Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum SPORTSillum 31 minn Cristian Antony Muscat Ħamrun S. ................... 2 Pembroke A ................. 1 ĦAMRUN Spartans, għelbu lil Pembroke Athleta bl-iskor ta' 2-1, biex b'hekk wara li kienu għadhom ġejjin minn sensiela ta' riżultati negattivi, irritornaw għar-rebħ u ħadu ftit nifs. Kienu propju huma li ħarġu fuq l-offensiva meta wara tmien minuti logħob, freekick mill-isbaħ ta' Jean Pierre Mifsud Triganza ġie mdawwar f 'korner mill- goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Matthew Calleja Cremona. Huma fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta wara li l-captain Jake Grech irċieva pass tajjeb mingħand Saturday Nanapere, huwa kellu x-xutt tiegħu devjat għal ġewwa minn Andrea Scozzese, biex b'hekk irriżulta f 'awto gowl. L-Ispartans irduppjaw l-iskor ħames minuti biss wara meta Saturday Nanapere għadda l-ballun lejn Patrick Teixeira fuq il-lemin u wara li rċieva assist mingħand dan, Jean Pierre Mifsud Triganza tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Matthew Calleja Cremona. Pembroke Athleta rrispondew għall-ewwel darba fit-33 minuta permezz ta' cross-shot ta' Asani Djeljil, li iżda ġie mblukkat mill-goalkeeper tal- Ispartans, Fredrick Tabone. Żewġ minuti wara, it-tim immexxi mill-kowċ Arti Shaqiri reġa' ħoloq il-periklu din id-darba permezz ta' xutt angulat ta' Borche Manevski li ġie milqugħ parzjalment minn Fredrick Tabone, qabel ma d-difiża tal-Ispartans ikklerjat il-ballun 'il bogħod minn kull periklu. It-tieni taqsima kienet ferm fqira mill-azzjonijet, bl-unika azzjoni denja ta' nota tkun dik li fiha, fil-55 minuta, Pembroke Athleta, naqqsu l-marġni tal-iskor meta Jhonathan Bernardo Mariano għadda tajjeb lejn Borche Manevski li min- naħa tiegħu tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Fredrick Tabone. Ħamrun S. - Tabone, Azzopardi, Teixeira Maia, Borg, L. Grech, Nanapere, Mesqueu Neto, Motta Dos Santos (Cilia 83'), J. Grech, Dos Anjos (Chircop 81'), Mifsud Triganza (Giusti 68') Pembroke A. - Calleja Cremona, Djeljil, Levnaic, Muscat, Micallef, Barbetti, Eddin Arab (Attard 71'), Gauci (Shola Shodiya Haruna 46'), Manevski, Bernardo (Bugeja 89'), Scozzese Referi - Etienne Mangion SATURDAY NANAPERE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-22 ta' Ottubru 1991 fin-Niġerja u għandu 25 sena. Jilgħab fl-irwol ta' attakkant. Ingħaqad ma' Ħamrun Spartans f 'Awwissu tal-2014. Ħamrun S. jegħlbu lil Pembroke A. biex jieħdu ftit nifs Il-captain ta' Ħamrun Spartans, Jake Grech jikkontrolla l-ballun segwit minn Jean Pierre Mifsud Triganza mill-viċin Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Chrissie's Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016