Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
I d-diskors tal-baġit ma segwejtux, għax ikolli nammetti li l-monologu tal- professur ma tantx jinżilli tajjeb fejn donnu wara sena ħalqu magħluq, jiftħu u ma jagħlqux. Iżda tgħidli xejn, id-diskorsi ta' Simon u Joseph nistenniehom daqs xi Blockbuster. Għalkemm din id-darba stħajjiltni qed nara xi film Bibbliku. Simon jaqra mill-ktieb tal-apokalissi u Joseph aktar daħal fil- vanġelu fejn anke studja bl-amment il-parabbola tat-talenti. Poġġa lilu nnifsu bħala bniedem li ngħata ħafna talenti (x'umiltà!). Wiegħed is- saltna tas- smewwiet għal kulħadd bl- infern jidher li sparixxa. ……… Ikolli nammetti li l-Oppożizzjoni ta' Simon hi l-aqwa li qatt kellna Malta u li qed tagħmel ħafna ġid lill-poplu għax dak li qed tipproponi hi, il-gvern qed jattwah. Żgur li Simon fl-Oppożizzjoni qed ikun aktar ta' ġid għal Malta minn sieħbu Gonzi fil-gvern. Simon jipproponi u Joseph jiddisponi. ………. Joseph bħal dejjem beda bil-litanija ta' kemm qed joħloq ġid. Kumbinazzjoni, reġa' semma ċ-childcare b'xejn, first time buyers, kemm kiber ix-xogħol (bil- prekarjat b'kollox), kemm naqas il-qgħad, kemm żdiedu l-pensjonanti (barra min bħali laħaq il-massimu), insomma litanija sħiħa li jekk tridu tkunu tafuha, aqilbulu fuq il-ONE u araw Pjazza fejn Karl Stagno Navarra ġagħluh jitgħallimha bl-amment. Simon addio litanija għax moħħu kien fuq il-bomba atomika tal-gass u fil-Panama bil-kontijiet ta' Konrad u Keith. Wara kollox, ma kellux x'jikkritika għax dak li sar tajjeb kollu ġie misruq minn ktieb il- għerf li l-PN ħareġ qabel l-istess Baġit. Simon deher diżilluż għal kollox bil-korruzzjoni li hawn fil-pajjiż, kelma li daħlet fid-dizzjunarju Malti f 'dawn l-aħħar tliet snin. Joseph kważi qabbiżli d-dmugħ meta qal li mhux sew li xi ftit żbalji (ta' miljun 'l hawn u miljun 'l hemm) għandhom inessu l-ġid kbir li qed isir maż-żgħir li tiela l-iskaluni tal-middle class. Simon qalilna li hu ġej minn familja 'fqira' għax missieru kellu ħanut tal-hardware u kif tafu normalment tal-ħwienet jispiċċaw f 'riskju ta' faqar. ……… U dik l-imbierka tielet kumpanija fil-Panama, Egrant ta' min hi? Staqsa Simon. Ħasra li Joseph spiċċalu l-ħin u ma kellux ċans jgħid ta' min hi! Tgħid din il-kumpanija se tkun il-'cavallo di battaglia' ta' Simon? Donnu jaf iżjed milli qal. Jew qed juża s-sistema tal-poker u qed jibblaffja? Nistennew u naraw! ………… U xi ngħidu għal Sai Mizzi ħbieb? Tafu li din ġabitilna 50,000 turist Ċiniż f 'erba' snin, bejn wieħed u ieħor 12,000 Ċiniż/a fis- sena. U tafu kemm ħadet commission miskina? €12.8 fuq kull Ċiniż/a meta tikkalkola l-paga tagħha ta' €640,000 f 'erba' snin mal- 50,000 turist. Allaħares Konrad stenna lilha biex jimla l-kont tal-Panama bil-commission, għax vojt kien jibqa'. Bejnietna ħadna ammont mhux ħażin meta mqabbel ma' kemm turisti joħorġu miċ-Ċina fis-sena: 150 miljun. ………… Simon qal li lil Joseph ma jafdahx bħala salesman u jekk jiġi biex jixtri karozza second hand mingħandu ma jixtrihiex. Ikun altru Ċ bit- tikka jekk jixtri mingħand Joseph meta