Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI The Malta Community Chest Fund Foundation Il-Palazz, Il-Belt Valletta t: 21 226 226 e: mccf@gov.mt Nhar it-Tnejn 14 ta' Novembru 2016, ser issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Community Chest Fund Foundation ġewwa l-Palazz tal-President, Il-Belt Valletta. Min hu interessat li jattendi għandu jirreġistra billi ji billi jibgħat email fuq mccf@gov.mt jew iċempel fuq 21226226 sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 7 ta' Novembru 2016. F O U N D A T I O N 4,241 ċitazzjoni mill-ispeed camera tax-Xemxija TOTAL ta' 4,241 ċitazzjoni ngħataw bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena lil sewwieqa li qabżu l-limitu tal-veloċità hekk kif inqabdu minn speed camera...u dan minn waħda biss, dik li hemm f 'Dawret San Pawl il-Baħar, Xemxija. B'risposta għal mistoqsija Parlamentari mressqa mid- deputat Ċensu Galea, lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, dwar kemm ingħataw ċitazzjonijiet permezz ta' din l-ispeed camera partikolari fil-bypass ta' San Pawl il-baħar, il- Ministru Owen Bonniċi preżenta ċ-ċifri li juru li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, 2,081 karozza u 2,160 mutur qalgħu ċitazzjoni mill- ispeed camera tax-Xemxija. 11,700 proprjetà mibjugħa s'issa fl-2016 IT-TOTAL ta' proprjetà mibjugħa sa issa fl-2016 tammonta għal 11,718 proprjetà, li minnhom 8,543 propjetà, kellhom il- valur tagħhom inqas minn €150,000 li nbiegħu matul l-2016. Dan il-prezz kien l-aktar wieħed popolari fost il-proprjetà kollha mibjugħa f 'din is-sena sal-aħħar ta' Settembru. Il-proprjetajiet bil-valur tagħhom ikun ta' bejn €150,000 u €250,000 inbigħu 1,768, waqt li imbagħad, 351 proprjetà ta' valur iktar minn €600,000 inbigħu f 'din is-sena. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għal mistoqsija tad-deputat Luciano Busuttil. Avvanzi u titjib fl-industrija tal-avjazzjoni GĦAL dawn l-aħħar snin, Malta rreġistrat tkabbir sostanzjali f 'dak li għandu x'jaqsam mal- avjazzjoni, bħal taqsimiet tal-operaturi tal-ajru, faċilitajiet ta' manutenzjoni u organizzazzjonijiet ta' taħriġ fost servizzi oħra. Dan kollu wassal biex ikun hemm domanda akbar għal impjegati mħarrġa u professjonisti. Din fetħet il-bibien għall-Maltin li kienu interessati f 'impjieg f 'oqsma speċjalizzati fl-avjazzjoni. L-avjazzjoni f 'dan is-sens saret kontributur ewlieni tal- ekonomija. Dan però wassal ukoll biex kiber il-bżonn ta' iżjed appoġġ fil-qasam. "Meta ġejt maħtur Ministru, deher mill-ewwel ċar li kien hemm bżonn kbir ta' ħidma estensiva biex jintlaħqu l-esiġenzi u r-responsabbiltajiet tas-sistema ta' sorveljanza regolatorja taħt ir-Regoli tal-UE u speċifikatament tal-EASA," qal il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi. Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta kien jeħtieġ tibdiliet estensivi biex ilaħħaq mal- ħtiġijiet li nqalgħu. Għalhekk inbdiet sistema ta' reklutaġġ biex tiġi indirizzata r-riserva li kienet tidher evidenti da parti ta' persuni interessati fl- investiment. Ir-riserva ta' dawn il-persuni li bdew iżommu lura l-investiment tagħhom kien minħabba dewmien kbir biex tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni. Illum mhux biss żdied l-ammont ta' spetturi fl- avvjazzjoni