Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil NHAR il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej, min irid jattendi għal festa mhux tas-soltu għandu jerħilha sa Kemmuna, fejn wara nuqqas ta' 40 sena tirritorna l-festa kif kienet issir 40 sena ilu, jiġifieri b'ikla tradizzjonali, bil- marċi, logħob tan-nar u issa anke purċissjoni bil-vara tal-Madonna li hi tal-qalb ta' Marija iżda magħrufa bħala Santa Marija. L-istatwa kienet mogħtija lil Kemmuna mill-Kaptan Charles Vassallo u billi l-elementi naturali għamlu ħsara fil-kulur tal-istatwa, ġiet restawrata miż-żagħżugħ artist Għawdxi Manwel Farrugia. Il-programm ta' din is-sena tħejja minn kumitat immexxi minn Silvio Buttigieg li għandu l-qraba tiegħu jgħixu fuq Kemmuna u hu mgħejjun mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Kunsill lokali ta' Għajnsielem. Din is-sena l-istatwa se tinżamm fil-parroċċa ta' Għajnsielem biex fis-6 pm tas-Sibt tittieħed lejn Kemmuna fuq dgħajsa b'pellegrinaġġ fejn kull min għandu opra tal-baħar qed jintalab biex jakkumpanja l-istatwa sa Kemmuna. Se jsir tberik tad-dgħajjes kollha li jakkumpanjaw il-vara. Il-vara titniżżel fil-bajja ta' Santa Marija minn fejn tittieħed b'purċissjoni lejn il-Knisja akkumpanjata mill-banda San Ġużepp ta' Għajnsielem. Fis-7 pm barra l-knsija se tiġi kkonċelebrata quddiesa solenni biex wara jkun hemm serata mimlija daqq, bejgħ ta' ikel u xorb u mużika Maltija u barranija. Is-serata tagħlaq b'kunċert live mill- band popolari Għawdxija 'D Capitals' b'diversi kantanti stabbiliti. Il-festa tintemm f 'nofsillejl. Sadattant ġurnata qabel barra l-attivitajiet mat-Torri ta' Santa Marija li se jkun miftuħ għal pubbliku fejn se jkun hemm rappreżentazzjonijiet tas-seklu 17 li teħodna għal żmien il-Gran Mastru Wignacourt, se jkun hemm ikla tradizzjonali Maltija, fejn ikollok għażla ta' stuffat tal- fenek jew tal-majjal il-forn, filwaqt li jkun hemm bejgħ ta' diversi ikel u xorb. Wara d-9 s-serata se tkun akkumpanjata bid-daqq tal-grupp popolari Għawdxi, Cash & Band. L-istorja ta' Kemmuna u l-Festa L-oriġini tal-kelma Kemmuna hu interessanti ħafna u m'għandhiex tifsira waħda. Studjużi bħal Ovidju jgħidu li ġejja mill-kelma Għarbija 'casyra' li tfisser gżira. Hemm ukoll min jgħid li ġejja mill-kelma kemmun - pjanta li ż-żerriegħa tagħha tintuża fil-kċina Mediterranja u tal-Lvant. Però l-aktar waħda li laqtitni u li tagħmel ħafna sens għal dan l-artiklu hija li skont il-Griegi din il- kelma tfisser festa. Il-gżira ta' Kemmuna hi kkunsidrata parti mit- territorju ta' Għajnsielem, mhux biss fil-qasam ċivili imma wkoll f 'dak reliġjuż. Fir- reġistru elettorali tissemma triq waħda biss bl-isem ta' Triq il-Gvernatur Walter Congreve u hija rreġistrata mat-toroq tar-raħal ta' Għajnsielem. Kemmuna, fl-antik kienet illum | Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 Għawdex 14 Nhar il-Ġimgħa u s-Sibt: 19 – 20 Awwissu Tlaqna għall-Festa ta' Kemmuna • Wara nuqqas ta' 40 sena tirritorna l-purċissjoni bil-vara Il-Festa ta' Kemmuna ta' sena ilu Għajnsielem fest 2016 Jumejn ta' talent lokali qabel il-festa F'DAWN l-aħħar 20 sena fir-raħal ta' Għajnsielem, eżatt qabel il-festa ta' Loretu, saret tradizzjoni