Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
illum Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Sports 30 Danica Bonello Spiteri u t-tim minn Cristian Antony Muscat ITTELLIEQA tal-Xterra tal-Italja hija magħrufa bħala l-itqal waħda minħabba l-ammont ta' tlajja u nżul li tikkonsisti, kemm fuq ir-rota kif ukoll fil-ġirja. Xterra hija tellieqa tat-triathlon li tikkonsisti f '1.5km għawm, 30km qdif bil- 'mountain bike' (fuq terran 'offroad') u 10km ġirja 'offroad'. Din is- sena nzertat l-iktar sena b'temperaturi għolja li laħqu t-38°C, li għamlet it-tellieqa waħda iktar diffiċli għal kulħadd. Kienu erbgħa l-Maltin li ħadu sehem fiha: Alan Borg, Natalino Farrugia, Lara Buttigieg u Danica Bonello Spiteri. L-ewwel tliet atleti ħadu sehem fil- kategorija tal-age group, filwaqt li Bonello Spiteri, li m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tat-triathlon ħadet sehem fil-kategorija tal-professjonisti (elite). Iltqajna ma' dawn l-atleti u tawna rendikont tat- tellieqa tagħhom fi kliemhom stess. Danica Bonello Spiteri Din is-sena qed intellaq mal-professjonisti u l-livell huwa wieħed għoli. Irnexxieli noħroġ mill- ilma fl-ewwel pożizzjoni u malajr ippruvajt naħrab fuq ir-rota. Żammejt fit- tlajja', iżda fl-ewwel inżul tekniċi tlift il-pożizzjoni tiegħi u bdejt naqa' lura. Kien hemm mument fejn fis-'single trails' fl- inżul kien hemm xi rġiel professjonisti ppruvaw jgħaddu b'mod veloċi minn ħdejja u kont imġiegħla ninżel b'veloċità ikbar milli nħossni komda. Spiċċajt waqajt, iżda fortunatament għalija ma weġġajtx. Ftit wara waqgħu żewġ atleti oħra ħdejja minħabba l-inklinazzjoni qawwija tat-terran. Is-sħana għamlet tagħha wkoll u kien hemm mumenti fejn batejt b'għatx mhux tas-soltu. Kif ħriġt bil-ġiri, saqajja ħassejthom b'saħħithom iżda qgħadt attenta ħafna minħabba s-sħana. Tlajt u nżilt l-inżul b'ritmu mgħaġġel biex inlesti t-tellieqa f 'ħin ta' erba' sigħat u minuta. Kont is-sitt mara mill- professjonisti. Inħoss li ma' kull tellieqa tat-tip Xterra (offroad triathlon) qed nitgħallem ħafna, iżda fadalli x'nitgħallem biex inkun iktar b'saħħti fuq ir-rota bil-'mountain bike'. Nixtieq nirringrazzja lit- tim tiegħi li jgħinni għat- taħriġ tal-appoġġ tiegħu, kif ukoll lill-isponsor ewlieni tiegħi, People & Skin, kif ukoll lill-Flexischme u lill- Malta Triathlon Federation. Natalino Farrugia L-ewwel esperjenza tiegħi ta' kompetizzjoni internazzjonali tat- Triathlon kienet waħda mimlija b'kull tip ta' emozzjoni imma d-determinazjoni li nibda u nispiċċa din ir-rotta ferm diffiċli ma naqsitli qatt. Qabel l-avveniment, ħadt idea ċara tar-rotta, biex nipprepara ruħi fiżikament u mentalment. Minħabba inċident li kelli sitt ġimgħat qabel, kont naf li kont ftit nieqes mit- taħriġ allura ddeċidejt li nibda din it-tellieqa b'mod konservattiv biex inkun żgur li nibqa' b'saħħti sal- aħħar speċjalment fil-ġirja. Fl-għawma, tlaqt mal- grupp ta' wara u żammejt pass kostanti kemm jista' jkun, filwaqt li żammejt f 'moħħi li din kienet ħa tkun tellieqa twila. Xħin ħriġt mill-ilma u mort għar-rota, ħassejtni komdu ħafna għalkemm inħoss li kont għomt xi ftit bil-mod iżżejjed. Bir-rota, għall-ewwel bdejt inħoss li ma kellix qagħda sew fuq ir-rota, imma żammejt kalm u bqajt naqdef b'pass kostanti biex kemm jista' jkun ma ninqatax minn mal- kompetituri l-oħrajn. Dan swieli tajjeb għax saqajja ħassejthom komdi, bil-lest għat-tlajja' weqfin ħafna. Meta wasalt għat-tlajja', imxejt ħafna minnhom, biex inkun ċert li nwassal sal-aħħar. Waqt il-provi li kont għamilt, ħassejtni kunfidenti fl-inżul għalhekk waqt it-tellieqa ħadt ħsieb li kemm jista' jkun niggwadanja kemm nista' f 'dawn il-partijiet tar-rotta. Meta lestejt mir-rota, kont għadni b'saħħti, imma bqajt kalm u bdejt niġri b'pass moderat għax kont naf li l-ġirja fiha ħafna tlajja' u nżul ukoll. Minħabba s-sħana qawwija, tfajt kwantità ta' ilma fuqi biex niffriska iżda spiċċajt biż-żarbun tal-ġiri mxarrab u dan kien kaġun li kelli l-bżieżaq fil-qiegħ ta' sieqi bil-konsegwenza li ma stajtx niġri sew, u ġrejt il-kumplament tar-rotta fuq il-ponot ta' subgħajja jew l-għarqub. Id-determinazzjoni li nispiċċa din it-tellieqa ma naqsitli qatt, saħansitra li żewġ kilometri mit-tmiem, bdejt inħossni emozzjonat ħafna. Dan hekk kif bdejt niftakar f 'dak li għaddejt minnu f 'dawn l-aħħar 18-il xahar, u f 'dawk in-nies li għenuni waqt dawk il-mumenti diffiċli u li bis- saħħa tagħhom irnexxieli nasal biex nagħmel tellieqa diffiċli bħal din. Bqajt niġri bl-uġigħ sa ma għaddejt il- linja tal-finali. Niddedika din it-tellieqa lill-familjari tiegħi tas- sapport li dejjem tawni u nirringrazzja lil Dr Danica Bonello Spiteri li bl-għajnuna tagħha, mingħajr ħlas, irnexxielha terġa' tibnili s-saħħa biex inkun nista' nieħu sehem f 'kompetizzjonijiet kompetittivi, sew fil-ġiri, kif ukoll fil-qdif u fl-għawm. Alan Borg Kienet tellieqa iebsa aktar minn kemm stennejt għalkemm kont rajt l-inklinazzjonijiet li fiha. Kif wasalna mmedjatament morna nipprovaw ir-rotta tar-rota li minnhemm indunajnat li kienet se tkun iebsa, iżda jien kont ippreparat u ottimist għaliha. Bdejna bl-għawma ġo grupp u r-rassa ta' parteċipanti li ma kinitx faċli imma ħadt ħsieb li nżomm il-pass u ħriġt mill-ilma f '27 minuta u 47 sekonda. Kif ħriġt bir-rota, ridt Danica Bonello Spiteri, Alan Borg, Lara Buttigieg u Natalino Farrugia f 'Abruzzo -Italja Danica Bonello Spiteri -azzjoni Natalino Farrugia -azzjoni