Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
N egattiv u bla sustanza, iżda agħar minn hekk distakkat mir-realtà. Qed nirreferi għall-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil. Jieħu għalih għax insejħulu negattiv, imma x'taqbad issejjaħlu persuna li dejjem jaħseb fil-ħażin? Bla sustanza. Għaliex bla sustanza? Għax f 'sagħtejn diskors li għamel bħala tweġiba għall-baġit, ma smajna xejn proposti. Ma stennejtx li jfaħħar il-baġit għax issa drajt, jagħmel x'jagħmel dan il- Gvern, għal Simon Busuttil hu kollu ħażin! Simon Busuttil qal li baġit tajjeb irid ikun mibni fuq erba' punti: ekonomija għan-nies, ġustizzja soċjali, kwalità tal- ħajja u tmexxija tajba. Kieku għall-paroli, l-ewwel jieħu iżda ejja naraw ftit kemm huwa kredibbli. X'jifhem il-PN b'ekonomija għan nies? Għall-Partit Nazzjonalista, ekonomija għan- nies tfisser żieda ta' ħames mitt ewro fil-ġimgħa bil-moħbi tal-poplu Malti u Għawdxi. Ekonomija għan-nies tfisser li tagħmel imħatra li l-fabbriki tal-manifattura jagħlqu kollha. Għal PN, ekonomija għan-nies hija li jkollok l-ogħla rata ta' qgħad. X'jifhem il-PN b'ġustizzja soċjali? Ġustizzja soċjali hija li tgħid li l-faqar perċezzjoni u li tħalli 3,000 persuna fuq il-waiting list għall-housing soċjali. Għall-PN, ġustizzja soċjali hija li tivvota bil-qalb biex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jogħlew. X'jifhem il-PN bi kwalità tal- ħajja? PN fil-Gvern kien iħalli pazjenti fuq xulxin għal siegħat twal fil-kurituri ta' Mater Dei. U dan biex ma nsemmix kemm PN fil-gvern ħalla nies jistennew biex issirilhom operazzjoni. Kwalità tal-ħajja għall-PN hija li tħaddem power station bl-aktar żejt li jniġġeż. Taħt PN fil-gvern, l-anzjani u l-pensjonanti kien ikollhom idaħħlu jdejhom fil- but biex jixtru l-mediċini out of stock. Ħafna minnhom kienu joqogħdu lura minn żaqqhom. Dik kwalità ta' ħajja! U finalment, governanza tajba! Li kieku naqbad insemmi kull istanza li fiha l-Kap tal-Oppożizzjoni mar kontrieha, ma nispiċċa qatt. Governanza tajba għall-PN hija li tagħmel l-iskema ċedoli u li taqbeż għal persuna li isimha ħareġ minn investigazzjoni relatata ma' ħasil tal-flus. Governanza tajba hija xi work for votes à la Giovanna Debono jew xi ġurament falz à la Toni Bezzina. Governanza tajba hija li permezz ta' daqqa ta' pinna, nagħmlu lil xi ħadd sinjur qabel l-elezzjoni ġenerali. Fuq il-PN u l-Governanza hemm wisq xi tgħid, kif ngħidu bl- Ingliż, 'never a dull moment!' Simon Busuttil jaħseb li n-nies għandhom memorja qasira. Sejjer żbaljat. Jista' jdum jiproġetta lilu nnifsu ta' onest. X'inhi l-verità? Il-verità hi li dan il-pajjiż miexi fid- direzzjoni t-tajba u dan mhux qed ngħidu jiena jew il-Gvern. F'dan il-pajjiż hawn kunsens irrispettivament mil-kulur politiku. Il-mistoqsija hija l-familji Maltin u Għawdxin u n-negozji huma aħjar milli kienu tliet snin ilu? Jiena ċerta li n-nies jinsabu aħjar u konvinta li taħt Gvern Laburista se jibqgħu jmorru għall-aħjar. Ma ninsewx minn fejn tlaqna. Tliet snin ilu tlaqna minn ekonomija staġnata u Gvern bla ħeġġa u entużjażmu. Bħala pajjiż, writna apatija u telqa, dejn,kontijiet għolja, kumpaniji falluti, qgħad u ekonomija fuq l-għatba ta' riċessjoni. Dan il-gvern mhux se jħalli lill-Oppożizzjoni treġġa' lura l-arloġġ għal kif konna tliet snin ilu. Dan il-pajjiż jixraqlu l-aħjar, u fiduċjuża li b'Joseph Muscat Prim Ministru se jkompli miexi 'l quddiem. Rosianne Cutajar hija s-sindku ta' Ħal Qormi Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Opinjoni 23 Skont Cacopardo... Konsultazzjoni