Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 6 Il-'governanza' għal Simon...l-'ekonomija' Din il-ġimgħa, iż-żewġ mexxejja niżlu -arena u fetħu 'battalja' ta' kliem. Min kien b'saħħtu l-aktar? U f 'liema setturi? L-ILLUM tanalizza... minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa, iż-żewġ mexxejja politiċi, l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, iddibattew l-eżitu tal-baġit. Eluf ta' nies poġġew fuq is-sufan u segwew, jekk mhux iż-żewġ diskorsi kollha, partijiet minnhom. Aktar minn kollox, dawn iż-żewġ okkażjonijiet jiswew ta' mera tas-saħħa taż-żewġ mexxejja politiċi li fi żmien sena u nofs se jkunu qed iħabbtu l-ideat tagħhom kontra xulxin u jiġu wiċċ imb'wiċċ, meta jitolbu lill-poplu jiddeċiedi jekk jikkonfermawx l-għażla tal-2013 jew inkella jreġġgħux lura r-rebħa Laburista u jpoġġu lura fil-Gvern lill-Partit Nazzjonalista, ħames snin biss wara li dan il-partit spiċċa fl- Oppożizzjoni. Iż-żewġ diskorsi, kif mistenni, kienu mimlijin retorika li għal dawk li ma jilbsux għamad, ftit li xejn timpressjona. Iżda lil hinn mir-retorika u l-pożi, min ħareġ rebbieħ fuq liema kwistjoni u kien hemm rebbieħ definittiv bejn iż-żewġ mexxejja? L-ILLUM evalwat u analizzat punti diversi miż-żewġ diskorsi u waslet għal numru ta' konklużjonijiet dwar min kien l-aktar b'saħħtu fuq kwistjonijiet diversi li jolqtu lill-popu Malti. Il-ħwienet iż-żgħar Busuttil kien l-unika wieħed miż-żewġ mexxejja li indirizza direttament lin-negozji żgħar u tal-familja, li numru sostanzjali minnhom bħalissa qed jiffaċjaw problema ta' cash flow u profitabbiltà. Ir-raġunijiet? Kompetizzjoni ħarxa u xi kultant inġusta minn ktajjen kbar u internazzjonali, nuqqas ta' injezzjoni diretta ta' għajnuna fil-forma ta' inċentivi u anke, fil-każ tal-ħwejjeġ, it-temp. Busuttil mhu qed iwiegħed xejn konkret s'issa, ħlief politika ġdida li se jniedi l-PN fil- ġimgħat li ġejjin. Nistennew u naraw. L-użu ta' messaġġi mingħand nies differenti, mill-mara tqila bid-dijabete għall-familja li qed tikri u li taf tispiċċa mingħajr saqaf fuq rasha, jibnu immaġini ta' politiku iktar qrib in-nies. Anke jekk dan l-eżerċizzju mhux neċessarjament dejjem ikun reali, l-eżempji li ġab Busuttil huma realistiċi ħafna. Busuttil qed imur dak il-pass oltre, żgur iktar mill-predeċessur tiegħu u saħansitra anke mill-eks PM Eddie Fenech Adami, biex jidher qrib tal- weġgħat tan-nies u jitfa' lill-PN aktar qrib ix-xenarju ideoloġiku xellugi. Iktar kemm jitkellem dwar nies 'komuni' u jilgħab il-karta tal-politiku li tista' tikkomunika miegħu malajr, aktar tkun sottolineata d-differenza bejnu u dawk fil-Gvern li wara tliet snin biss diġà nqaflu f'torri. 