Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum bid-dejn meta ma jkollhomx flus biex jerġgħu jmorru hemm." Sid ta' ħanut f 'Ħal Luqa saħaq li m'għadux joffri l-opportunità li l-klijenti jiddejnu miegħu għar- raġuni li ngidem fil-passat u ġieli jew ma tħallas qatt jew dam xhur sħaħ biex jieħu l-flus ta' xirja. "Mhux sew hux, għas-supermarkets isibu l-flus, u għalina dejjem broke, jien dejn xejn u ħlas fil-pront." "Jien nafda biss lil min naf sew u naf li se jħallas," saħqet negozjanta minn Birżebbuġa, li spjegat kif fil-passat ingidmet meta ħalliet nies partikolari jiddejnu magħha. Hija qalet li fir-raħal tagħha dawk li ddejnu u ma ħallsux, kien individwi kkunsidrati bħala każi soċjali. "Jiġu hawn jidhru li għadhom ħerġin minn appuntament m'għand tax-xahar u d-dwiefer, imbagħad jitolbuni jiddejnu biex jixtru l-ikel għat-tfal. Mhux sew hux, ikunu qed jabbużaw mill-qalb tajba tagħna." 'Għal ħafna nies, xirja mis- supermarket saret qisha ħarġa' Meta mistoqsijin dwar x'jaħsbu li huma r-raġunijiet prinċipali li ħafna mill-klijenti, anke dawk frekwenti tagħhom, qed jagħżlu li jmorru aktar fis-supermarkets u inqas fil- ħwienet iż-żagħar tal-merċa, kważi n-negozjanti kollha taw l-istess risposti. Huma kollha qablu li filwaqt li l-prezzijiet ta' ħafna mill-prodotti tas- supermarkets u ħwienet tal-konvenjenza jkunu daqs tal-ħwienet iż-żgħar, ġieli ogħla u anke ftit irħas kultant, il-fattur prinċipali huwa l-għażla. In-nies ikunu miġbudin mill-għażla vasta li dawn is-supermarkets enormi joffru. "Jien nista' nġib ditta jew tnejn differenti biss ta' prodott," stqarret mal- ILLUM sid ta' ħanut żgħir fil-qalba ta' raħal, "dawn is-supermarkets il-kbar qed jagħmew in-nies bit-tlellix u l-għażla varjata li aħna ma nifilħux noffru." Negozjant ieħor qal li għal ħafna, xirja mis- supermarket issa saret qisha ħarġa. "Għandhom il-kobor, u l-parkeġġ, u kif ilestu mix-xirja jmorru jieħdu kafè waqt li t-tfal joqogħdu jilagħabu f 'xi żona tal-logħob iddedikata għalihom." Is-sidien tal-ħwienet kollha li tkellmu mal-ILLUM urew it-tħassib tagħhom għan-nuqqas ta' bejgħ, speċjalment f 'dawk l-irħula li fihom fetħet xi fergħa ta' katina ta' supermarkets, ħwienet tal- konvenjenza, jew it-tnejn li huma. "Qed ikissrulna n-negozju u l-għixien tagħna, għax in-nies jimpressjonaw ruħhom bil-kobor u l-varjetà kbira ta' prodotti li jsibu fihom," temmet tgħid negozjanta li tinsab imħassba dwar il-futur tal-ħanut tagħha fil-qalba tar- raħal. "Apparti l-kobor u l-għażla li joffru, għalihom in-nies huma biss numri, imma għalina huma klijenti importanti. Meta ma jkollhomx flus għal xirja mis-supermarket, hawn jiġu jitolbu lil Pawlu jiktibielhom fuq il-pitazz imbagħad iħallsuni…" Il-futur tal-ħwienet iż-żgħar u l-ambjent ta' fiduċja li joffru huwa f 'idejn il-konsumaturi, li jekk se jibqgħu jwarrbu l-ħanut iż-żgħir għat-tlellix li joffru s-supermarkets li jarawhom biss bħala numri, għad jasal żmien fejn se jispiċċaw ikollhom jissikkaw iċ- ċintorin waħda u sew, għax sakemm tidħol dik il-paga, mis- supermarket xejn ma' jixtri żgur. imbgħad inħallsek wara' Jixxabtu ma' Mater Dei biex iferrħu t-tfal MEMBRI tal-Mosta Scout Group libsu kostumi ta' eroj u xxabtu mal-bini tal- Isptar Mater Dei. Dan kollu sar sabiex iferrħu lit-tfal li jinsabu rikoverati fid- diversi swali f 'Mater Dei. Din l-attività ttellgħet fost diversi attivitajiet f 'għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Mosta Scout Group. Din l-attività bl-isem ta' 'Hospital Heroes' rat diversi membri ta' dan il-grupp jagħmlu abseiling minn fuq il-bejt tal-isptar Mater Dei, sabiex it-tfal li jinsabu taht il-kura f 'diversi swali ikunu jistgħu jarawhom, ikellmuhom u jitbissmu. Il-Heroes kienu jinkludu karattri favoriti mat- tfal, fosthom Superman, Spiderman u Wonder Woman. Din l-attività bl- għan li tnissel tbissima fuq fomm dawn il-pazjenti żgħar, tant kienet suċċess, li diġà bdew il-pjanijiet biex din l-attività terġa' ssir darb'oħra. Il-Mosta Scout Group se jkun ukoll qed jorganizza l-'Absailing Marathon' għas-sitt sena fejn membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jippruvaw upsailing u ziplining. L-attività li se tkun qed issir bejn id-19 u l-20 ta' Novembru se ssir b'risq id- Dar tal-Providenza. Kimberley Vella, Sean Bartolo, John Micallef Engerer, Edward Vella u Matthew Abela libsu l-kostumi ta' eroj u xxabtu mal-bini ta' Mater Dei

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016