Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Tkompli minn paġna 1 INTANT ma' din il- gazzetta, il-President tal-Malta Developers Association (MDA) Sandro Chetcuti qal illi l-fatt illi l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar żdiedu huwa sintomu ta' kemm is-settur tal- kostruzzjoni sejjer tajjeb bħalissa. "L-andament tax-xogħol huwa ferm pożittiv u hemm kemm miżuri kif ukoll diversi fatturi li qed iwasslu għal dan. Għandek rati ta' interessi tajbin fuq self fuq id-djar, għandek fenomenu ta' ħafna Maltin li qed jixtru biex jikru, għandek miżuri bħall-First Time Buyers li issa waslet biex tagħlaq u għandek ukoll interess dejjem jiżdied ta' barranin li qed jixtru f 'pajjiżna." L-ILLUM staqsiet lil Chetcuti jekk jaħsibx li s-suq b'saħħtu ħafna tal-kostruzzjoni hux bużżieqa li se tinfaqa'. Ma' dan ma jaqbilx u jgħid illi "l-bużżieqa tinfaqa' jekk ikun hemm wisq proprjetà għad- domanda. Bħalissa hemm ħafna domanda. Tinfaqa' bużżieqa," kompla jgħid ma' din il-gazzetta, "jekk min qed jixtri l-proprjetà ma jkunx jista' jżommha u ma jkunx xtraha b'għaqal." Huwa temm jgħid li kemm ilha sejra tajjeb l-industrija tal-kostruzzjoni "sejrin tajjeb ħafna nies." Fil-fatt apparti dawk li jaħdmu direttament fil-bini, huwa mifhum li n-negozju bħalissa jinsab għaddej b'rittmu tajjeb ħafna għal eluf ta' nies oħrajn li jaħdmu fit-tlestija tal-proprjetà jew inkella mill-aspetti legali ta' bejgħ u xiri. Iż-żieda fil- kostruzzjoni qed twassal għal effett trickle down li qed jirriżulta f 'aktar xogħol għal nies bħal electricians, bajjada, ħaddiema fil-gypsum, plumbers, nutara, periti, produtturi u distributuri tal-għamara, aġenti tal-bejgħ u l-kiri tal-proprjetà u bosta oħrajn. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 'Kemm ilha sejra tajjeb il-kostruzzjoni, sejrin tajjeb ħafna nies' Id-domanda fil-kostruzzjoni qed twassal għal żieda fix-xogħol għal bosta li jaħdmu fit-tlestija, l-aspett legali, xiri u kiri ta' proprjetà Nar u attakk b'sikkina fuq ferrovija fl- Isvizzera SITT persuni midruba anke serjament wara li raġel ta n-nar lill-vagun ta' ferrovija fl-Isvizzera u attakka lil diversi passiġġieri b'daqqiet ta' sikkina. L-allegat attakkant, ċittadin Svizzeru, indarab ukoll hekk kif il-vagun ħa n-nar. Dan kollu seħħ fi vjaġġ fil-Lvan tal-pajjiż viċin il-fruntieri ta' Liechtenstein. Tifel ta' sitt snin kien fost dawk midruba fil-vjaġġ bejn Buchs u Sennwald fis-2.20pm tal-bieraħ. Il-vittmi jinkludu wkoll żewġ irġiel ta' 17 u 50 sena kif ukoll tliet nisa ta' 17-il sena, 34 u 43 sena. Fi stqarrija tal-pulizija ħareġ li skont informazzjoni miġbura, l-Isvizzeru ta' 27 sena, xerred likwidu li ħa n-nar fil- vagun u saħansitra kien armat b'mill-anqas sikkina waħda. Flimkien ma' sitt vittmi oħra, l-allegat attakkant ġie meħud l-isptar immedjatament wara l-inċident. Diversi passiġġieri kienu fuq il-ferrovija tul dan l-inċident. Diversi pulizija, pumpiera, paramediċi u ħelikopters tas- salvataġġ ġew imsejħa għal fuq il-post. Il-puluzija ta' Saint Gallen fetħet investigazzjoni kriminali. Sa ma ngħalqet il-publikazzjoni tal-gazzetta, il-motivazzjoni tal-attakk kien għadu mhux magħruf. L-istazzjon fil-qrib tal-inżident Salez ingħalaq u minflok inħolqot sistema temporanja ta' xarabanks.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016