Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705
illum Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Sports 28 Charlotte Wing eld tikseb l-aħjar riżultat mill-Maltin -Olimpjadi minn Cristian Antony Muscat KIENET l-atleta Charlotte Wingfield li kisbet l-aħjar riżultat mill-Maltin waqt l-Olimpjadi ta' Rio, hekk kif matul il-ġurnata tal- Ġimgħa, hija kkwalifikat għall-ewwel rawnd tal- 100m wara li rebħet il-heat preliminari f 'ħin ta' 11.86 sekonda. Iżda mbagħad, meta ħadet sehem f 'dan ir-rawnd, hija kklassifikat fis-57 post overall, minn massimu ta' 64, biex b'hekk sfat eliminata. Hija ġriet fis-sitt heat minn tmienja fejn spiċċat fl-aħħar post, bil-ħin tagħha jkun dak ta' 11.90 sekonda. Intant, iktar kmieni matul l-aħħar ġimgħa, it- tiratriċi Eleanor Bezzina, spiċċat fit-22 post minn 44 kompetittriċi, fl-10m air pistol bi 379 punt flimkien ma' seba' tiraturi oħra, iżda ġiet ikklassifikata t-tielet waħda b'dan il-pun¬teġġ. Dan ir-riżultat ta' Bezzina ġie mfisser bħala wieħed sodisfaċenti meta falliet il-finali b'ħames punti biss. Wara din il-kompetizzjoni, kien imiss li Bezzina tipparteċipa fil-kategorija tal-25m air pistol, fejn temmet fis-36 post. Fil- Kompetizzjoni msejħa 'Precision', hija kisbet 283 punt. Fost l-aktar atleti Maltin li kien mistenni minnhom, iżda li l-aktar iddiżappunta, kien hemm it-tiratur ewlieni Malti, William Chetcuti, li ppro¬duċa wirja fqira meta ħa sehem fid-double trap għar-raba' darba konsekuttiva. Chetcuti, li għandu 31 sena, spara fuq 30 plattina għal ħames darbiet li fihom kiseb punteġġ ta' 22, 25, 24, 26 u 26 f 'kull waħda għal total ta' 123 minn 150. B'hekk huwa spiċċa fis-17-il post minn 22 tiratur meta fit-tliet Olimpjadi ta' qabel, l-inqas post li kiseb kien id-disa' wieħed. L-għawwiema Nicola Muscat ikklassifikat fis- seba' post minn tmien għawwiema fis-sitt heat tal-50 metru Freestyle. Hija kisbet ħin ta' 26.6 sekonda u naqset li tikkwalifika għar- rawnd ta' wara. Min-naħa l-oħra, Andrew Chetcuti, ħa sehem fil-100m freestyle. Huwa ħa sehem fit-tieni heat fejn spiċċa fir-raba' post b'ħin ta' 51.37 sekonda. Huwa kellu ħin aħjar fl- ewwel frazzjoni ta' 50m meta għamel id-distanza f 'ħin ta' 23.90 sekonda. Minn fost 59 kompetitur, Chetcuti spiċċa fil-51 post. Intant, matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, il-weightlifter Kyle Micallef, naqas li jagħmel refa' waħda fil- kompetizzjoni tal-85 kilogramma, meta naqas li jikseb skor tajjeb biżżejjed biex jipproċedi għar- rawnd ta' wara, u kawża t'hekk ġie eliminat mill- kompetizzjoni. Ilbieraħ kien imiss lill- atleta Luke Bezzina li jieħu sehem fit-tieni heat tal-100m flimkien ma' sitt atleti oħra fejn huwa tilef il-kwalifikazzjoni bi ftit wara li temm fit-tielet post wara l-atleta mit-Tongo, Siueni Filimone, li kiseb ħin ta' 10.76 sekondi. Dan ir-riżultat kien ifisser it-12-il post overall mill- heats kollha għal dan l-atleta li kien qed jieħu post l-atleta Kevin Moore, minħabba li dan kien instab pożittiv għal test tad-doping, 0.12-il sekonda biss wara l-atleta mill- Brunei, Mohamed Fahkri Ismail, li kiseb l-aħħar post ta' kwalifikazzjoni meta rreġistra ħin ta' 10.92 sekonda. B'hekk, Luke Bezzina, safa eliminat mill- kompetizzjoni tal-100m. Charlotte Wing eld Meta Michael Phelps safa megħlub minn ekspartitarju tiegħu minn Cristian Antony Muscat FOST l-aktar stejjer interessanti sa issa waqt l-Olimpjadi ta' Rio, insibu dik tal-għawwiem Amerikan, Michael Phelps, li fil-100m butterfly kiseb ħin ta' 51.14 sekondi, biex safa megħlub minn Joseph Schooling ta' Singapore li kiseb ħin ta' 50.39 sekondi, li huwa rekord Olimpiku. Chad Le Clos tal-Afrika t'Isfel temm fit-tielet post b'ħin ta' 51.14 sekondi. B'hekk, Michael Phelps, ma rnexxielux jirbaħ il-ħames midalja tad- deheb konsekuttiva f 'dawn l-Olimpjadi. Intant, l-għawwiema Ċiniża, Chen Xinyi, qed issostni li hi innoċenti, wara li nstabet pożittiva għal test tad-doping. Fit-test li sarilha, hija nstabet pożittiva għas-sustanza msejħa 'hydrochlorothiazide', li hija mediċina li tintuża biex ittejjeb il-prestazzjoni tal-atleti. L-għawwiema ta' 18-il sena talbet lill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-iSport biex tingħata sospensjoni temporanja, fejn se jerġa' jsirilha test ieħor. F'aħbar oħra, tajjeb ngħidu li l-organizzatturi tal-Olimpjadi f 'Rio mhumiex diżappuntati bin-numru ta' siġġijiet vojta hekk kif ilbieraħ beda l-avveniment tal-atletika, f 'Estadio Olimpico. Skont l-organizzatturi nbiegħu 58% tal-biljetti għall-ewwel sessjoni, filwaqt li nbiegħu 65% għas-sessjoni ta' filgħaxija. Il-prezzijiet għoljin u l-biljetti allokati għall- VIP kienu xi wħud mir- raġunijiet għaliex kien hemm numru mhux ħażin ta' seats li baqgħu vojta. Kelliem għall- organizzatturi tal- Olimpjadi, Mario Andrada, qal li mingħajr l-eroj u l-atleti Brażiljani jikkompetu, il-pubbliku Brażiljan idum aktar biex iħossu viċin din id- dixxiplina sportiva. L-għawwiem Amerikan, Michael Phelps, ibaxxi rasu għall-għawwiem minn Singapore, Joseph Schooling L-Ewwel 10 fir-Rebħ tal-Midalji Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total 1.Stati Uniti 20 13 17 50 2. Ċina 13 10 14 37 3. Renju Unit 7 9 6 22 4. Ġappun 7 3 14 24 5. Korea t'Isfel 6 3 4 13 6. Ġermanja 6 3 2 11 7. Russja 5 9 8 22 8.Franza 5 7 5 17 9. Awstralia 5 6 7 18 10. Ungerija 5 3 3 11