mal-ILLUM jippunta s-swaba' kollha lejn il-politiċi għal dak li hu jiddeskrivih bħala l-pass ta' pajjiżna lejn deżertifikazzjoni. "It-tort huwa tal-politiċi li jibqgħu jipposponu d-deċiżjonijiet għax iħarsu biss f 'termini elettorali u jafu li n-nies, sakemm għandhom x'jieklu u x'jixorbu mhuma se jgħidu xejn." Huwa jtemm jgħid li hemm bżonn ta' pjan għas-snin li ġejjin biex insalvaw l-ilma u l-politiċi jeħtieġ iġorru r-responsabilità. Għarukaża, għaddejna minn taħt idejn gvernijiet barranin u dak kollu li sibna f 'dan il-qasam, kissirnieh. Il-ħsara tremenda li qed issir lil dan il-pajjiż hija inkredibbli." L-Imdina mdawra b'nixfa: Il-kartolina tal-futur? u s-sarkażmu biex iwasslu messaġġ ta' protesta kontra dak li fil-fehma tagħhom huwa l-istupru, l-abbuż, l-inġustizzja u l-majjalata li qed iseħħu f 'pajjiżna dan l-aħħar. Minn fuq paġna ta' facebook, Edward Duncan taha għall- poeżija biex jitkellem dwar 'stupru' li qed iġarrab pajjiżna, permezz tal-bini għoli, fejn f 'parti mill-poeżija tiegħu huwa qabbel li… "Stupru, bla xemx għax ħadhielek l-iżviluppatur Li tela' fl-għoli biex isir aktar sinjur Stupru... id-djar zgħar bil- btieħi spiccaw… waqgħu... kollha ġrieħi…" Duncan iqabbel ilment kif tul iż-żmien, Malta mhix titħalla fl-integrità li kienet qabel, minħabba l-profitt ta' ftit… li fil-poeżija tiddeskrivi bħala l-istupru tagħha. "Fejni ruħek ja Malta tagħna? issa stuprata Qed inħossni, bla nifs, inħossni fgata" Poeżija oħra ta' livell satiriku ferm interessanti, inkitbek u ġiet imxerrda fuq facebook mid-deputata Marlene Farrugia, li wriet li messaġġ ta' protesta jintlaqa' tajjeb meta meħud b'mod sarkastiku u umoristiku. Fil- poeżija tagħha 'Tagħna wkoll', Farrugia toħodha wkoll kontra l-iżvilupp eċċessiv li qed iseħħ f 'Malta bħalissa u tikteb; "Kont qed naħseb biex ninvesti Nibda business, 'Projects Festi' Narma gaffa, cherrypicker Romblu boċċu u tunnel digger Truck minn dawk tar-roti kbar Mela nża**ab, nibqa' ħmar?" L-importanti t-triq tal-liri, tgħid Farrugia, li tqabbel dwar konkos, ramel u siment u bini jitla' f 'Malta mil-Lvant sal-Punent, bl-importanza primarja dejjem mogħtija lill- profit li jagħmlu ftit politikanti biss, b'referenza partikolari għall-famuż każ tal-Panama li kulħadd għejja jisma' dwaru, iżda meta preżentat fil-kuntest ta' poeżija, jiġbed aktar interess… "L-importanti t-triq tal-liri L-aqwa li nilħaq il-miri Imbagħad naqbad ajruplan U Ġol-Pan'ma nkun Sultan" U nispiċċaw din l-analiżi ta' poeżiji satiriċi lokali billi naqsmu mal-qarrejja l-poeżija "MAjjaLaTA", miktuba minn David Aloisio, li fiha jqabbel dwar dak li hu jiddeskrivi bħala l-majjalati li qegħdin isiru f 'pajjiżna, b'esaġerazzjoni ta' żvilupp, għad-detriment tal-ambjent u tal-futur ta' wliedna. MAjjaLaTA – ta' David Aloisio Min iż-żikk bena l-Imdina, Toroq dojoq, djar bil-bir; Tridx malajr inħottu kollox, Flokha ntellgħu torri kbir? Dak ta' Ċenċ x'ħela ta' spazju, Xagħri għeri, xewk u trab; Hemm jiġu sbieħ sebgħin villa, Quddiem il-baħar u s-sħab! U r-riserva tal-Għadira, Ilma mdardar u ħadrani; F'nofsha nibnu lukanda oħra, B'skoss dekċers u xugamani! Ġo Kemmuna u Kemmunett, Gremxul, fenek u mulett; Hemm joqogħdu żewġ kolonni, Fuqhom pont, Għawdex dirett! L-ilma tal-pjan għoddu qoxqox Dak ħelu, ejja nużawh; Golf course wiesgħa flok is-saqwi, U 'l-bidwi nesterminawh! Bit-tema "F'isem Uliedna" Ejja nagħmlu majjalata; Naħtfu, nitħanżru u nitfewqu… Għada bogħod, illum xalata! Din l-għażiża Malta tagħna, Qlejna bajda naqlu tnej' ; Agħlaq ħalqek, tindaħalx, Għandna l-barka tal-Mulej!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016