Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
NEWSPAPER POST Nr 524 • 30 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Qlibna siegħa lura 'Iktibli l-kont...inħallsek għada' Ara paġni 8 u 9 Lanqas min se jibni ma jaf x'se jiġri dwar il-proġett minn A.Gauci Cunningham u Ruben. A. Xuereb TLIET snin wara li kienet ippubblikata 'espressjoni ta' interess' għal Cruise Liner Terminal minflok il-barriera tas-Simar, fil-limiti tal-Qala Għawdex, u wara sena li fiha ma kien hemm ebda żblokk dwar il-kwistjoni tal-akkwist tal-art, kollox qed jindika li l-proġett jinsab 'fil-friża'. Mal-gazzetta ILLUM, Alessia Mendichi, rappreżentanta tad-design studio Chapman Taylor ta' Milan, filwaqt li kkonfermat li l-kumpanija għadha responsabbli mid- disinni tal-proġett, spjegat ukoll kif "sfortunatament, fil-mument, il-proġett jinsab fuq 'stand by'." Il-konsorzju Kalamarine stess, fdat bl-iżvilupp tal- proġett, jidher li tħalla fil- għama wkoll. Tkompli f 'paġna 10 Fl-2019: Trattament għal min iwettaq stupru €950 żieda fil-paga 16-il għaqda tipproponi żieda ta' madwar €80 fi x-xahar fuq tliet snin fi l-paga minima minn Albert Gauci Cunningham SITTAXIL għaqda qed tipproponi li l-paga minima f 'pajjiżna tiżdied b'3.5% kull sena, għat-tliet snin li ġejjin. Dan ikun ifisser li ħaddiem bil-paga minima, eventwalment jara żieda ta' €18.30ċ fil-ġimgħa jew żieda totali ta' €950 fis-sena, fil- paga minima. L-għaqdiet, li qed jiffurmaw il- kampanja 'Paga Minima Diċenti' qed jitolbu li għall-ewwel sena, il-paga minima ta' ħaddiem full time tiżdied minn €168 għal ftit inqas minn €174 fil-ġimgħa, jiġifieri żieda ta' €5.88 fil-ġimgħa. Fit-tieni sena l-paga minima terġa' tiżdied bi ftit iktar minn €6, biex tlaħħaq il-€180 fil- ġimgħa u fl-aħħar sena terġa' tiżdied, din id-darba b'€6.30, biex tlaħħaq il-€186.27 fil-ġimgħa. Dan ifisser li bil-proposta tal-'Kampanja Minima Diċenti', il-paga minima, eventwalment, tiżdied b'€18.30ċ fil- ġimgħa, €79 fix-xahar, jew inkella b'€950 fis-sena. Il-proposta ta' dawn l-għaqdiet, li jinkludu l-Alleanza Kontra l-Faqar, il-Caritas, il-Forum Komunità Bormla, Aditus u l-għaqda Mid- Dlam għad-Dawl, ġiet milqugħa, ftit sigħat wara li ħarġet, mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Hu ddeskriva din il-proposta bħala "waħda raġonevoli" u li "għandha tkun appoġġjata." Tkompli f 'paġni 14 u 15 Ara paġna 3 Ħarsa lejn l-istrateġija għall-prevenzjoni mill-kriminalità