li jkun hemm festival ta' talent lokali. Fejn kantanti, mużiċisti u żeffiena minn dan ir-raħal juru t-talenti tagħhom u magħhom jiżdiedu wkoll xi artisti stabbiliti Għawdxin biex ikomplu jagħtu prestiġju lil dan l-avveniment tant imfittex mill- Għajnselmiżi. Mis-sena li għaddiet dan hekk imsejjaħ festival ngħata libsa ġdida u fejn is-soltu kien isir f 'ġurnata, issa din il-festa ta' talent inqasmet fuq jumejn. Kantanti stabbiliti bħal Deborah C, it-tenur żagħżugħ Charles Butigieg li hu meqjus bħala l-golden voice tal-futur, Daphne Xuereb, Albert -Lauren Agius u oħtu Loredana fost oħrajn għamlu d-debutt tagħhom f 'dan il-festival u komplew jikbru minn hemm. Din is-sena GħajnsielemFest se jkun orgnizzat bejn it-18 u l-21 ta' Awwissu. Fejn l-ewwel serata se tikkonsisti minn kunċert ta' banda lokali D Capitals li f 'dawn l-aħħar xhur kibret b'ritmu mgħaġġel, b'kantanti lokali fosthom Charles Buttigieg it-tenur ta' 17-il sena li dan l-aħħar kanta wkoll ma' Joseph Calleja. It-tieni serata ser tkun il-Ħadd 21 ta' Awwissu fejn il-protagonisti se jkunu t-tfal, żgħażagħ u artisti Għajnselmiżi. F'din is- serata se tkun mistiedna Destiny ir-rebbieħa tal- Junior Eurovision. Barra minn hekk interessanti l-fatt li se jieħu sehem il- kor Virgo mmexxi minn Daphne Xuereb barra żfin minn diversi kumpaniji Għawdxin. Is serati se jsiru fil-pjazza ċkejkna u pittoreska msejħa tad-Dehra li għadha kif ġiet restawrata fejn il- monument innifsu se jservi bħala sfond u l-pjazza se sservi bħala palk fil- qalba taż-żona l-antika ta' Għajnsielem. Il-bandli ser jiġi kkonvertit f 'żona għat-tfal u mal- madwar se jkun hemm gabbani tal-ikel u x-xorb. 40 Għajnselmiż • 50,000 viżitatur iduqu l-ġbejniet, ħobż biż-żejt, qagħaq tal-għasel, bonkunċini u ġulepp tal-ħarrub MADWAR 40 Għajnselmiż għażlu li jħallsu l-passaġġ minn buthom u jilqgħu l-istedina li jżuru r-raħal ċkejken ta' Tolfa ftit 'il barra minn Ruma u jattendu għal hekk imsejjaħ Tolfarte. Tolfarte hi attività li ssir kull sena fl-ewwel ġimgħa ta' Awwissu minn artisti tat- triq u fl-istess ħin hi festa ta' kulturi u arti. Dan il-festival ikun imqassam fuq tlett ijiem fi tmiem il-ġimgħa u għalih jattendu 'l fuq minn 50,000 persuna (kif turi l-paġna ta-ġurnal li joħroġ f 'dan ir-reġjun). Tolfa li jinsab fir-reġjun tal-Lazio għandu ġemelaġġ ma' Għajnsielem li ilu għal dawn l-aħħar 14-il sena u fl-aħħar 12-il sena dan il-villaġġ organizza dan it-Tolfarte li għalih ikunu mistiedna l-Għajnselmiżi bil- kunsill ta' Tolfa jieħu ħsieb l-akkomodazzjoni u l-ikel tal-mistiedna tiegħu. Min- naħa tagħhom l-Għawdxin jirreċiprokaw din l-istedina billi jistiednu lit-Taljani għall-festa tal-Madonna ta' Loreto li se jattendu għaliha madwar 80 persuna minn Tolfa. Is-sindku Franco Ciangura, flimkien mal-kunsilliera kollha tal-lokal, l-eks-sindku għal 21 sena, Frans Cauchi u diversi żgħażagħ li huma involuti fil-volontarjat u xi persuni oħra jitilgħu mhux biss biex igawdu l-ġmiel ta' dan ir-raħal, iżda wkoll li jwasslu l-prodott Għawdxi f 'din iż-żona. B'hekk l-Għajnselmiżi jkunu qed iwasslu t-tradizzjonijiet Għawdxin u l-istess raħal tagħhom. Waqt dawn it-tlett ijiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016