pubblika farsa B diet il- konsultazzjoni pubblika dwar il-permess operazzjonali tal- power station f 'Delimara. Dan il-permess huma magħruf bħala IPPC permit. Dan għax ikun ipproċessat skond dak li tistabilixxi d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea imsejħa Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC). Bħala parti minn dan il-proċess, ħarġu għall- informazzjoni ta' kulħadd, 293 rapport ta' qisien li jvarjaw. Uħud qosra u oħrajn donnhom ma jispiċċaw qatt għax fihom mijiet ta' paġni. Uħud b'lingwaġġ li jinftiehem malajr u oħrajn li trid iddum tomgħod biex tifhem. Il-konsultazzjoni pubblika oriġinarjament kienet intenzjonata li ddum 30 ġurnata, il-minimu meħtieġ skont il-liġi. Wara diversi protesti, dan il-perjodu żdied għal 40 ġurnata. Dan xorta mhuwiex biżżejjed, għax is-sens komun jgħidlek li l-perjodu ta' konsultazzjoni għandu jkun twil skont kemm hemm informazzjoni xi tkun ikkunsidrata. Meta t-tul ta' żmien għall- konsultazzjoni pubblika ma jkunx proporzjonat mal- kwantità ta' informazzjoni li teħtieġ li tkun eżaminata, ma nistgħux ngħidu li din il-konsultazzjoni tkun qed issir bis-serjetà. Tkun qed issir għax bilfors biex tonora l-kelma tal-liġi. Tkun konsultazzjoni taparsi. Din hi s-sitwazzjoni li qed naffaċċjaw fil-każ tal- konsultazzjoni pubblika dwar l-impjant tal-power station ta' Delimara. Ir- rapporti ppubblikati, fil-parti l-kbira tagħhom jeħtieġu li jkunu eżaminati bir-reqqa biex inkunu nistgħu nifhmu dak li qiegħed ikun propost fihom. Fil-parti l-kbira tal-każi, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ilha x-xhur fil-pussess ta' dawn ir-rapporti, inkluż uħud li forsi dehrilha li kellha tordna li jsirulhom xi tibdil jew inkella li kellhom jinkludu spjegazzjonijiet addizzjonali. L-awtorità taf kemm jirrikjedu żmien biex ikunu eżaminati dawn ir-rapporti, għax l-uffiċjali tagħha ilhom ix-xhur jeżaminawhom! Hemm eċċezzjoni waħda għal dan kollu. Ir- rapport intitolat External Emergency Plan imħejji mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu parti minnu nieqsa. Fil-paġna 21 ta' dan ir-rapport hemm it-titlu tas-sezzjoni : Section B Operational. Imbagħad fil-paġna immedjatament warajha hemm nota li tinfurmana li l-kumplament tas-sezzjoni hi nieqsa minħabba li kieku din l-informazzjoni kellha tkun ippubblikata, din il-pubblikazzjoni tkun ta' theddida għas-siġurtà nazzjonali. Din hi farsa. Hi nuqqas kbir ta' serjetà. L-ewwel jimlewna bir-rapporti u ma jagħtuniex ħin biżżejjed biex naqrawhom, biex imbagħad dwar dan ir- rapport jiċċensuraw ukoll il-kontenut. Għalfejn poġġew dan ir- rapport għad-diskussjoni jekk il-parti l-iktar essenzjali għad-diskussjoni tneħħiet? F'soċjetà demokratika, dan mhuwiex aċċettabbli. Bla ebda dubju hemm mod kif ikun possibbli li tingħata informazzjoni biżżejjed tkun tista' ssir konsultazzjoni pubblika bis-serjetà mingħajr ma ssir ħsara lis-sigurtà nazzjonali. Irridu naraw kif se jiżviluppaw l-affarijiet għax huwa meħtieġ serjetà ħafna iktar minn hekk jekk irridu li l-konsultazzjoni pubblika ma tkunx farsa. Carmel Cacopardo hu viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo. wordpress.com CARMEL CACOPARDO Id-diskors ta' Simon: Negattiv u bla sustanza ROSIANNE CUTAJAR "L-ewwel jimlewna bir-rapporti u ma jagħtuniex ħin biżżejjed biex naqrawhom, biex imbagħad dwar dan ir-rapport jiċċensuraw ukoll il-kontenut. Din hi farsa. Hi nuqqas kbir ta' serjetà" "X'jifhem il-PN b'gustizzja socjali? ... l-faqar percezzjoni u li tħalli 3,000 persuna fuq il-waiting list ghal housing socjali"