Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Muscat iżommok tisimgħu... Apparti l-kontenut, il-mod kif Muscat indirizza lill- Parlament, l-użu tal-ġesti, il-kunfidenza u anke t-tonalità tiegħu jagħmluh mexxej ta' ċerta saħħa, f 'dak li jirrigwarda kif iwassal il-messaġġ. Kien iktar faċli li tpoġġi bilqiegħda u tisma' diskors ta' sagħtejn minn Muscat, milli tisma' lil Busuttil. Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Simon...l-'ekonomija' għal Joseph 'Injorant', 'mur tgħallem' u battuti oħrajn 'Nifhmukom dwar il-korruzzjoni' Futur fis-Sod: Xogħol, Saħħa, Edukazzjoni Pensjonanti Joseph Muscat reġa' għamilha għal darb'oħra. Uża lingwaġġ pjuttost patronizzanti, li xi kultant kien imiss mal-insolenti, meta indirizza lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Kuntrarjament għal dak li jaħsbu wħud minn dawk li jtuh il-pariri, dan it-tip ta' 'umoriżmu' ma jinżilx tajjeb ma' ħafna nies. Anzi ma' bosta, din l-attitudni tiġi interpretata bħala arroganza. Mid-diskors kollu fil-fatt, kien f 'dawn il-mumenti l-aktar li Muscat deher dgħajjef għax fir-realtà, l-arroganza ddgħajfek u mhux issaħħek. Il-fatt li l-proġett tal-Power Station mhux talli beda, talli mexa ħafna 'l quddiem huwa ċertifikat pożittiv għall-Gvern ta' Muscat. Il-fatt li pajjiżna riesaq biex ikun qed jiġġenera enerġija b'mezzi nodfa, huwa ċertifikat ieħor pożittiv. Li mhux daqstant pożittiv huwa l-fatt li Muscat jidher li qed jissottovaluta l-qaw wa tal-kampanja ta' biża' li qed imexxi Busuttil, tant li ma indirizzax biżżejjed dawn l-istess biżgħat. Vera li qal li l-informazzjoni se tintbagħat fid-djar tan-nies, imma ħafna kienu qed jistennew li jqum għall-okkażjoni u jmur passi oltre biex iserraħ moħħ in-nies. Ir-risposta ta' Muscat għall-proposta Nazzjonalista ta' trasport b'xejn għall-istudenti kollha tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Privat kienet fjakka. X'għandhom x 'jaqsmu l-multi? Muscat irid juri inqas ħeġġa li jispara lejn kull ma jgħid Busuttil u ftit iktar umiltà li jaċċetta li xi kultant, l-av versarju politiku tiegħu kapaċi joħroġ b'ideat tajbin ferm. L-umiltà qatt ma telfet elezzjonijiet, l-arroganza iva imma! Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, l-att tal-whistleblower, l-unjoni ċivili, l-att dwar il-ġeneru u issa diversi bidliet relatati mas-sewqan u l-alkoħol, jafu l-għerq tagħhom għall-ħeġġa li wera dan il-Gvern biex iwettaq riformi li qabel paroli biss kien hemm dwarhom. Meta jitkellem dwar ir-riformi, Muscat jidher b'saħħtu, għax joħroġ ta' Prim Ministru mimli enerġija u li jwettaq. Muscat, deher b'saħħtu wkoll fuq il-miżura mħabbra li titratta żieda fis-sussidji lil min jikri mill-privat għax reġa' pproġetta lilu nnifsu bħala Prim Ministru li jaġixxi. Dan ma jfissirx li l-miżura waħedha hija suffiċjenti jew saħansitra tajba, imma minkejja dan, Muscat xorta qed jipproġetta immaġini ta' Prim Ministru 'can-do, will-do' . Wara elenku meritat tas-suċċessi kbar li qed jikseb dan il-Gvern fil-governanza ekonomika tal-pajjiż, Muscat dar fuq il-korruzzjoni. Kulħadd qisu waqaf għal ftit biex jara x 'se jgħid. Iżda minn muntanja, twieled ġurdien. Apparti li semma l-iżbalji ħoxnin u