Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

illum Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Sports 34 MANCHESTER City barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn żewġ doppjetti ta' Sergio Aguero u Ilkay Gundogan. Arsenal ukoll barra minn darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor kbir ta' 4-1 bil-gowls għall- Gunners jaslu minn żewġ doppjetti ta' Alexis Sanchez u Olivier Giroud. Min-naħa l-oħra, Sunderland kienu ġabu d-draw momentarju permezz ta' Jermanin Defoe fil-65 minuta. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' mingħajr goals minn Burnley. Tajjeb ngħidu li r-Red Devils temmew dan il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta fit-68 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Ander Herrera wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Fi draw ieħor, iżda din id-darba ta' 1-1 intemm il-konfront f 'White Hart Lane bejn Tottenham Hotspur u Leicester City bil-gowl għall-Ispurs jasal minn Janssen permezz ta' penalti fl-44 minuta waqt li ċ-champions renjanti Ingliżi ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Musa fit-48 minuta. Middlesbrough ġewwa darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Ramirez u Downing fid-39 u fis-56 minuta rispettivament. Watford ukoll ġewwa darhom għelbu lil Hull City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn awto-gowl sfortunat tal-plejer ta' Hull City, Dawson, fit-82 minuta. Erba' gowls kull wieħed għal Manchester City u Arsenal RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 29 ta' Ottubru Sunderland vs Arsenal 1-4 Manchester U. vs Burnley 0-0 Middlesbrough vs Bournemouth 2-0 Tottenham H. vs Leicester C. 1-1 Watford vs Hull City 1-0 WBA vs Manchester C. 0-4 Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 14:30 Everton vs West Ham U. 17:00 Southampton vs Chelsea It-Tnejn 31 ta' Ottubru 21:00 Stoke C. vs Swansea C. Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 12:30 Atalanta vs Genoa 15:00 AC Milan vs Pescara 15:00 Crotone vs Chievo V. 15:00 Empoli vs Roma 15:00 Lazio vs Sassuolo 20:45 Sampdoria vs Inter It-Tnejn 31 ta' Ottubru 19:00 Udinese vs Torino 21:00 Cagliari vs Palermo Aguero jirritorna għall-gowls fil-logħba kontra West Bromwich Albion Azzjoni mil-logħba ta' bejn Tottenham Hotspur u Leicester City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016