Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Fil-familja kelli ħafna nies jilagħbu l-futbol, fosthom in-nannu Toni, iz- ziju Edwin u xi kuġini li lagħbu mal- Floriana FC. Iz-ziju kien jeħodna naraw lill-Manchester United lili u lil kuġin, u din kienet tkun l-isbaħ ġurnata għalija u anke minn meta kont ċkejkna, kont nilgħab mal- kuġini fit-triq. Min jaf kemm il- żarbun qattajt! Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità? Nipprova ma tantx nagħti kas kritika li qed tipprova tkisser xi ħaġa iżda permezz tal-kritika, aħna jirnexxielna naħdmu iktar biex negħlbu kull ostaklu. Fil-ħajja dejjem ħa ssib lil xi ħadd li ħa jikkritikak għax qatt ma tista' togħġob lil kulħadd iżda naħseb li l-futbol tan-nisa, meta tqis li ma tantx ilu li qabad sew madwar id-dinja qed jikber ħafna bil-mod il-mod. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan- nisa lokali, Pierre Brincat? Pierre Brincat hu l-missier tal- futbol tan-nisa f 'pajjiżna. Mingħajru żgur li mhux qegħdin fejn qegħdin u bis-saħħa tiegħu qed titqajjem kuxjenza kbira u b'hekk ħafna bniet qed jitħajru jidħlu fix-xena tal- futbol. Ippermettieli nirrimarka x-xogħol ferm siewi liqed tagħmel f 'dan il-qasam, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, responsabbli mis- settur tal-Grassroots, Maria Mifsud. X'tikkummenta fuq din il-persuna li tant għandha għal qalbha l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna u mhux biss? Maria Mifsud taħdem ħafna minn wara l-kwinti. Hi persuna li ma tieqafx taħdem u tistinka għalina u biex ingawdu aħna. Nixtieq minn qalbi nirringrazzjaha ta' dak kollu li tagħmel għall-akbar ġid tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna! Bħala tim nazzjonali tan-nisa, ħassejtu xi transizzjoni partikolari mis-sistemi ta' kowċing li kien jaddotta Pierre Brincat għal dawk ta' Mark Gatt? Hemm differenza bejn iż-żewġ sistemi tal-kowċ Pierre Brincat u l-kowċ Mark Gatt. Mal-kowċ Pierre konna niffukaw aktar fuq id-difiża, mentri mal-kowċ Mark niffukaw aktar fuq l-attakk. Ħa nieħdok għal ftit taż-żmien ilu u nsemmi t-tournament ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad- Dinja tan-Nisa, fejn fallejtu li tiksbu l-kwalifikazzjoni bi sbrixx. Dan meta kien jonqoskom biss punt biex jirnexxielkom tilħqu t-tragward li tant ħdimtu għalih. X'ħassejt int personali wara dan id-diżappunt, li wasal meta kien hemm arja kbira ta' ottimiżmu, li tabilħaqq stajtu tilħqu dan it-tragward uniku? Kien ta' diżappunt kbir għax wara żewġ logħbiet tajbin kellha tkun fl- aħħar logħba li nitilfu kollox. Però dejjem titgħallem wara esperjenza hekk għax filli għandek kollox u filli b'logħba ħażina titlef kollox. Minn dakinhar inħoss li kbirna bħala tim u qed naħdmu id f 'id biex it- tournamnet li jmiss nikkwalifikaw. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa kemm mat-tim nazzjonali kif ukoll ma' Hibernians? Hemm ħafna loghbiet li qatt ma ninsa - waħda minnhom hi l-ewwel rebħa ma' Malta kontra l-Estonja meta rbaħna 1-0 b'gowl li skurjajt jien. Il-logħob kontra t-timijiet kbar bħal Spanja, l-Ingilterra u l-Iżvizzera wkoll jibqgħu ttimbrati f 'moħħi mhux għax lgħabna kontra dawn it-timijiet biss iżda għax tgħallimt ħafna minnhom. Mal-klabb ta' Hibernians, l-iktar logħba riċenti li żgur tibqa' f 'moħħi hija l-logħba tan-knock out tas- sena l-oħra meta konna qed nitilfu 2-1 kontra Birkirkara u skurjajna fl-aħħar minuta biex inġibu d-draw. Minn hemm lgħabna n-nofs siegħa tal-ħin barrani u rbaħna bil- penaltis. Din kienet logħba b'ħafna emozzjonijiet! X'fisser għalik dan ir-rebħ tal-aħħar Kampjonat minn Hibernians? Kien iktar faċli minn oħrajn meta tikkunsidra li Birkirkara donnu battew ftit fir-rendiment għal staġuni preċedenti fejn jidher li qed jinħass sew in-nuqqas tal-plejer Rachel Cushcieri? Ifisser ħafna għax fl-aħħar staġun ma konniex konsistenti u xorta waħda rbaħna l-kampjonat. B'hekk turi li t-tim għalkemm mhux f 'forma tajba xorta ħareġ rebbieh. Rigward in-nuqqas ta' Rachel Cuschieri, dan kull klabb ħa jħossu, iżda ma nixtieqx innaqqas mill- mertu tal-plejers l-oħrajn. Nemmen li Birkirkara għandhom plejers kapaċi u b'set-up tajjeb u matul dan l-istaġun għandhom jerġgħu ikunu sfida tajba għall-Kampjonat. illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Cristian Antony Muscat Ylenia Carabott - waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin u li hija skorer prolifiku kemm tat-tim nazzjonali tan-nisa kif ukoll tat-tim tan-nisa ta' Hibernians. Sports 38 L-iskorer prolifiku tat-tim tan-nisa Ritratt: Ivan Consiglio "Nipprova ma tantx nagħti kas kritika li qed tipprova tkisser xi ħaġa iżda permezz tal-kritika, aħna jirnexxielna naħdmu iktar biex negħlbu kull ostaklu"