Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
I l-ħidma li qed jagħmel il-Gvern bħalissa hija proġett sħiħ li Joseph Muscat fassal għal pajjiżna. L-għan ta' dan il-proġett, ir- raġuni għalfejn qed nagħmlu x-xogħol kollu li qed nagħmlu hija li Malta tkun l-aqwa fl- Ewropa. Li tkun l-aqwa fl-Ewropa mhijiex biss aspirazzjoni jew ambizzjoni imma mira ċara li permezz tagħha rridu nħallu lil uliedna u wlied uliedna pajjiż ħafna aħjar milli ħallewlna ta' qabilna. Il-ġenerazzjoni tiegħi hi ġenerazzjoni ta' min ttellgħet temmen il-gidba li teżisti dinja Malta u dinja oħra aħjar hemm barra. Hija ġenerazzjoni ta' min setgħet intemmet il-gidba li f 'pajjiżna jeżistu żewġ tribu b'ħajt twil u kbir jaqsam it-tnejn. Hija ġenerazzjoni ta' min tela' jemmen il-gidba li Malta hija d-dar waħdanija tiegħu. Illum in-nies tal- ġenerazzjoni tiegħi jafu li dan kollu nbidel kompletament. Waqt li saqajna mal-art dwar id-daqs u l-limitazzjonijiet ta' pajjiżna nafu li Malta qed tikseb suċċessi li pajjiżi oħrajn lanqas biss joħolmuhom. Jafu wkoll in-nies tal-ġenerazzjoni tiegħi li pajjiżna fil-fatt hu familja waħda mħallta u aħna aħwa Maltin f 'pajjiż li hu tagħna lkoll. Il-futur hu li nibnu l-pontijiet, mhux ħitan. Min jitkellem favur il-ħitan jappella għall-emozzjoni u għas- sentiment. Min jitkellem favur il-pontijiet jappella għall-futur u t-tkabbir ta' pajjiżna. Rekord ieħor ekonomiku Fl-aħħar ġimgħat ksibna rekord ieħor ekonomiku meta għal darb' oħra pajjiżna stabbilixxa ruħu bħala l-iktar pajjiż fl-UE li fih kellu tkabbir. Dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu ksibna r-rekord tal-pajjiż li l-inqas fih nies ma jaħdmux. Dan hu ġid li jinħass kull fejn tmur. Kruċjali li bħala pajjiż insostnu dan il-ġid u nkomplu nirbħu sfidi oħra li għandna quddiemna. Valletta Fl-aħħar jiem qamet diskussjoni dwar l-indafa fil- Belt. Il-Belt Valletta fl-aħħar snin irxoxtat mill-ġdid. Minn belt li kont kważi tibża' timxi fit-triqat tagħha f 'ċerti ħinijiet tal-ġurnata, saret belt li prattikament ma torqodx matul tmiem il-ġimgħa u anke fil-jiem ta' matul il-ġimgħa jkun hawn ħajja kbira. Strada Stretta tkun mimlija żgħażagħ. Fi Pjazza Reġina qed ikun hemm serati apposta fejn ikunu litteralment invażati bin-nies. L-istess in-naħa ta' Liesse. Kull rokna tal-Belt qed tiġi valorizzata u s-sbuħija tagħha rikonoxxuta. Qed naraw il-fenomenu ta' Boutique Hotels jiftħu wieħed wara l-ieħor kollha mgħammra bl-isbaħ mod kif jixraq. S'intendi din l-attività kollha ġdida toħloq sfidi ġodda. Mod ikollok Belt mejta u mod ikollok Belt ħajja. Iltqajna fl-aħħar jiem mal- istakeholders ewlenin, inkluż l-Oppożizzjoni, fejn kellna diskussjoni pożittiva u miftuħa ħafna u jidher li hemm rieda ġenwina biex inkomplu nsibu s-soluzzjonijiet. LESA F'Ottubru li ġej l-awtorità regolatorja l-ġdida fil-qasam tal-infurzar lokali se tagħlaq sena mit-twaqqif tagħha. Dan hu qasam li fih ħafna sfidi. Ħadd ma jieħu gost li jirċievi ċitazzjoni però dan id- dispjaċir jiżdied meta wieħed iħoss li ċ-ċitazzjoni li ngħatat lilu inġustament. L-isfida ewlenija hija li negħlbu din id-dimensjoni ta' inġustizzja fil-qasam tal- infurzar lokali u l-perċezzjoni li l-wardens huma magna tal- ħruġ taċ-ċitazzjonijiet bi kwoti ta' tant ċitazzjonijiet fis-siegħa. Ħa nkun ċar: se nibqa' kull mument nagħmel gwerra kontra din il-mentalità li jridu jinħarġu bilfors tant ċitazzjonijiet fis-siegħa, tiġi minn fejn tiġi. Jista' jkun hemm l-aqwa intenzjoni fid-dinja jew l-agħar intenzjoni fid-dinja; l-idea li ċ-ċitazzjonijiet ikunu qishom fuq conveyer belt, tweġġagħni kemm bħala ċittadin u kemm bħala xi ħadd li jħobb il-liġi. Fl-aħħar xhur, frott din il- gwerra, iċ-ċitazzjonijiet naqsu u naqsu bil-kbir. Fl-ewwel sitt xhur iċ-ċitazzjonijiet naqsu bi kważi 8,000. Dan ġie bħala riżultat tal-fatt li l-LESA issa hija regolatur ċentrali ma' Malta u Għawdex kollha. Infakkar li l-LESA mhijiex piż fuq il-finanzi tal-pajjiż u hija wahda mill-ftit entitajiet tal- Gvern li hija self-sustaining. Fadal ħafna xi jsir u se nibqgħu nimbottaw biex ir- riforma tinħass iktar. Fil-jiem li ġejjin se nagħtu iktar dettalji dwar is-sistema one-off ta' warning tickets li se nimplimentaw biex ix- xufiera jingħataw tbeżbiża. S'intendi r-reati l-iktar serji se jkunu esklużi mis-sistema ta' warnings (eżempju li wieħed isuq fuq l-aħmar) għaliex hemm fin-nofs il-ħajja tan- nies. Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Opinjoni 17 L-aqwa fl-Ewropa OWEN BONNICI Fi Pjazza Reġina qed ikun hemm serati apposta fejn ikunu litteralment invażati bin-nies. L-istess in-naħa ta' Liesse. Kull rokna tal-Belt qed tiġi valorizzata