Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 33 minn Cristian Antony Muscat Malta ....................... 31 Ċipru ........................ 3 IT-TIM nazzjonali Malti tar-rugby għeleb lil dak Ċiprijott bl-iskor kbir ta' 31-3. Din kienet it-tieni rebħa konskuttiva għall- Maltin wara li fil-jiem li għaddew għelbu lil Andorra barra minn darhom. Il-plejers għad- dispożizzjoni tal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Damien Neill, kienu s-segwenti: Rhodri Apsee, Daniel Hollday, Anthony Harvey, Mark Davey, Darren Deguara, Luke Watts, Daniel Apsee, Jack Basher, Thomas u Robert Holloway, Toby Quarendon, George Hepburn, Dominic Busuttil, James Kirk u James Morris. L-ewwel taqsima rat lill-Maltin jiddominaw il- partita iżda kienu Ċipru li fetħu l-iskor grazzi għall- penalti ta' Alex Zavallis. Iżda l-Maltin irreaġixxew bil-kbir u marru minn fuq grazzi għal Daniel Holliday li kiseb l-ewwel try biex ftit wara James Morris kiseb conversion. Minn hemm 'il quddiem Malta ħadet il- kontroll assolut tal-logħba u ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Thomas Holloway seraq il-ballun mingħand iċ-Ċiprijotti u żmarka lil James Kirk li skorja t-tieni try tiegħu li ġiet ikkonvertita minn Morris għal skor ta' 14 bi 3 favur il-Maltin. Kirk reġa' kiseb aktar punti għall-Maltin fit-52 minuta meta huwa mess il-ballun wara inkursjoni b'saħħitha ta' Rhodri Apsee biex il-Maltin kabbru l-marġni tal-iskor għal 19 bi 3. Id-dominanza Maltija fil-logħba ddgħajfet xi ftit hekk kif huma spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas għall-aħħar 10 minuti tal-konfront meta tkeċċa għalihom il-plejer Luke Watts jew aħjar biex nużaw it-termini tar-rugby, ġie 'sin binned'. Ftit wara s-sostitut Rory O'Brien kiseb ir-raba' try għall- Maltin biex kompla jkabbar il-marġni tal-iskor għal 24 bi 3. U dan ma kienx għadu biżżejjed għall-Maltin hekk kif ftit qabel tmiem il-partita, Dragan Cerketa, kiseb il-ħames u l-aħħar try li ġiet konvertita minn Morris għal skor finali ta' 31 bi 3 favur Malta. Malta - Apsee, Holliday 5, Harvey, Deguara, Davey, Watts, Apsee, Basher, T. Holloway, Quarendon, Hepburn, Busuttil, R. Holloway, Kirk, Morris, Cerketa, Borg, O'Brien, Gatt, Galea, Spiteri, Bezzina, Debattista Ċipru - Grigoriou, Zakakiotis, Kasabi, Antoniou, Bilton, Blond, Joannou, Frixou, Shaouna, Zavallis, Nikolaidis, Emery, Agathokleous, Fell, King, Maratheftis, Vasil Referi - Ariel Cabral (Iżrael) Malta tumilja lil Ċipru Ritratt: Ian Stilon Azzjoni mill-konfront bejn Malta u Ċipru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016