warajh kien hemm espert tal-bejgħ tal- karozzi 'second hand', Tonio Fenech. ………… Joseph ammetta li kien hemm affarijiet li Simon kellu raġun fuqhom. Għal- liema kien qed jirreferi għal Café Premier? Għal Panama? Boqq! Iżda kompla qal li lil Simon, il-poplu ma jemmnux għax m'għandux kredibbiltà. Vera li Simon hu mdawwar b'ċerti nies li jintnu pesta bir-riħa tal- korruzzjoni, iżda dan lil Joseph lanqas jagħtih dritt sagrosant li jista' jagħmel li jrid għax ta' qabilna għamlu l-istess. Il-poplu mhux dejjem jivvota favur partit… ġieli jivvota biex ineħħi partit. ………… Tliet snin ilu konna ngħidu li l-faqar perċezzjoni, issa nisimgħu li qed jikber. Tliet snin ilu qalulna biex nidraw il-prezzijiet tad- dawl u l-ilma, issa nitkażaw għax ma raħħasniehx iżjed. Tliet snin ilu ma kienx hawn traffiku issa t-toroq iġġammjati. Tliet snin ilu l-korruzzjoni kienet perċezzjoni, illum mifnijin biha. Tliet snin ilu stajt tibni fejn ridt, illum kollox sar ODZ. Bejni u bejn ruħi bqajt skantat kif partit irnexxielu prostituta jerġa' jġibha verġni. U l-partit l-ieħor irnexxilu jsir ġerrej aktar popolari, iżda baqa' jsuq l-istess żiemel. ……….. Irnexxili nisma wkoll d-diskors ta' Beppe Fenech Adami. Jaħlef u jaħlef u jaħlef u jaħlef li hu qatt ma ċċappas b'xejn li jista' jħammġu u qatt ma ndaħal lill-pulizija iżda fl-istess waqt, ipponta subgħajh lejn uffiċjali tal-pulizija fejn qal li llum spiċċaw bħal speċi ta' pupazzi f 'idejn il-gvern. Darba kienu għallmuni li l-qaħ.. milli jkollha ttik. U smajt xi ħaġa ġdida wkoll minn Beppe li l-ġlied f 'Paceville beda issa, in-nies feruti bdew issa u anke dawk maqtula bdew issa taħt il- gvern tal-Labour. Il-vjolenza hi tort tal-Labour. Anke d-droga hi t-tort tal-Labour. Għax il-Labour daħħluna fl-Ewropa u tħallatna. Il- Labour ġabu l-klandestini u tħallatna. Il-ħażin kollox tort tal-Labour u t-tajjeb mertu għalina! Però wieħed ma jistax ma jammettix li l-mod kif jidibatti Beppe Fenech Adami jwaħħlek tisimgħu anke jekk ma taqbilx kollox miegħu, għax bla dubju hu fotokopja ta' statista kbir, missieru Eddie. Karmenu Abela forsi wieġbu tajjeb iżda jkolli ngħid li bdejt nogħnos dak il-ħin u ma smajtux kollox, forsi għax qed nixjieh. ……….. Jibqa' fatt li jagħmel kemm jagħmel ġid dan il-gvern, l-ispettru tal-Panama se jibqa' jiġri warajh u jekk jaħseb li Simon & Co se jinsewha, għandu żball kbir u għidu li tridu titkellem ma' min titkellem, kulħadd kontra dan l-imbierek kont. Fejn ministri bħal Evarist Bartolo qalu li kienu huma jirriżenjaw u issa qamlu wkoll Bedingfield li qal lil Saviour Balzan li anke hu kien jirriżenja. Tgħid għax inzerta li Konrad joħroġ fuq l-istess distrett fejn ħiereġ Bedingfield fl-elezzjoni ġenerali? ……… Mela ż-żewġ naħat isemmu l-faqar u ironikament fl-Ewropa niġu l-ewwel fil- ħxuna. Mela min ikun qed imut bil-ġuħ jeħxien? IL-ĦADD IT-TAJJEB illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 24 Opinjoni JOHN BUSUTTIL Il-Ġenna u l-Apokalissi...t-tnejn fl-istess ktieb Lill- Bużu ma jaħrablu xejn Skont Simon qegħdin fl-infern Skont Joseph qegħdin fil- ġenna