Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

biex jilqgħu għal kull sfida ta' kuljum. Dan ir-razzett joffri: • Terapija għal nies b'diżabbiltà intelletwali u fiżika • Terapija psikolġika għal persuni abbużati • Esperjenza ta' ġurnata f 'razzett fejn tiltaqa' mal-annimali kollha u titmagħhom • Passiġġati bil-ponis • Tagħlim professjonali fuq iż-żwiemel u kif issir ħabib magħhom • Dawra bil-karozzella fir-razzett • Dawra bil-karozzella fit-toroq ta' Għawdex Dawn huma s-servizzi li joffri dan ir-razzett. Jien kont preżenti meta r-razzett żaruh nies b'diżabbiltà intellettwali u fiżika minn Dar Santa Marta f 'Għawdex u stajt nara lil dawn in- nies ferħanin, jgħannqu liż-żwiemel, imellsuhom, idawruhom, jitimgħu t-tiġieġ, u jitimgħu liż- żwiemel, fejn smajt wieħed minnhom jgħajjat, "ejja team building." Barra minn hekk, wieħed minnhom mar fuq żiemel partikolari, u talbu biex jeħodlu b'idejh fejn qallu 'Shake hands' biż-żiemel jitla' fuq speċi ta' njama u jtella' saqajh waħda biex jeħodlu b'idejh. Kien mument emozzjonanti tara lil dawn il-persuni kuntenti, jaħdmu flimkien maż- żwiemel fejn anke jafuhom b'isimhom individwali u ż-żwiemel jgħarfuhom ukoll, għax ta' Santa Marta jmorru darbtejn fil-ġimgħa f 'dan ir- razzett terapewtiku. Fil-fatt hemm ftehim bejn il-gvern u Victor biex dan jagħti s-servizz tiegħu lill-persuni b'diżabbiltà. Dan ir-razzett illum qed jagħti s-servizz tiegħu lit-tfal Għawdxin li jattendu l-iskola 'On The Move', dik li qabel kienet tissejjaħ SkolaSport. Fil-fatt huma madwar 30 tifel u tifla li applikaw biex id-dixxiplina tagħhom tkun 'horse riding', u dawn qed jattendu f 'dan ir-razzett u hemm qed jiġu mgħallma kif jinteraġixxu maż-żiemel qabel jibdew jirkbuhom. "Ma nemminx li nġib it-tfal hawn u naqbad intellagħhom fuq żiemel," qalilna Victor, "iżda rridhom l-ewwel jirbħu l-fiduċja maż-żiemel, jitgħallmu l-psikoloġija tiegħu, imbagħad jibdew jirkbuh kif irabbu l-kunfidenza flimkien." Iżda f 'ħin minnhom, fir- razzett daħlet tfajla l-ġmiel tagħha, xagħra bjond u kienet tidher li hi barranija. Kienet ma' mara oħra u baqgħu sejrin fejn l-istalel taż-żwiemel. Dak il-ħin, Victor qalli li dik it-tfajla li għaddiet mingħajr ma refgħet għajnejja mill-art, kienet tfajla li minn meta kienet tfal kienet abbużata b'kull mod. "Illum, dik tilfet kull fiduċja fil-bniedem u sabet il-wens tagħha maż- żiemel. Fejn tmur tgħannqu u tħoss li qed tirbaħ il- fiduċja tiegħu u hu minn tagħha." Victor qalli wkoll li bħal din it-tfajla jiġu diversi persuni abbużati li maż-żwiemel isibu dik il-kunfidenza u mħabba li jkunu tilfu minħabba ċ-ċirkostanzi f 'ħajjithom. F'dan ir-razzett imorru wkoll ħafna gruppi minn skejjel f 'Għawdex fejn it- tfal ikun l-għors tagħhom li jerġgħu jsibu ferħ ieħor barra t-tablets. Imorru wkoll diversi gruppi anke barranin li jużaw is-sistema tar- Reiki permezz tal-enerġija miż-żwiemel. Reiki fil-fatt hi teknika Ġappuniża li tirriduċi l-istress u tirilassak minbarra li tippromwovi l-fejqan. Normalment titpoġġa l-id fuqek biex il-bniedem li jkun qed jagħmillek ir-reiki jitfgħalek l-enerġija tal-ħajja fik meta din tkun nieqsa fik. Jekk il-bniedem ikollu ħafna enerġija pożittiva allura l-bniedem iħossu b'saħħtu. F'dan ir-razzett, minflok l-enerġija tiġi minn 'reiki master' tiġi miż-żiemel li b'rasu ftit il-fuq minn ġismek jagħtik l-enerġija tal-ħajja. Barra minn hekk, wieħed jista' jqatta' ġurnata hemm anke bħala 'team building' ta' xi kumpanija jew uffiċċju u jorganizza hu stess xi BBQ jew picnic matul il-ġurnata. M'hemmx ristoranti jew bars, għalhekk wieħed ikun irid jieħu kollox miegħu. Żgur li dan kollu hi esperjenza mhux tas-soltu li jkolli nammetti lanqas kont naf li dan ir-razzett jeżisti. Wieħed irid ukoll ifaħħar lil Victor Muscat għal din l-inizjattiva u anke għall- indafa kbira li hemm f 'dan ir-razzett. Jekk trid tkun taf aktar fuqu, tista' tidħol fil- paġna ta' Facebook DreamsofHorsesFarm inkella fis-sit www. dreamsofhorsesfarm.com jew ċemplu 99858194. Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Għawdex 17 l-bniedem huma wens għal xulxin Neħħejna t-taxxa fuq pensjoni sa €13,000 @MaltaGov Dan huwa riklam bi ħlas Nies b'diżabbiltà intellettwali kuntenti fir-razzett taż-żwiemel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016