'Qed inħallu l-miljuni fil-bwiet tan-nies' hija stqarrija li tant iżarżar f'widnejn nies, li kieku min jgħidha jaf kemm tinstema' ħażin ma jgħidhiex. Il-Gvern preżenti qed jagħmel l-iżball kardinali u gravi li jaqbad u jitfa' lil kulħadd fl-istess keffa. Fil-fatt, ir-reazzjoni ta' ħafna għall-istqarrija tal-miljuni ġeneralment tkun 'f'buti ma ħalla xejn.' Busuttil elenka lista ta' persuni li jaħdmu f'impjiegi bħal 'servicing', produzzjoni, tessuti, ħwienet u anke fil-bini u wera kif il-paga ta' dawn żdiedet b'rata ħafna inqas minn kemm għoliet il-ħajja u għalhekk mhux qed ilaħħqu. Ir-retorika li 'mhux qed tlaħħaq mal-ħajja' u 'l-ħajja dejjem togħla' hija ħafna iktar popolari u kredibbli. Mur sal-grocer u ara tismax lil xi ħadd jiftaħar bil-miljuni fil-but. Busuttil din jafha u qed iserraħ l-argument tiegħu fuqha. Kien hemm mara bagħtitli email... 'Poġġejna miljuni f 'butkom'... u ħallina tridx! Il-baqra li ma tieqaf tinħeleb qatt Il-biża': Daqqa taħdem, daqqa le.... Kontijiet tad-dawl u l-ilma Il-Pensjonanti Kumpaniji bla isem Paga Minima: X'jaħseb Simon bqajna ma nafux! Il-kirjiet privati: Imma x'se jipproponi? Is-saħħa ta' Busuttil, tibqa' fl-akbar nuqqas tal-Gvern ta' Muscat, jiġifieri t-trasparenza u l-governanza, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-każ Panama. Dwar dan il-każ, ftit huma dawk li ma jifhmux jew ma jaqblux ma' Busuttil u dan mhux talli qed tgħidu l-ILLUM talli qalu Muscat ukoll nhar it-Tlieta meta ammetta li l-poplu, dwar il-korruzzjoni, jagħti raġun lill-Kap tal-PN (anke jekk skont Muscat iħoss li Busuttil mhux kredibbli). Dwar it-tema tal-korruzzjoni, anke b'passat riċenti (tal-PN) xejn sabiħ u xejn ma jleqq, ħafna nies xorta jsibu ruħhom iktar skjerati wara l-argumenti ta' Busuttil, milli wara dawk tal-Gvern. It-tattika tal-biża' mhux dejjem tirnexxi, imma xi kultant iva. Dik ta' nhar it-Tnejn, meta Busuttil fetaħ l-'External Emergency Plan' dwar it-tanker tal-gass bil-paġni vojta, ħadmet. Busuttil, anke jekk fil-passat ma tantx tkellem dwar kwistjonijiet fin-nofsinhar, xorta rnexxilu jagħfas buttuna ħamra meta beda jitkellem dwar proċeduri ta' evakwazzjoni li jistgħu jinkludu rħula sħaħ u fittex il-pjan operazzjonali ta' emerġenza li ma kienx fir-rapport, għax il-paġni kienu vojta. Il-ħabi, intenzjonat jew le, ġustifikat jew le, iħalli għalqa li fiha Busuttil jista' jimraħ, jikber u jkabbar is-sostenn. Meta jitkellem dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Busuttil jiffaċċja ħajt li jimpedih milli jkun kredibbli. Sa tliet snin ilu biss, kien hu stess li flimkien ma' oħrajn ibbattalja kontra wegħda ta' kontijiet inqas. Kien il-PN stess li sejjaħ ir-roħs u l-proġett tal-Power Station 'Alice in Wonderland' u 'Ġobon tat-Toqba' u li 'ma tistax ssir' u kien sa ftit ilu biss li Gvern Nazzjonalista vvota 'bil-qalb' favur kontijiet għoljin. Kien dan il-Gvern li raħħashom. Hawnhekk, anke jekk ikollu raġun, Busuttil għandu problema enormi. Ħafna nies jieqfu jisimgħuh meta jitkellem dwar il-kontijiet, imma qabel jieqfu jgħidu 'issa qed jitkellem dan?' Meta tkellem dwar il-pensjonanti, Busuttil anke li kieku ried, ma tantx seta' jkun b'saħħtu ħafna u dan minħabba li l-baġit li għadu kif ħabbar il-Gvern kien immirat l-aktar lejn dawk li għandhom 'il fuq minn 60 sena. Fil-fatt, dan kien wieħed mill-aħjar baġits għall-pensjonanti, b'żidiet u miżuri