biex ilaħħaq mad- domanda, imma d-Direttorat ġie traslokat għal uffiċċji iżjed adattati u aċċessibbli. "L-impenn tiegħi huwa dak li nagħti appoġġ lid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili li jwassal biex is-settur tal-avjazzjoni jkompli jikber fis-snin li ġejjin u jilħaq livelli internazzjonali ta' affidabilita u ta' ċentru fdat ta' eċċellenza," żied jgħid il- Ministru Mizzi. Ix-xogħol fi ħdan id- Direttorat tal-Avvjazzjoni Ċivili issa kiber għal opportunità f 'livell ta' negozju bħalma tista' tissemma l-operazzjoni tal-ħelikopter kif ukoll is-suq li qed jevolvi għall-ajruplani mingħajr ekwipaġġ jew kif inhuma magħrufa drones jew unmanned aircraft. Reġistrazzjonijiet In-numru ta' ajruplani reġistrati fis-sena 2015 kien ta' 61 li meta mqabbel mal- 35 reġistrati fis-sena 2013 juri avvanz sostanzjali. Fil- preżent, in-numru ta' ajruplani reġistrati tela' għal 240. Fuq l-istess perjodu l-ipoteki fuq ajruplani telgħu minn 9 għal 32. Fil-preżent hemm seba' applikazzjonijiet ġodda għal Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru, li qed jiġu proċessati mad- Direttorat. Id-direttorat ħareġ madwar 210 liċenzja tal-bdoti u madwar 200 tal-inġiniera. "Sfortunatament però, bħal kull settur ieħor, dan id-Direttorat safa vittma tas-suċċessi tiegħu stess, u l-industrija qed tesperjenza nuqqas ta' persuni mħarrġa li jistgħu jirnexxu fil-qasam tax-xogħol meħtieġ. Id-domada saret akbar mill-provvista u hawnhekk jien nixtieq ninkoraġixxi liż-żgħażagħ biex jikkunsidraw ħidma fil-qasam tal-avvjazzjoni." L-edukazzjoni...essenzjali għall-industrija Ir-rabta bejn l-edukazzjoni u l-industrija saret vitali għall-kontinwazzjoni tal- kompetittività. Il-Gvern għandu bżonn li jenfasizza l-għarfien dwar l-industrija tal- avjazzjoni biex il-poplu jkun mgħarraf bl-opportunitajiet ta' xogħol u tinqered darba għal dejjem il-perċezzjoni li l-avjazzjoni tinkorpora biss piloti u inġiniera. Irridu nżommu quddiem għajnejna li f 'suq daqstant kompetittiv, din hija gżira fejn l-edukazzjoni hija prijorità tal-Gvern. Għandna nifhmu l-bżonn ta' work force li hija kemm produttività mħarrġa kif ukoll infurmata. Dan kollu huwa essenzjali għal kull aspett tal- industrija. Investiment lejn pajjiżna "F'dawn l-aħħar ġimgħat mexxejt delegazzjoni fl- assemblea tal-ICAO f 'Montreal fejn ġie diskuss tnaqqis tal-emmissjonijiet tas-CO2 tal-ajruplani għal anqas ħsara fl-ambjent. Waqt iż-żjara kelli opportunità li jkolli laqgħat ma' delegazzjoni ta' ġurisdizzjonijiet oħra b'interess fl-avjazzjoni fejn ġiet diskussa koperazzjoni f 'dan is-settur. Kellna wkoll l-opportunità li niltaqgħu ma' operaturi li wrew interess f 'Malta bħala bażi tan-negozju tagħhom. Dawn il-laqgħat komplew isaħħu xogħol u laqgħat li kienu qed isiru matul dawn l-aħħar snin biex jinġibed iżjed investiment lejn pajjiżna," qal il-Ministru Mizzi ffirma Memorandum of Understanding ma' Singapore fir-rigward tas-settur Marittimu u fis-Settur tal- Avjazzjoni. Riċentement kellu diskussjonijiet mal-Ministru tat-Trasport ta' Hong Kong filwaqt li ġie ffirmat ukoll ftehim tas-Servizzi tal-Ajru bejn Malta u Hong Kong. Permezz tal-uffiċċji diplomatiċi u trade missions se tkompli l-ħidma u l-Gvern se jkompli jirsisti fl-iżvilupp fid-dinja biex dejjem insibu postna minn ta' quddiem.