Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Id-defiċit ikompli jinżel L-UFFIĊĊJU Nazzjonali tal-Istatistika kkonferma kemm il-Gvern qiegħed jilħaq il-miri fiskali mħabbra fil-Budget. Fl-ewwel disa' xhur tal-2016, l-iżbilanċ fil- Fond Konsolidat kien ta' €64 miljun. Fl-istess perjodu fl-aħħar sena sħiħa tal-amministrazzjoni preċedenti, l-iżbilanċ fil- Fond Konsolidat kien €282 miljun, iġifieri erba' darbiet u nofs aktar. Id-dħul tal-Gvern sa Settembru 2016 kien €113 miljun aktar mill-istess perjodu ta' sena ilu. Din iż- żieda kienet xprunata minn żieda fid-dħul mill-income tax, minkejja li r-rata tat- taxxa tnaqqset għal erba' darbiet wara xulxin. Dan huwa sinjal ta' kemm qed jiżdied id-dħul tal-familji u n-negozji tagħna. Kien hemm żidiet ukoll fid-dħul mid-dwana, VAT u mill-bolla, evidenza ta' kemm il-konsum privat u l-pagi qegħdin jiżdiedu. Fl-ewwel disa' xhur tal- 2016, l-ispiża tal-Gvern żdiedet bi €15 miljun fuq is-sena li għaddiet. Fi stqarrija, il-Gvern sostna li l-politika tal- Gvern fil-finanzi pubbliċi qed twassal għal tkabbir ekonomiku qawwi. Mingħajr ebda miżuri ta' awsterità, pajjiżna verament għandu finanzi fis-sod u kien għalhekk li l-Gvern qed ikun jista' jieħu tant miżuri pożittivi favur in-negozji u l-familji tagħna. Apprendistati ta' kwalita għaż-żgħażagħ @MaltaGov Dan huwa riklam bi ħlas 'Il-familji tal-persuni b'diżabbiltà m'għandhomx jiddejqu jfittxu l-għajnuna' ĠENITURI ta' persuni b'diżabbiltà jgħaddu minn ħafna stress li ġenituri oħra ma jgħaddux minnu, u għalhekk dawn il-ġenituri m'għandhomx jibżgħu jersqu 'l quddiem u jirċievu s-sostenn u l-assistenza li jeħtieġu. L-MEP Laburista Miriam Dalli qalet dan waqt li kienet qed iżżur Dar il-Kaptan, li hi waħda mill- entitajiet li toffri servizzi ta' respite għal persuni b'diżabbiltà u l-familjari tagħhom. "Ġenituri ta' persuni b'diżabbiltà jagħtu ħinhom u l-energija tagħhom għal uliedhom peress li jkollhom bżonn assistenza kontinwa kuljum, però anke huma għandhom bżonn il-mistrieħ mistħoqq. L-għajnuna teżisti, u l-qraba ta' persuni b'diżabbiltà m'għandhomx jiddejqu jfittxuha. Nappella lill-pubbliku wkoll biex ma jiġġudikax għaliex il-piżijiet li jaffaċċjaw il-qraba ta' persuni b'diżabbiltà huma biss jafuhom. Hija xi ħaġa pożittiva li l-qraba jkollhom ftit mistrieħ waqt li l-persuni b'diżabbiltà jkunu qed jirċievu l-kura u l-attenzjoni kollha meħtieġa," qalet Dalli. Min-naħa tagħhom, l-amministratur tad-dar Joe Gerada u ċ-chairperson Jennifer Sant appellaw lill- familjari biex ma jħallux is-saħħa fiżika u mentali tagħhom tasal fix-xifer qabel jibdew jagħmlu użu minn dawn is-servizzi ta' respite. Huma rringrazzjaw lill- MEPs Maltin tan-nomina tagħhom biex Dar il-Kaptan tirċievi l-premju Ewropew taċ-Ċittadin għax-xogħol li tagħmel fis-soċjetà. Din is-sena, Dar il-Kaptan tagħlaq 25 sena mill- bidu tal-operat tagħha. Id-dar toffri servizzi ta' social worker u pjanijiet individwali skont il- bżonnijiet ta' kull pazjent. Toffri wkoll akkomodazzjoni f 'każijiet ta' emerġenza bħal mard jew imwiet ta' familjari. Miriam Dalli nnotat b'sodisfazzjon il-ħidma li għaddejja mill-Gvern biex persuni b'diżabbiltà jgħixu ħajja diċenti. Hi għamlet aċċenn għal diversi miżuri ġodda introdotti fl-aħħar baġit, fosthom skemi li jgħinu biex persuni b'diżabbiltà jkollhom assistenti personali skont il-ħtieġa tagħhom, u l-bini ta' għaxar residenzi fil- komunità. "Miżuri bħal dawn huma essenzjali biex nagħtu ċ-ċans lil persuni b'diżabbiltà li jgħixu b'mod indipendenti. B'hekk nagħtu wkoll is- serħan tal-moħħ lill-ġenituri li wara li jiġu nieqsa huma, uliedhom se jkomplu għaddejjin b'ħajjithom u bl-assistenza li jkollhom bżonn," temmet tgħid Miriam Dalli. 200 minorenni mressqa l-Qorti din is-sena MATUL l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, kien hemm 201 persuna minorenni li tressqet il- Qorti. Sa Awwissu ta' din is-sena 201 tifel u tifla taħt l-età ta' 18-il sena ġiet imressqa l-Qorti, bl-akkużi jvarjaw minn pussess ta' droga sa prostituzzjoni. Fl-aħħar 10 snin, l-iktar sena li rat persuni taħt l-età jitressqu l-Qorti kienet l-2010 meta kien hemm 328 persuna minorenni mressqa, li jagħmel it-total ta' minorenni fil-Qorti matul l-aħħar 10 snin ta' 2,888. Il-ministru Carmelo Abela ta' din l-informazzjoni fil- Parlament għal mistoqsija parlamentari li saret mid- deputat Silvio Schembri. Ir-raġunijiet għalfejn dawn tressqu l-Qorti kienu varji u jinkludu offiżi ta' serq, droga, ikkaġunaw feriti, theddid u nsulti. Kien hemm ukoll minorenni li tressqu quddiem il-Qorti minħabba ksur tar-regolamenti tat- traffiku, għad li dawn kienu taħt l-età legali tas-sewqan. Diversi każi kienu jitrattaw ksur tar-regolamenti dwar liġi tal-armi, tipjip f 'postijiet projbiti, ħruq, dagħa u kliem oxxen, pussess ta- pornografija, offiżi u vjolenza kontra uffiċċjali pubbliċi, theddid, telefonati anonimi u offiżi relatati ma' prostituzzjoni, fost l-oħrajn. L-akkużi kienu jvarjaw minn droga, serq, pussess ta' armi u prostituzzjoni