każijiet jintnu pesti li ġraw taħt in-Nazzjonalisti, Muscat ammetta li n-nies qed jagħtu raġun lil Busuttil meta jitkellem dwar dan is-suġġett, anke jekk mhux qed iħossu li Busuttil huwa kredibbli. Din hija ammissjoni, li l-affarijiet min-naħa tal-Gvern ma sarux sew. Issa Muscat irid jistaqsi lilu nnifsu f 'liema kwistjoni l-affarijiet ma sarux sew u allura f 'liema kwistjoni n-nies qed jagħtu raġun lill-Kap tal- Oppożizzjoni. Wara, jeħtieġ jistaqsi lilu nnifsu x 'se jagħmel hu, bħala Primus Inter Pares, jew il-persuna li tikkmanda biex in-nies jibdew jagħtu raġun lilu. Biex nużaw l-islogan ta' Gonzi qabel l-aħħar elezzjoni. Muscat kien b'saħħtu fuq kwistjonijiet li l-aktar li jolqtu lin-nies fil-laħam il-ħaj u għalhekk dawk il-kwistjonijiet ta' kuljum li jiddeterminaw il-futur tal- individwi u l-familji. Fil-qasam tal-impjiegi, dan il-gvern huwa, indubjament suċċess. Kif qed imexxi wkoll b'suċċess l-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa b'żewġ Ministri fil-vera sens tal-kelma 'żwiemel'. Saħħaħ dak li sab u s'issa jidher li qed ikompli jibni b'suċċess. Għalhekk, meta jitkellem dwar dawn il-kwistjonijiet ta' natura 'essenzjali' (bread and butter issues) Muscat joħroġ b'saħħtu ħafna. Joħroġ ta' politiku ta' stoffa denja ta' Prim Ministru. Muscat kellu l-mazz f 'idejh fuq il-kwistjoni tal-pensjonanti. B'baġit immirat għall-pensjonanti li se jaraw mad-€9.62 żieda fil-ġimgħa, żieda ta' €140 fil-pensjoni tal-wens, €200 aktar fil-pensjoni tas-servizz, żieda fl-għajnuna supplimentari u żieda fil-benefiċċji tal-karta r-roża, fost l-oħrajn, Muscat ftit li xejn seta' jġibha ħażin ma' settur li qed jingħata daqstant attenzjoni. Dak it-tanker Multi u trasport Nista' nwettaq u se nwettaq.... L-ewwel indikazzjoni ta' żieda fil-paga minima Muscat għamel differenza ċara fuq il-kwistjoni tal-paga minima, bejnu u l-Kap tal- Oppożizzjoni hekk kif indika li hu u l-Gvern Laburista jaqblu ma' żieda u lesti jibdew diskussjoni biex jintlaħaq xi forma ta' kompromess. "Jekk ma tiżdiedx taħtna l-paga minima, ma tiżdied qatt," sostna Muscat, forsi bl-għarfien li mill-PN ftit hemm ħeġġa li xi ħaġa bħal din isseħħ. Muscat deher deċiżiv, b'kuntrast ma' Kap tal-Oppożizzjoni li għadu qed jaħsibha. Mus Muscat kellu l-mazz f 'idejh fuq il-kwistjoni tal-pensjonanti. B'baġit immirat għall-pensjonanti li se jaraw mad-€9.62 żieda fil-ġimgħa, żieda ta' €140 fil-pensjoni tal-wens, €200 aktar fil-pensjoni tas-servizz, żieda fl-għajnuna supplimentari u żieda fil-benefiċċji tal-karta r-roża, fost l-oħrajn, Muscat ftit li xejn seta' jġibha ħażin ma' settur li qed jingħata daqstant attenzjoni. L-ewwel indikazzjoni ta' żieda fil-paga minima Muscat għamel differenza ċara fuq il-kwistjoni tal-paga minima, bejnu u l-Kap tal- Oppożizzjoni hekk kif indika li hu u l-Gvern Laburista jaqblu ma' żieda u lesti jibdew diskussjoni biex jintlaħaq xi forma ta' kompromess. "Jekk ma tiżdiedx taħtna l-paga minima, ma tiżdied qatt," sostna Muscat, forsi bl-għarfien li mill-PN ftit hemm ħeġġa li xi ħaġa bħal din isseħħ. Muscat deher deċiżiv, b'kuntrast ma' Kap tal-Oppożizzjoni li għadu qed jaħsibha. CAN-DO, WILL DO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016