Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Għalkemm inqbadt f 'sitwazzjoni daqsxejn skomda, u li għaliha tħoss li m'hemmx soluzz- joni għajr li ċċedi, aħseb ftit dwarek innifsek u agħraf x'verament trid. Anke jekk tħoss li waqgħet dalma kbira fuqek jekk inti kapaċi tik- kumbatti, ser tegħlibha. Emmen fik innifsek u żomm f 'moħħok li xejn ma huwa impossibbli. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 24 u 35. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Agħraf it-tajjeb tiegħek innifsek u tħallix dak li jgħid ħaddieħor jikkonvinċik mod ieħor. Il- pożittività tiegħek tista' tkun l-għira ta' dawk ta' madwarek u għalhekk tibdilx dak li int, anzi saħħaħ lilek innifsek fuq dak li tħoss li huwa tajjeb għalik. Fil-ġimgħat li ġejjin se tgħaddi minn prova sabiex turi lil dawk ta' madwarek l-abbiltajiet tiegħek. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 15, 26 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Xi sitwazzjonijiet fil-ħajja jistgħu jġegħluk tħoss li tlift kull kontroll u tibda taqta' qalbek mill- futur. Għalkemm dan il-mument ser tgħaddi minnu, ser ikun ukoll mument ta' prova sabiex tagħraf kemm inti b'saħħtek quddiem xi maltem- pata fil-bnazzi. Tħallix min ikaxkrek, kun b'saħħtek biżżejjed biex tkun ta' qlugħ tajba u tegħleb dak li ġej. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 23 u 32. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April dal-20 ta' Mejju Tradiment li ġarrabt fil-passat kellu jservi ta' tagħlima għalik imma mid-dehra taf li għadek ma tgħallimtx biżżejjed għax ħa tgħaddi mill-istess sitwazzjoni u żgur mhix ser tkun ta' ġid għalik f 'mument meta suppost int qbadt rankatura li timxi 'l quddiem. Mela f 'dawn il-ġranet li ġejjin agħraf sew dak li jkun qed jiġri madwarek, osserva tajjeb dak li jkun għaddej ħalli dak li seħħ fil-passat ma jirrepetix ruħu Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 24 u 35. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Fil-ħajja l-affarijiet mhux dejjem ward u żahar għax mal-ward hemm ix-xewk, u dan ix-xewk trid tagħraf tegħlbu. Bħalissa qed issib ħafna tfixkil, ostakli li int biss taf kif għandek tikkum- batti. Għalkemm bħalissa qed tara kollox ġej kon- trik, dan għandu jimlik bil-kuraġġ li l-Gemini magħrufin għalih. Kompli miexi u agħraf kun int. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Wasal iż-żmien li inti tagħraf tuża moħħok fil- ħajja. Mhux sew li madwarek hemm min hu lest bħal seqer biex jaħtaf il-priża. Ma tistax tkun priġunier ta' ħajtek stess. Għalkemm mhux mument faċli imma int kapaċi ma tħalli lil ħadd jagħmlek ilsir tiegħu. Issa trid tieħu l-opportunità biex min qiegħed jipprova jsib tarf ta' ħajtek jieħu tagħlima. Agħraf ħaddem il-ħlewwa u kariżma tiegħek. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 14, 27 u 33. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Il-proposta li ser tiġi ppreżentata lilek ser tħawdek xi ftit minħabba li ser tiġi f 'mument delikat imma t-tweġiba tiegħek għandha tkun infurmata u tieħu ż-żmien biex tieħu din id-deċiżjoni. Irri- fletti tajjeb u ħu d-deċiżjoni t-tajba favur l-interess tiegħek. Ħares 'il quddiem b'iktar pożittività u kun għaqli. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 28 u 37. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Sħaba ta' instabbilità bħalissa qiegħda ddur madwarek u din qiegħda tikkawża inċertezza kbira. Għalkemm din il-fażi taf iddum ftit mad- warek, sakemm toħroġ minnha, trid tagħmel l-almu tiegħek kemm tista' sabiex tnaqqas il-qawwa ta' din il-fażi. Jekk jirnexxilek dan tista' tkun fit-tmun sabiex tidderiġi fejn l-aħjar tmur u x'tagħmel. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 26 u 32. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottu- bru Pjan ta' vaganza mal-familja jista' jkun iċ- ċavetta sabiex dak in-nuqqas li hemm jonqos u mhux tmur vaganza biss għall-iskopijiet tiegħek. Agħraf ir-responsabbilità li ġġorr miegħek. La inti għandek familja trid tagħraf terfa' responsabbilità ta' dak li hemm madwarek. Tagħlaqx l-aħħar kwart tas-sena fuq in-negattiv; aħdem favur l-għaqda fil-familja. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 14, 25 u 37. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Għalkemm taf li trid tkompli miexja 'l quddiem, il-ħakma tal-passat għadha mdawra miegħek u qisha kalamita, dan tista' tibda tikkontrollah. Ma tagħmel xejn ħażin jekk tieħu parir mingħand per- suna li tista' tiggwidak kontra dan in-negattiv tal-passat. Barra dan trid tagħraf tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex temmen u tagħraf aktar lilek innifsek u hekk tegħleb dan kollu. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 30. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru L-imħabba bħalissa qed tiddominalek ħajtek. Din l-imħabba hi maqsuma bejn dik tal-passat u dik tal-preżent. Min-naħa tiegħek dan mhux qiegħed ibbilanċjat tajjeb. Il-kejl li qed tagħmel mhux bilfors huwa tajjeb għaliex kull persuna għandha l-karattru tagħha u jkun ħażin li tipprova tqabbel. Ħares 'il quddiem u l-passat ħallih warajk. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 24 u 37. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Ħsieb ta' tibdil ta' dar mhux il-mument li jittieħed, għalkemm dan ilu jbegħren ġo fik u tħoss li din hija deċiżjoni tajba, ikun aħjar li tbid- del id-dar f 'mument ieħor. Agħraf sew fejn tixtieq tmur. Bħala Capricorn il-kosta hi ideali u pożittiva għalik imma trid tara sew inti xi trid u għala trid tagħmel dan il-pass. Kompli aħseb dwar dan u meta jkun vera l-waqt ħu d-deċiżjoni. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 22 u 38. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Offerti għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna f 'għeluq l-ewwel sena 1. L-ewwel 13 li jċemplu jew jibagħtu SMS biex jabbonaw għall-gazzetta ILLUM dirett mingħandi għal erba' xhur, jingħataw xahar b'XEJN 2. L-ewwel 27 li jċemplu jew jibagħtu SMS sabiex jordnaw il-ktieb tiegħi, għandhom xahar b'XEJN gazzetta ILLUM, u 10% fuq kull trattament ta' sbuħija u 15% fuq is-servizzi kollha li noffri Ċemplu jew ibagħtu sms fuq 99013600 Għeluq l-ewwel sena ma' PaulJon l-Ispiritwalista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016