Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016 | illum SPORTSillum 27 RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 13 ta' Awwissu Hull City vs Leicester C. 2-1 Burnley vs Swansea C. 0-1 Crystal Palace vs WBA 0-1 Everton vs Tottenham H. 1-1 Middlesbrough vs Stoke C. 1-1 Southampton vs Watford 1-1 Il-Ħadd 14 ta' Awwissu 14:30 Bournemouth vs Man. United 17:00 Arsenal vs Liverpool It-Tnejn 15 ta' Awwissu 14:30 Chelsea vs West Ham U. minn Cristian Antony Muscat HULL City ixxukkjaw liċ-champions Ingliżi Leicester City meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu wieħed f 'kull taqsima. Kien Adama Diomande li fetaħ l-iskor għal Hull City fil-45 minuta permezz ta' rovexxata spettakolari. Iżda Hull City ma tantx damu jgawdu dan il- vantaġġ hekk kif żewġ minuti biss mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Leicester kisbu l-gowl tad-draw minn penalty ferm dubjuż, hekk kif mill-11-il metru, Riyad Mahrez ma żbaljax. Iżda Robert Snodgrass kellu jkun l-eroj assolut għat-tim neo-promoss miċ- Championship ta' Hull City, meta fis-57 minuta skorja l-gowl tant importanti, biex ta tliet punti prezzjużi lit- Tigers. Daqstant ieħor tliet punti prezzjużi kisbuhom West Bromwich Albion meta barra minn darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl tar-rebħa għalihom jasal minn Jose Salomon Rondon fl-74 minuta. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Burnley u Swansea City, b'dawn tal-aħħar ikunu huma li joħorġu rebbieħa, bil-gowl tant importanti għalihom jasal minn Leroy Fer fit-82 minuta. Rimarkabbli huwa l-fatt li xejn inqas minn tliet logħbiet ilbieraħ intemmew bl-istess skor ta' 1-1. Dawn kienu l-logħbiet bejn Everton u Tottenham Hotspur, Middlesbrough u Stoke City u Southampton u Watford. Fil-logħba bejn Everton u l-iSpurs, kienu Everton li fetħu l-iskor permezz ta' Ross Barkley wara biss sitt minuti logħob, iżda Tottenham Hotspur ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Erik Lamela fis-60 minuta. Fid-dwell bejn Middlesbrough u Stoke City, kien it-tim neo-promoss miċ- Championship li fetaħ l-iskor permezz ta' Alvaro Negredo fil-11-il minuta, waqt li Xhedan Shaqiri ġab l-iskor indaqs għal Stoke City fis-67 minuta. Fil-konfront l-ieħor li wkoll intemm f 'parità ta' 1-1 bejn Southampton u Watford, b'sorpriża kienu Watford li fetħu l-iskor permezz ta' Etienne Capoue wara biss disa' minuti logħob, qabel ma s-Saints ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Nathan Redmond fit-58 minuta. Tajjeb ngħidu li Watford spiċċaw il-logħba jilagħbu b'10 plejers meta fis-76 minuta, tkeċċa għalihom il- plejer Ben Watson permezz ta' karta ħamra diretta. Adama Diomande jiftaħ l-iskor għal Hull City l-45 minuta permezz ta' rovexxata spettakolari Hull City jixxukkjaw liċ-champions Leicester City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016