f'kull qasam, mill-pensjoni tad-diżabbiltà għal dik tas-servizzi, għall- għotja ta' darba ta' dawk 'il fuq minn 70 sena, għat-tieni żieda fil-pensjoni minima wara snin twal. Jiġifieri għal Busuttil, dan kien naqra ta' suġġett li diffiċli biex joħroġ b'saħħtu, għax anke l-problemi li semma hu stess, fil-fatt, qed ikunu indirizzati. Huwa pożittiv li Busuttil semma l-paga minima, imma li semmieha u talab lill-Gvern jieħu pożizzjoni, minflok ħa waħda hu, eżatt bħalma kien għamel Busuttil dwar il-kwistjoni tal-kmamar tal-Armier mal-ILLUM, ma tirriflettix tajjeb. Wara d-diskors tiegħu, bqajna ma nafux Busuttil x'jaħseb dwar il-paga minima. (L-analiżi saret qabel l-istqarrija ta' Busuttil ilbieraħ) Busuttil wera li hu qrib it-tbatijiet tan-nies, li anke jekk ma jlaħħqux l-eluf kbar, xorta qed jgħaddu minn tbatija liema bħalha minħabba żidiet qawwijin fil-kirjiet privati. Busuttil ġab eżempju realistiku ta' familja li tista' tispiċċa fit-triq. Imma dan mhux biżżejjed. Prim Ministru prospettiv jeħtieġ jgħid kif din il-familja kienet tkun differenti kieku hu kien Prim Ministru. X'kien jagħmel? Iżid is-sussidju bħalma għamel Muscat? Jagħmel kontrolli fuq kemm togħla l-kera bħal ma proponiet Yana Mintoff? Busuttil semma f'diskorsu tliet kumpaniji li telqu minn pajjiżna u qal li għamlu dan minħabba l-każ Panama. Busuttil iżda ma semmiex min huma dawn il-kumpaniji. Dan wassal għal bosta reazzjonijiet, l-aktar ta' nies li stiednu lill-Kap tal-PN biex jissostanzja u jgħid min huma dawn il-kumpaniji. Busuttil irid joqgħod attent li fl-entużjażmu tal-kritika ma jitfax kull tip ta' tiri lejn il-Gvern, anke tiri li ma jistax jissostanzja għax ikun qed jagħmel iktar ħsara milli ġid għalih innifsu fit-tul. tessuti, ħwienet u anke fil-bini u wera kif il-paga ta' dawn żdiedet b'rata ħafna inqas minn kemm għoliet il-ħajja u għalhekk mhux qed ilaħħqu. orika li 'mhux qed tlaħħaq mal-ħajja' u 'l-ħajja dejjem togħla' hija ħafna iktar popolari u kredibbli. Mur sal-grocer u ara tismax lil xi ħadd jiftaħar bil-miljuni fil-but. Busuttil din jafha u qed iserraħ l-argument tiegħu fuqha. a Minima: X'jaħseb Simon ma nafux! rjiet privati: Imma x'se jipproponi? pożittiv li Busuttil semma l-paga minima, imma li semmieha u talab lill-Gvern jieħu pożizzjoni, minflok ħa waħda hu, eżatt bħalma kien għamel Busuttil dwar il-kwistjoni tal-kmamar tal-Armier mal-ILLUM, d-diskors tiegħu, bqajna ma nafux Busuttil x'jaħseb l-istqarrija ta' Busuttil ilbieraħ) uttil wera li hu qrib it-tbatijiet tan-nies, li anke jekk ma jlaħħqux l-eluf kbar, xorta qed jgħaddu minn tbatija liema bħalha minħabba żidiet qawwijin fil-kirjiet privati. Busuttil ġab eżempju realistiku ta' familja li tista' tispiċċa dan mhux biżżejjed. Prim Ministru prospettiv jeħtieġ jgħid kif din il-familja kienet tkun differenti kieku hu kien Prim Ministru. X'kien jagħmel? Iżid is-sussidju bħalma għamel Muscat? Jagħmel kontrolli fuq kemm togħla l-kera bħal ma proponiet Yana Mintoff?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016