Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 35 Illum jiftaħ l-istaġun tal-ASMK Pasta Poiatti 2016/17 ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) tiftaħ l-istaġun tal-Motorsport 2016/2017 fil-korsa ta' Ta' Qali li għal darb'oħra dan l-istaġun se jkun sponsorjat mid-dittà Pasta Poiatti. Dan l-istaġun se jinkludi sitt tiġrijiet bil-muturi Enduro u tmienja bil- muturi Trials. Dawn it-tip ta' kompetizzjonijiet isiru kwazi kollha barra mill-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni. Ma' dawn se jkun hemm ukoll tmien attivitajiet bil-Muturi Motocross u 12-il attività bil-karozzi Autocross bil- klassijiet Modified, Standard u Super Class. L-ewwel attività tal-lum se tkun bis-Sezzjoni Trials fejn wara s-suċċess matul l-istaġun li għadda, l-Assoċjazzjoni se tkompli b'dawn l-attivitajiet. L-Assoċjazzjoni se tkompli tesplora aktar siti ġodda biex attivitajiet bħal dawn ikunu iktar attraenti u kompetittivi. Dan qed ikompli jkun possibbli grazzi għal diversi sidien tal-barrieri li għal darb'oħra mistennija jkomplu jikkoperaw mal-ASMK biex jittellgħu dawn l-attivitajiet. Ilbieraħ, il-kumitat tat- Trials taħt it-tmexxija ta' Manuel Camilleri ramaw l-ewwel sezzjonijiet fil- Kumpless Sportivi tal- Assċojażżjoni f 'Ta'Qali. Ir- reġistrazzjoni llum filgħodu tiftaħ fid-9am u t-tiġrija tibda fl-10am. Il-kompetituri reġistrati se jkunu maqsuma fiż-żewġ klassijiet: Klassi A jaqgħu fija Riders b'esperjenza u ħiliet waqt li fi Klassi B jaqgħu r-riders Beginners f 'dan l-isport. Intant l-Assoċjazzjoni bħalissa tinsab għaddejja b'xogħol preparatorju biex jinqalgħu t-trakka tal- Motocross kif ukoll it-trakka tal-Autocross. Il-Kumitat Eżekuttiv approva dawn iż-żewġ proġetti fis-sajf li għadda imma sfortunatment dawn it-temperaturi għoljin qed iħallu nixfa qawwija fil- ħamrija bil-konsegwenza li qed iħallu impatt negattiv biex jinbdew u jsiru proġetti bħal dawn matul il-waqfa tas-sajf u tal-ħarifa. Minkejja li l-Assoċjażżjoni ppjanat li tibda l-attivitajiet bil-karozzi fis-6 ta' Novembru, din id-data tista' tiġi posposta għall-ġurnata oħra. Iktar informazzjoni dwar dan toħrog iktar 'il quddiem. Is-Sezzjoni tal-Motocross għal darb'oħra se tkun qed tara lill-espert Sqalli fil-bini tat-trakka tal-Motocross, Angelo Cinquemani. Din se tkun it-tielet darba li dan se jiġi impenjat bil-proġett fejn il-Kumitat Eżekuttiv din id-darba ddeċieda li tinqala' l-korsa kollha tal-muturi u ssir mill-ġdid. Cinquemani mistenni jiġi Malta fit-12 ta' Novembru li ġej u l-għada jibda x-xogħol li mistenni jdum għaxart ijiem. Azzjoni minn waqt Kompetizzjoni bil-Muturi Motocross Kollox lest għall-Finali Tazza Johnnie Walker BĦALMA ġara f 'dawn l-aħħar snin, l-ewwel Kampjonat ta' Tiġrijiet taż- Żwiemel wara l-waqfa tas- sajf huwa dak sponsorjat mid-ditta M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd għat-Tazza Johnnie Walker riservat għall-Klassi Gold li l-finali tiegħu se ssir il-Ħadd li ġej – is-6 ta' Novembru. Din se tkun is-seba' tiġrija u tibda fl- 4.05pm. Bħas-sena l-oħra, saru ħames tiġrijiet kwalifikattivi li minnhom 20 żiemel għaddew għaż-żewġ semifinali li saru l-Ħadd 23 t'Ottubru biex għalhekk issa nafu min huma l-għaxar finalisti. Il-fond ta' premjijiet jammonta għal €1,600 bir-rebbieħ jieħu €900 kif ukoll trofej li tħejjew għal tal-apposta għal dawk li jispiċċaw fl-ewwel erba' postijiet. Ir-rebbieħ se jingħata wkoll għata kommemorattiva. Barra minn hekk is-sid taż-żiemel rebbieħ se jingħata flixkun Johannie Walker Blue Label, min jikklassifika fit-tieni post jieħu Johnnie Walker Platinum, waqt li dak li jtemm fit-tielet post jingħata Johnnie Walker Gold u dak li jispiċċa fir-raba' post jieħu Johnnie Walker Green Label. Apparti hekk, is-sid rebbieħ jingħata d-dritt li jżomm għal sena t-trofew Johnnie Walker li kien inawgurat fl-1939. Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra kien iż-żiemel One Photo misjuq minn Charles Debono li din is-sena rnexxielu jasal biss sal-ewwel fażi ta' dan il-kampjonat. Il-Malta Racing Club xtaq jirringrazzja lill-isponsor M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd speċjalment lill-Marketing Manager Alfred Braddick tal-fiduċja li reġgħu taw lill-Klabb biex jerġa' jiġi organizzat dan il- kampjonat li issa sar wieħed mistenni mid-dilettanti kollha. Intant, fil-jiem li għaddew ġiet indirizzata konferenza stampa, fejn apparti l-membri tal-media, ġew mistiedna wkoll is-sidien taż-żwiemel finalisti sabiex huma stess tellgħu n-numru li bih iż-żiemel se jitlaq wara l-karozza. Il-konferenza stampa kienet indirizzata miċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg, u l-Marketing Manager ta' M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd, Alfred Braddick. Iż-żwiemel finalisti se jitilqu b'dawn in-numri: 1. Sullian du Mouty 2. Blizzard AD 3. Solide du Jayle 4. Voyou Atout 5. Power To Be 6. Lover Roc 7. Eklas Superior 8. Energitj 9. Qurieux du Ponchet 10. Digital Motion Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-Malta Racing Club, xtaq jawgura tiġrija mill-isbaħ lill-parteċipanti kollha. DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Is-sidien taż-żwiemel nalisti preżenti għall-konferenza stampa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016