Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 31 t-tim tagħha -aqwa tagħhom inżomm pass tajjeb għax kont naf li kienet se tkun diffiċli għalkemm kont mentalment b'saħħti ħafna. Ir-rotta bir-rota kienet tikkonsisti f 'żewġ dawriet - waħda żgħira ta' 11-il kilometru u oħra ta' 19-il kilometru b'total ta' 1500 metru gwadann fl-elevazzjoni ta' 30km. Dan kien ifisser ħafna tlajja' weqfin! L-ewwel dawra ħassejtni komdu ħafna fiha, u minn hemm indunajt li fit- tieni dawra kont se nkun b'saħħti. It-tlajja' weqfin ma kinux faċli għalija, b'atleti oħrajn li kienu quddiemi meta tasal fis-'single trails' għamluha diffiċli biex ngħaddihom. Wasalna għall-inżul weqfin u perikolużi, peress li din kienet korsa li tinżel f 'forma ta' 'ski slope'. Għalkemm bdejt nieżel tajjeb b'konċentrazzjoni kbira xorta għamilt żbalji li swewli żewġ waqgħat mhux pjaċevoli, iżda qomt u komplejt it-tellieqa. Fl-aħħar tliet kilometri tat- tellieqa smajt ħoss mir-rota ta' wara li kien 'puncture'. Kelli nieqaf u nirranġah kif stajt u tlajt dritt għal fuq ir-rota u komplejt bit-'tyre' ta' wara kważi mniżżel għal kollox, li ma kienx 'vallapena' li nibdlu għax kont nitlef iktar ħin. Il-ġirja ta' 10.4 km, b'total ta'400 metru gwadann fl- elevazzjoni, ma kinitx faċli. Fil-ġirja ndunajt li kien baqagħli s-saħħa meta bdejt nara ħafna atleti jimxu jew weqfin u jien għadni niflaħ niġri. Iżda kelli nimxi fir- raba' kilometru meta tlajna telgħa qawwija, li kienet ukoll forma ta' 'ski slope'. L-inżul qawwija li kienu ta' periklu ma naqsux iżda bqajt ikkonċentrat li ninżel l-inżul tajjeb mingħajr ma nagħmel danni. Fl-aħħar tfaċċa t-tarmak li minn hemm kont naf li ġej it-tmiem, u saħansitra, anki komplejt inżid il-pass biex ngħaddi xi ftit iktar atleti qabel ma dħalt fil-'finish'. B'hekk, ikkonkludejt it-tellieqa f 'ħin ta' erba' sigħat, 22 minuta u 26 sekonda. L-emozzjonijiet kienu kbar, meta nikkunsidra li din hija magħrufa bħala l-iktar tellieqa diffiċli tal-Xterra tal-Ewropa. Nirringrazzja lill-kowċ tiegħi, Danica Bonello Spiteri, lit-tim ma' min tlajt għal din t-tellieqa u lil min tani l-appoġġ tiegħu, kif ukoll lill-Malta Triathlon Federation. Lara Buttigieg It-telllieqa tal-Kampjonati Taljani tal-Xterra f 'Abruzzo fl-Italja kienet l-itqal tellieqa li qatt esperjenzajt f 'ħajti. Hija tellieqa magħrufa bħala l-itqal waħda mit-tip tagħha, anke ma' atleti professjonali li ħadu sehem f 'diversi tlielaq tal-Xterra madwar id-dinja. Kont eċitata ħafna qabel din it-tellieqa li kienet l-ewwel waħda ta' dan it-tip għalija. Kont waħda minn 300 parteċipant, fosthom 30 tfajla. Mort tajjeb ħafna fl- għawma, fejn tlajt fl-10 post min-nisa. L-itqal, iżda l-isbaħ biċċa tar-rotta kienet il-korsa tar-rota. Din kienet tikkonsisti fi 30km ta' tlajja' twal u iebsin u nżul tekniċi u weqfin. Kuntenta ħafna għall-fatt li kont kapaċi ngħaddi diversi atleti fit-tlajja', fejn ħassejtni b'saħħti. Madankollu, batejt l-iktar fl-inżul tekniċi, fejn bdejt nitlef il-ħin kif ukoll għaddewni xi nisa. Dan kien riżultat ta' nuqqas t'esperjenza fuq l-offroad, peress li ilni sitt xhur biss nitħarreġ fuq dan it-terran. Kien hawn li tlift l-iktar ħin fejn spiċċajt din is-sezzjoni tat-tellieqa fit-22 post mit- tfajliet kollha. Madankollu, l-atmosfera tal-pajżana kienet tinħass l-aktar qawwija f 'din il-korsa, u għaldaqstant kienet l-isbaħ biċċa tat-tellieqa. Il-livell tat-tellieqa ma naqasx fil-ġirja li kienet miżgħuda bit-tlajja' u nżul, li ħafna minnhom kienu impossibli niġrihom. Madankollu, irnexxieli ntejjeb posti fil-ġirja, biex għaldaqstant spiċċajt fit-18- il post minn 30 parteċipant femminili, u fl-ewwel post fil-kategorija tiegħi (tal- età 18 sa 24 sena). Kien grazzi għal dan ir-riżultat li rnexxieli nikkwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja tal-Xterra, fejn għandi nieħu sehem fit-23 ta' Ottubru li ġej. Ma jonqosx li nirringrazzja lil sħabi tat-tim kollu li flimkien ippreparajna u tlajna għal din it-tellieqa, biex kollha kemm aħna ksibna riżultati ferm impressjonanti. Dan kollu ma kienx ikun possibli mingħajr l-għajnuna tal-Federazzjoni tat-Triathlon ta' Malta. Alan Borg -azzjoni Lara Buttigieg -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016