Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 10 Il-Ministeru għadu qed jistudja l-vijabbiltà tal-proġett ... tliet snin wara li ħarġet espressjoni ta' interess Tkompli minn paġna 1 FILFATT, Mario Gatt sid il-kumpanija Gatt Constructions Ltd. li tagħmel parti mill-konsorzju, meta kkuntattjat minn din il-gazzetta, qal li hu m'għandu assolutament ebda informazzjoni. "Daqsek naf dwar il- proġett," qal il-persuna li suppost se jkun qed jiżviluppah, "l-aħjar tirreferi l-mistoqsijiet lil xi ħadd ieħor għax aħna ma nafu assolutament xejn," temm jgħid Gatt. Ikkuntattjat minn l-ILLUM, is-sindku Laburista tal-Qala, Clint Camilleri sostna li l-aħħar informazzjoni li kellu l-Kunsill dwar il-proġett imsemmi kien sena u nofs ilu, f 'Mejju 2015 u dan minn artikli dwar id-disinni ta' Chapman Taylor. Minn dokument tal-Gvern dwar it-twettiq tal-Baġit 2016, preżentat mill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar iktar kmieni din is-sena, jingħad li fl-ewwel disa' xhur tas-sena, il-proġett kien kompletament imwaħħal 'f 'diskussjonijiet mal- konsorzju dwar l-akkwist tal-art'. Min-naħa l-oħra, il- Ministeru t'Għawdex ċaħad b'mod kategoriku li l-proġett jinsab wieqaf, anke jekk jidher li ħadd ma jaf xejn dwaru. Għall-mistoqsijiet tal-ILLUM, kelliema tal- istess Ministeru saħqet li l-proċedura "hija ovvjament waħda delikata, fejn qed issir il-ħidma neċessarja fuq diversi punti ta' natura teknika u oħrajn mhux tekniċi." Il-Ministeru ammetta iżda li din il-ħidma qed issir biex ikun deċiż jekk il-proġett hux fattibbli. Ma' din il-gazzetta, is- Sindku Camilleri sostna li dak li seta' jgħid kien biss "li jien ma smajt xejn iktar minn meta ħarġet l-aħbar fuq il-ġurnali lura f 'Mejju tal-2015," jew aktar minn sena ilu. Camilleri kompla jispjega kif "il- Kunsill kien bagħat numru ta' korrispondenzi biex ikun determinat il-futur tal-proġett, iżda li sa din il- ġimgħa kien baqa' mingħajr risposta." Il-proġett, li fil-baġit li għadda saħansitra tneħħa mid-diskors, jaf it-twelid tiegħu f 'paġna 87, punt 18 tal-programm elettorali tal- Partit Laburista. Ftit wara l-elezzjoni ġenerali, f 'Mejju 2013, ħarġet espressjoni ta' interess għal port li jkun jista' jopera matul is-sena kollha fuq in-naħa tal- punent tal-kosta Għawdxija. L-unika interess intwera mill-konsorzju Kalamarine Development, bid-disinn ta' Chapman Taylor jispiċċa fuq il-mezzi tax-xandir is-sena l-oħra. Sussegwentement, Chapman Taylor qalu li dan id-disinn kien spiċċa fuq il-media bi żball, hekk kif kien għad irid jiġi aġġudikat id-disinn. Anke jekk ftit li xejn smajna, din il-ġimgħa Chapman Taylor ikkonfermaw mal-ILLUM li huma għandhom id-disinn tal-proġett f 'idejhom. Forti Sant'Anġlu jiftaħ għall-pubbliku ġenerali FORTI Sant'Anġlu se jiftaħ b'mod regolari għall- pubbliku ġenerali mill-1 ta' Novembru li ġej. Dan il-forti għadda minn proċess estensiv ta' restawr u l-viżitaturi minbarra li se jkollhom l-opportunità jgawdu s-sbuħija ta' dan il-forti, se jkunu jistgħu jgawdu u jitpaxxew bil-veduti mill-isbaħ tal-Port il-Kbir u tal-Belt Valletta. Il-proġett ta' restawr, li ġie jiswa €14.5 miljuni, kien inawgurat fl-2015 u matul din l-aħħar sena l-forti ospita għadd ta' attivitajiet u avvenimenti li kienu jinkludu fost oħrajn il-laqgħa bejn il-mexxejja tal-istati tal- Commonwealth. Forti Sant'Anġlu jiddomina l-ponta tal-Birgu u minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu dejjem kellu importanza fl- istorja ta' pajjiżna. Bla dubju grazzi għas-sehem tiegħu matul is-snin fl-istorja ta' Malta, Forti Sant'Anġlu joffri esperjenza memorabbli. Minbarra l-attrazzjonijiet storiċi, Forti Sant'Anġlu jinkludi ċentru ta' interpretazzjoni attrezzat bl-aħħar teknoloġija b'tagħrif dettaljat dwar il-forti. L-interpretazzjoni hija maqsuma fi tliet sezzjonijiet u jirrakkontaw l-istorja ta' Malta u s-sehem tal-forti matul is- snin speċjalment f 'avvenimenti li seħħew fil-Port il-Kbir. 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Workstation Support Services for the Ministry for Health in Malta – T121/16 Data ta' ħruġ: 25 t' Ottubru 2016 / Data ta' għeluq: 5 ta' Diċembru 2016 Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, li se jiġi organizzat nhar it-Tnejn, l-14 ta' Novembru 2016 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda, -10.00 ta' logħdu. Operaturi ekonomiċi li huma interessati biex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita biex isiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Il-Forti Sant'Anġlu Id-dehra tal-proġett skont id-disinni ta' Chapman Taylor