Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

minn Veronica Lynn Mizzi IŻŻEBBUĠIN ta' Għawdex huma l-iktar poplu li jirċievi għajnuna għall-esklużjoni soċjali fost l-Għawdxin. Fil-fatt, 9% tal-popolazzjoni taż- Żebbuġ, jew 170 persuna minn total ta' 1,889, tirċievi għajnuna għall- esklużjoni soċjali li tinkludi l-għajnuna supplimentari, dan filwaqt li l-medja Għawdxija hija ta' 7.3%. Iż-Żebbuġ ukoll hija l-iktar lokalità f 'Għawdex li fiha persuni li jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad, b' 7.2% tal-persuni, u dan meta mqabbel mat-2.6% medja tal-popolazzjoni Għawdxija kollha. Din l-informazzjoni toħroġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bbażata fuq ċifri tal-2014 fejn jidher kif min-naħa l-oħra, l-Għarb u l-Għasri huma l-lokalitajiet li kellhom l-inqas persentaġġ tal-popolazzjoni tagħhom li fl-2014 irċevew għajnuna għall-esklużjoni soċjali, b'4.2% tal-popolazzjoni. Ta' Kerċem bl-inqas benefiċċji tal-qgħad Fil-gżira Għawdxija, minkejja li l-lokalità taż- Żebbuġ tiġi l-ewwel f 'dak li huwa numru ta' persuni li jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad, il-lokalità ta' Ta' Kerċem hija l-inqas waħda, hekk kif 6 persuni biss residenti f 'din il-lokalità jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad. Dan in- numru jirrapreżenta 1.4% tal-popolazzjoni f 'Ta' Kerċem. Min-naħa l-oħra, wara ż-Żebbuġ, il-poplu ta' Għajnsielem u Kemmuna, li għall- fini ta' statistika jiġu magħduda flimkien, huma t-tieni l-aktar poplu Għawdxi li jirċievi għajnuna f 'benefiċċji tal-qgħad, b'6.5% tal-popolazzjoni Spiża ta' benefiċċji kważi ugwali Minkejja dan kollu, meta wieħed jikkunsidra biss it-totali fi spiża tal-Gvern f 'dawk li huma benefiċċji soċjali ras għal ras f 'kull lokalità, id-differenzi minn post għall-ieħor ma jvarjawx tant. Dan jidher b'differenza għall-figuri ta' benefiċċji ras għal ras fost il-lokalitajiet Maltin. Kif irrappurtat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda, l-iktar post f 'Malta li meta mqabbel mal-popolazzjoni tiegħu jieħu l-iktar benefiċċji huwa l-Furjana b'€3,216 fl-2014. Fl-istess waqt, l-inqas benefiċċji kienu jaslu s-Swieqi b'€1,136. Dan kollu jikkuntrasta mal-qagħda fil-gżira oħt, hekk kif l-ammonti jibqgħu ferm qrib tal-medja Għawdxija ta' €1,845 u ma jiddevjawx wisq. Fil- fatt, il-lokalità li fiha kien hemm l-akbar ammont ta' benefiċċji soċjali mħallsa mill-Gvern fl-2014 ras għal ras, kienet il-belt kapitali Victoria b'€2,116, u warajha l-Fontana b'€2,002. Min-naħa l-oħra, l-inqas li ħadu ras għal ras kienu l-Munxarin hekk kif swew lil Gvern €1,393. Rigward il-pensjoni ta' diżabbiltà, il-figuri jindikaw li l-medja fil-lokalitajiet Għawdxin tvarja bejn 2.5% u 4%. Minkejja dan, ta' min wieħed jirrimarka li meta wieħed jikkunsidra l-ammont ta' persuni li jirċievu l-pensjoni tad- diżabbiltà f 'Għawdex u jqabbilhom bħala persentaġġ mat-total ta' persuni li jirċievu din it-tip ta' pensjoni f 'Malta u Għawdex, dan jammonta għal kważi 13%. Dan ifisser li kważi wieħed minn kull tmien persuni intitolati għall-din il-pensjoni huwa Għawdxi. illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet APS INCOME FUND Annualised Returns* 8.40% O ering Income & Capital Growth Potential *Annualised Returns as at 29/07/2016 since inception, 22/04/2008 2122 6644 invest@apsfunds.com.mt apsfunds.com.mt Why wait for opportunity to knock? Talk to us about the APS Income Fund today. Investments should be based on the full details of the APS Funds SICAV p.l.c. Prospectus and the APS Income Fund Supplement which may be obtained from APS Bank Limited and any of its branches. Past performance over a particular period will not necessarily be indicative of the results that may be expected in future periods. The value of the participating shares and the income derived from them can go down as well as up and the investor may not receive on redemption of their shares the amount that they invested. APS Bank Limited is licensed to provide investment services by the Malta Financial Services Authority (MFSA). APS Funds SICAV p.l.c. and APS Income Fund are licensed by the MFSA. Issued by APS Funds SICAV p.l.c. APS Centre, Tower Street, Birkirkara BKR4012, Malta Tel. (+356) 2122 6644. Iż-Żebbuġin 'l-ifqar ' fost l-Għawdxin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016